It-tielet Rapport ta' progress mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill 96/411/KE dwar it-titjib ta' l-istatistika agrikola tal-Komunità /* KUMM/2007/0732 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.11.2007 KUMM(2007) 732 finali IT-TIELET RAPPORT TA' PROGRESS MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/411/KE dwar it-titjib ta' l-istatistika agrikola tal-Komunità INTRODUZZJONI Dan ir-rapport tfassal skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/411/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar it-titjib ta' l-istatistika agrikola tal-Komunità[1]. L-għan tad-Deċiżjoni 96/411/KE, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tagħha, kien li ġġiegħel l-Istati Membri, fi ħdan il-limiti imposti minn riżorsi disponibbli, jieħdu miżuri xierqa biex jadattaw is-sistemi nazzjonali tagħhom ta' statistika agrikola. Il-Komunità tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru fl-adattament tas-sistemi nazzjonali jew fit-twettiq ta' xogħol ta' tħejjija marbut ma' rekwiżiti ġodda jew li dejjem jiżdiedu stipulati taħt il-Pjan ta' Azzjoni Teknika. Din il-kontribuzzjoni hija limitata biż-żmien. Hija maħsuba biex tiffaċilita l-esperimentazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' metodi u sistemi ta' ġbir li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' tagħrif statistiku indikati fil-Pjan ta' Azzjoni Teknika. Dan ir-rapport isegwi r-rapport ta' qabel (COM(2002) 79 finali tat-13.2.2002) li kopra l-pjanijiet ta' azzjoni għas-snin 1996 sa 2001. IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJANIJIET TA' AZZJONI TEKNIKA TAL-PATIA[2] Sitt pjanijiet ta' azzjoni teknika ġew iddefiniti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/304/KE[3], 2004/366/KE[4], 2004/637/KE[5], 2005/197/KE[6], 2006/127/KE[7] u 2007/84/KE[8]. L-oqsma varji ta' ħidma koperti mill-Pjanijiet ta' Azzjoni Teknika huma kif ġej: aspetti fiżiċi ta' l-agrikoltura Ewropea; aspetti ambjentali tal-kontabilità agrikola; indikaturi agri-ambjentali, inkluż l-użu tal-pestiċidi; żvilupp rurali; reġistri ta' l-istatistika ta' l-azjendi agrikoli; stħarriġiet dwar unitajiet żgħar, jiġifieri stħarriġiet dwar azjendi zgħar; statistika dwar l-istruttura ta' l-azjendi; u l-biedja organika. Il-baġit korrispondenti tal-Komunità huwa deskritt fl-Annessi 1 u 3, l-għadd ta' pjanijiet ta' azzjoni skond il-qasam tax-xogħol u l-Istat Membru huma elenkati fl-Anness 2 u l-azzjonijiet individwali huma elenkati fl-Anness 4 ta' dan ir-rapport. Data dwar l-aspetti fiżiċi ta' l-agrikoltura Ewropea Din kienet tkomplija tax-xogħol imwettaq fis-snin ta' qabel (ara t-Tieni Rapport dwar il-Progress, COM(2002)79). L-azzjonijiet ittieħdu biex tittejjeb id- data dwar żoni, produzzjoni u użu ta' l-uċuħ, u partikolarment il-bilanċi; data dwar popolazzjonijiet tal-qobla, produzzjoni u użu tal-prodotti ta' l-annimali, u partikolarment tal-bilanċi tal-laħam; żvilupp ta' bilanċi ta' l-għalf b'titjib tal-metodi