Official Journal L 110 , 28/04/1992 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0124
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1035/92 ta' l-24 ta'April 1992 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1], dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 627/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 9, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġett riferut fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċi xierqa tan-NM indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġett deskritt fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huwa issa klassifikat ġewwa n-nomenklatura magħquda skond il-kodiċi approprjat tan-NM indikat fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-24 ta' April 1992. Għall-Kummissjoni. Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 68, tat-13.3.1992, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Sigaretti magħmula mill-weraq tat-tussilago farfara u tal-peperment, li ma fihomx tabakk | 24029000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 24 u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2402 u 24029000 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni ta' l-HS, l-intestatura 2402) | --------------------------------------------------