ta' stima, u l-kisba ta' konsistenza aħjar bejn il-bilanċi ta' provvista u l-bilanċ ta' l-għalf. B'kollox, twettqu 37 azzjoni f'16-il Stat Membru u dan wassal għal titjib sinifikanti fil-kompletezza tas-settijiet ta' data , b'mod speċjali f'dak li jikkonċerna l-għaxar Stati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea f'Mejju ta' l-2004. Aspetti ambjentali tal-kontabilità agrikola Twettqet azzjoni waħda, wara l-azzjonijiet imwettqa taħt il-programm ta' qabel, biex tiġi ttestjata l-fattibilità ta' l-introduzzjoni fil-metodoloġija tal-Kontabilità Ekonomika għall-Agrikoltura (KEA) ta' ċerti kunċetti u definizzjonijiet li jippermettu li elementi ambjentali jiġu ttrattati bħala servizzi fil-produzzjoni totali, sussidji jew taxxi. Minkejja li r-riżultati kienu interessanti, ma wasslux lejn bidla ewlenija fil-metodi jew fir-riżultati ta' l-istatistika regolari fil-qasam. Indikaturi agri-ambjentali L-indikaturi agri-ambjentali kienu s-suġġett ta' azzjonijiet biex jitjiebu l-indikaturi attwali bħat-tagħrif fuq livell reġjonali dwar ħsad ta' ċerti uċuħ, u data dwar il-bejgħ jew konsum ta' fertilizzanti minerali. Huma koprew ukoll it-twaqqif ta' indikaturi pajsaġġistiċi bħat-tulijiet tas-sisien jew il-ħitan jew iż-żoni użati fil-livell reġjonali 'l barra miż-żona agrikola utilizzata (mergħa, għelieqi alpini, eċċ.); l-effetti tal-karatteristiċi strutturali fuq l-operat ta' l-azjendi; u data dwar il-prassi ta' koltivazzjoni. L-azzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta' pestiċidi komplew il-ġbir u l-ipproċessar tad- data flimkien mat-tjitjib tal-kwalità u l-ħeffa ta' trażmissjoni bl-użu ta' varjetà ta' metodi u sorsi. L-azzjonijiet fuq il-bilanċi tan-nutrijenti huma previsti fil-kuntest tal-pjan annwali ta' l-2007. Rigward l-indikaturi agri-ambjentali, 26 azzjoni tlestew, jinsabu nofs triq jew huma ppjanati bl-involviment ta' 10 Stati Membri. L-azzjonijiet urew l-utilità tagħhom fis-sensibilizzazzjoni u t-tnedija tax-xogħol fil-Grupp ta' Ħidma korrispondenti. L-azzjonijiet kienu il-punt tat-tluq għall-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti[9] u għall-istħarriġiet dwar fertilizzanti li jistgħu jitwettqu fil-ġejjieni. Żvilupp rurali L-iżvilupp rurali huwa qasam li qed jikber fl-istatistika agrikola, li jinvolvi tqassim territorjali aktar dettaljat ta' tagħrif normalment miġbur fil-livell nazzjonali, u tqassim territorjali li huwa differenti mir-reġjuni ta' amministrazzjoni użati għall-produzzjoni ta' l-istatistika reġjonali. Medda wiesgħa ta' suġġetti ġiet koperta, inkluż l-introjtu mhux agrikolu ta' azjendi u familji (partikolarment minn attivitajiet li huma komplementari għall-attività agrikola u s-servizzi komunitarji pprovduti mill-bdiewa), il-kondizzjonijiet ta' għajxien f'reġjuni rurali, u l-kontribut agrikolu bħala sostenn ta' attivitajiet ekonomiċi jew kulturali oħrajn. Rigward l-iżvilupp rurali, 31 azzjoni tlestew, qegħdin nofs triq jew huma ppjanati bl-involviment ta' total ta' 14-il Stat Membru. Reġistri ta' statistika ta' l-azjendi Ir-reġistri ta' statistika ta' l-azjendi jipprovdu għall-ġbir ta' data minn azjendi agricoli. Iservu bħala qafas ta' teħid ta' kampjuni għall-istħarriġiet ta' l-istatistika, u bħala sors ta' tagħrif amministrattiv bażiku, u għandhom il-potenzjal li jorbtu ma' sorsi oħra ta' data . Reġistri tajbin jistgħu jipprovdu tagħrif aġġornat dwar l-għadd u t-tipi ta' azjendi agrikoli u jistgħu jnaqqsu l-piż statistiku fuq l-utenti billi jissfrutaw ħoloq ta' ġabriet attwali ta' data . L-14-l azzjoni meħuda mill-Istati Membri taħt il-pjanijiet ta' azzjoni tal-PATIA 2005 u 2006 involvew: (i) titjib u awtomatizzazzjoni tal-proċeduri ta' aġġornar ta' reġistri; (ii) żvilupp ta' ħoloq ma' sorsi oħra ta' data rilevanti bħar-Reġistru tan-Negozju u registri ta' l-annimali; kif ukoll (iii) titjib tal-kwalità u l-kopertura tar-reġistri nazzjonali ta' l-azjendi. Stħarriġ fuq unitajiet żgħar Sitt Stati Membri ħadu sehem fil-pjanijiet ta' azzjoni tal-PATIA 2005 u 2006 li għandhom l-għan li jistudjaw il-kopertura ta' azjendi agrikoli żgħar. Ix-xogħol involva l-eżami tal-kategoriji u l-karattersistiċi differenti ta' azjendi żgħar, miksuba minn sorsi differenti, u l-identifikazzjoni ta' liema tipi ta' azjendi żgħar għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru nazzjonali ta' l-azjendi. Statistika dwar l-istruttura ta' l-azjendi Fl-2003, qabel ma daħlu fl-Unjoni Ewropea, l-10 Stati Membri prospettivi wettqu stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli, iżda ma kinux obbligati jittrażmettu d- data individwali lill-Eurostat.Bis-saħħa tat-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni tal-PATIA 2004 huma setgħu jħejju din it-trażmissjoni u jikkonsolidaw din l-istatistika. Sar ukoll possibbli x-xogħol metodoloġiku u l-implimentazzjoni tat-tipoloġija Komunitarja ta' l-azjendi agrikoli. It-trażmissjoni f'waqtha u l-kwalità tar-riżultati ta' l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-azjendi ta' l-2005 hija sinjal tal-frott ta' l-azzjonijiet tal-PATIA. Biedja organika 15-il azzjoni oħra fuq il-biedja organika huma ppjanati għall-2007. Fost dawn hemm azzjonijiet biex tiġi stabbilita jew imtejba l-istatistika dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-konsum ta' prodotti organiċi, il-karti tal-bilanċ u l-prezzijiet. EVALWAZZJONI Taħdita fil-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (KPSA) f'Marzu ta' l-2007 wasslet għal dawn il-konklużjonijiet: - Il-biċċa l-kbira ta' l-azzjonijiet li waslu fi tmiem taw riżultati utli. - Kważi l-membri kollha tal-KPSA apprezzaw l-iskambju ta' esperjenza bejn il-benefiċjarji tal-pjanijiet ta' azzjoni tal-PATIA, kif ukoll il-viżjoni fuq medda twila ta' żmien ta' l-iżviluppi statistiċi meħtieġa. - Min-naħa l-oħra, xi membri tal-KPSA wrew tħassib dwar l-effikaċja tal-PATIA, u esprimew id-dubju tagħhom dwar kemm l-azzjonijiet mwettqa humiex fl-interess tal-Komunità. Ċerti Membri huma kontra li l-PATIA tkompli jew għandhom riżervi serji. - Il-piż amministrattiv (f'termini ta' xogħol kuntrattwali u leġiżlazzjoni) issemma wkoll bħala li kien sproporzjonat għall-baġit li ntuża. - It-tnedija ta' studji permezz tal-PATIA tqieset bħala proċess kemxejn twil li jieħu madwar sena iktar milli kieku kellha ssir permezz tal-politika normali ta' għoti. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ħtieġa li tiġi adattata s-sitema statistika għall-ħtiġijiet ġodda se tiqba', kif ukoll il-ħtieġa li jingħata sostenn finanzjarju għal dan l-adattament mill-Istati Membri. Madankollu, l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet permezz ta' għoti normali ta' l-UE tkun alternattiva effiċjenti għall-proċedura tal-PATIA. ANNESS 1 Nefqa tal-Komunità taħt l-Pjanijiet ta' Azzjoni Annwali (ammonti awtorizzati u impenji ) Pjanijiet ta' azzjoni annwali | 2003–2007 | PATIA 2003) | PATIA 2004 Fażi 1 | PATIA 2004 Fażi 11 | PATIA 2005) | PATIA 2006) | PATIA 2007) | Numru ta’ azzjonijiet | 135 | 38 | 22 | 24 | 16 | 8 | 27 | Indikaturi agri-ambjentali | 731 400 711 400 26 azzjoni | 487 000 467 000 18-l azzjoni | 244 400 244 400 8 azzjonijiet | Aspetti ambjentali tal-kontabilità agrikola | 25 000 25 000 1 azzjoni | 25 000 25 000 1 azzjoni | Data dwar l-aspetti fiżiċi ta' l-agrikoltura Ewropea | 740 125 702 369 37 azzjoni | 177 000 143 500 10 azzjonijiet | 206 979 206 970 7 azzjonijiet | 356146 351 889 20 azzjoni | Żvilupp rurali | 1 094 217 1 039 211 32 azzjoni | 285 500 230 500 9 azzjonijiet | 137 000 137 000 7 azzjonijiet | 211 520 211 514 4 azzjonijiet | 460 197 12-l azzjoni | Statistika dwar l-istruttura ta' l-azjendi | 113 850 113 850 4 azzjonijiet | 113 850 113 850 4 azzjonijiet | Reġistri ta' l-azjendi | 1 818 849 1 818 849 14-l azzjoni | 1 682 849 1 682 849 11-l azzjoni | 136 000 136 000 3 azzjonijiet | Unitajiet żgħar | 225 183 225 132 6 azzjonijiet | 215 183 215 132 5 azzjonijiet | 10 000 10 000 1 azzjoni | Biedja organika | 594 895 15-l azzjoni | 594 895 15-l azzjoni | Total allokat Impenn totali f' % | 5 343 519 5 230 706 97.9 % | 974 500 866 000 88.9 % | 588 379 588 379 100 % | 469 996 465 749 99.1 % | 1 898 032 1 897 981 100 % | 357 520 357 514 100 % | 1 055 092 1 055 092 100 % | ANNESS 2 PATIA 2003-2007Għadd ta' pjanijiet ta' azzjoni skond il-qasam tax-xogħol u l-Istat Membru PAJJIŻ | Indikaturi agri-ambjentali | Data dwar l-aspetti fiżiċi ta' l-agrikoltura Ewropea +KEA Kontijiet ekonomiċi ta' l-agrikoltura) | Żvilupp rurali | Statistika dwar l-istruttura ta' l-azjendi | Reġistri ta' l-azjendi | Unitajiet żgħar | Biedja organika | Total | BE | 2 | 1 | 4 | 0 | 0 | 0 | 1 | 8 | CZ | 0 | 2 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 3 | DK | 3 | 4 | 2 | 0 | 0 | 1 | 3 | 13 | DE | 5 | 1 | 5 | 0 | 1 | 0 | 0 | 12 | EE | 0 | 2 | 1 | 1 | 1 | 0 | 1 | 6 | EL | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | ES | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5 | FR | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | IE | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | IT | 3 | 4 | 2 | 0 | 1 | 0 | 3 | 13 | CY | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 1 | LV | 0 | 2 | 0 | 0 | 1 | 1 | 1 | 5 | LT | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 4 | LU | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | HU | 0 | 2 | 2 | 0 | 0 | 1 | 1 | 6 | MT | 0 | 2 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 | NL | 3 | 0 | 4 | 0 | 1 | 0 | 0 | 8 | AT | 2 | 3 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 8 | PL | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 0 | 0 | 2 | PT | 0 | 2 | 1 | 0 | 1 | 0 | 0 | 4 | SI | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | 3 | SK | 0 | 2 | 0 | 1 | 1 | 1 | 1 | 6 | FI | 1 | 5 | 1 | 0 | 1 | 0 | 1 | 9 | SE | 5 | 1 | 3 | 0 | 1 | 0 | 1 | 11 | UK | 1 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 4 | Total | 26 | 38 | 32 | 4 | 14 | 6 | 15 | 135 | ANNESS 3 PATIA 2003-2007Ammonti impenjati skond il-qasam tax-xogħol u l-Istat Membru PAJJIŻ | Indikaturi agri-ambjentali | Data dwar l-aspetti fiżiċi ta' l-agrikoltura Ewropea +KEA(Kontijiet ekonomiċi ta' l-agrikoltura) | Żvilupp rurali | Statistika dwar l-istruttura ta' l-azjendi | Reġistri ta' l-azjendi | Unitajiet żgħar | Biedja organika | Total | % | BE | 90 000 | 25 000 | 160 548 | 0 | 0 | 0 | 37 627 | 313 175 | 5.9 | CZ | 0 | 40 000 | 0 | 0 | 60 000 | 0 | 0 | 100 000 | 1.9 | DK | 29 000 | 72 000 | 28 000 | 0 | 0 | 10 000 | 55 000 | 194 000 | 3.6 | DE | 201 000 | 20 000 | 192 500 | 0 | 243 000 | 0 | 0 | 656 500 | 12.3 | EE | 0 | 29 700 | 19 343 | 13 950 | 53 856 | 0 | 14 650 | 131 499 | 2.5 | EL | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 144 000 | 144 000 | 2.7 | ES | 12 000 | 73 729 | 24 000 | 0 | 0 | 0 | 0 | 109 729 | 2.1 | FR | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0.0 | IE | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0.0 | IT | 127 500 | 126 000 | 103 968 | 0 | 311 440 | 0 | 200 337 | 869 245 | 16.3 | CY | 0 | 0 | 0 | 0 | 42 000 | 0 | 0 | 42 000 | 0.8 | LV | 0 | 21 096 | 0 | 0 | 64 069 | 18 083 | 16 284 | 119 532 | 2.2 | LT | 0 | 14 000 | 0 | 0 | 0 | 9 000 | 31 000 | 54 000 | 1.0 | LU | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0.0 | HU | 0 | 30 500 | 58 361 | 0 | 0 | 29 700 | 34 597 | 153 158 | 2.9 | MT | 0 | 28 600 | 29 283 | 0 | 0 | 0 | 0 | 57 883 | 1.1 | NL | 85 000 | 0 | 110 000 | 0 | 60 000 | 0 | 0 | 255 000 | 4.8 | AT | 55 000 | 43 500 | 91 214 | 0 | 446 639 | 0 | 0 | 636 353 | 11.9 | PL | 0 | 0 | 0 | 54 000 | 45 000 | 0 | 0 | 99 000 | 1.9 | PT | 0 | 33 500 | 30 000 | 0 | 175 845 | 0 | 0 | 239 345 | 4.5 | SI | 0 | 11 250 | 0 | 9 900 | 0 | 113 400 | 0 | 134 550 | 2.5 | SK | 0 | 38 000 | 0 | 36 000 | 54 000 | 45 000 | 7 200 | 180 200 | 3.4 | FI | 31 500 | 138 250 | 27 000 | 0 | 36 000 | 0 | 43 400 | 276 150 | 5.2 | SE | 77 000 | 20 000 | 55 000 | 0 | 40 000 | 0 | 10 800 | 202 800 | 3.8 | UK | 23 400 | 0 | 165 000 | 0 | 187 000 | 0 | 0 | 375 400 | 7.0 | Total | 731 400 | 765 125 | 1 094 217 | 113 850 | 1 818 849 | 225 183 | 594 895 | 5 343 519 | 100.0 | % | 13.7 | 14.3 | 20.5 | 2.1 | 34.0 | 4.2 | 11.1 | 100.0 | ANNESS 4 Lista ta' azzjonijiet skond il-qasam tax-xogħol, is-sena u l-Istat Membru Aspetti fiżiċi ta' l-agrikoltura Ewropea Dawn l-azzjonijiet ikomplu ma' dawk imwettqa taħt il-pjanijiet ta' qabel (ara t-Tieni Rapport dwar il-Progress, COM(2002) 79). Kienu limitati għall-pjanijiet annwali għall-2003 u l-2004 (kemm Fażi I kif ukoll II) u kienu jkopru s-sebgħa u tletin azzjoni li ġejjin: 2003 DK: Titjib tal-bilanċiji tal-laħam DK: Titjib tal-bilanċ ta' l-għalf. IT: Titjib tal-bilanċ ta' l-għalf. AT: Titjib tal-bilanċ ta' l-għalf. AT: Produzzjoni ta' fjuri u ħxejjex AT: Titjib fit-tbassir tal-produzzjoni ta' l-inbid PT: Metodi ġodda ta' stħarriġ dwar il-qobla PT: Produzzjoni ta' fjuri FI: Stimi bil-quddiem taż-żona u l-produzzjoni ta' ċereali SE: Ġbir ta' data dwar iċ-ċereali permezz ta' l-internet 2004 Fażi I DK: Statistika dwar frott u ħxejjex ES: Produzzjoni ta' frott u ħxejjex fis-serer ES: Utilità tad- data li tinsab fis-sistema SIMOGAN FI: Statistika ta' l-Ortikultura FI: Trażmissjoni elettronika ta' data FI: Ġbir ta' data bl-użu ta' stħarriġiet ta' kampjuni FI: Titjib ta' statistika dwar ħalib u prodotti tal-ħalib 2004 Fażi II CZ: Statistika ta' kull xahar dwar ħalib u prodotti tiegħu CZ: Statistika dwar produzzjoni ta' frott DK: Użu tar-reġistru tal-bovini għall-istatistika tal-qobla DE: Użu tar-reġistru tal-bovini għall-popolazzjoni ta' l-ifrat EE: Statistika ta' kull xahar dwar ħalib u prodotti tiegħu EE: Stħarriġ pilota dwar pjantaġġuni ta' siġar tal-frott. IT: Titjib ta' statistika dwar laħam tat-tjur IT: Titjib ta' statistika dwar żoni ta' produzzjoni sekondarja ta' ħxejjex IT: Sorsi amministrattivi għall-ifrat u l-bufli LV: Statistika dwar ħalib u prodotti tal-ħalib LV: Statistika dwar il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex LT: Statistika ta' kull xahar dwar ħalib u prodotti tiegħu LT: Statistika dwar il-produzzjoni ta' ħxejjex HU: Statistika ta' kull xahar dwar il-prodotti tal-ħalib HU: Stħarriġ preliminari dwar il-produzzjoni ta' ħxejjex MT: Ħalib ta' annimali żgħar li jixtarru MT: Statistika dwar il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex SI: Sorsi amministrattivi fl-istatistika dwar it-trobbija tal-bhejjem SK: Statistika ta' kull xahar dwar il-prodotti tal-ħalib SK: Statistika dwar il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex . Aspetti ambjentali tal-kontabilità agrikola . Din l-azzjoni tkompli ma' dawk imwettqa taħt il-pjanijiet ta' qabel (ara t-Tieni Rapport dwar il-Progress, COM(2002) 79). Tmexxiet fil-pjan annwali għall-2003. 2003 BE: Aspetti ambjentali ta' kontabilità ekonomika għall-agrikoltura . Indikaturi agri-ambjentali Dawn l-azzjonijiet ikomplu ma' dawk imwettqa taħt il-pjanijiet ta' qabel (ara t-Tieni Rapport dwar il-Progress, COM(2002) 79). Tmexxew fil-pjanijiet annwali għall-2003 u l-2004 (Fażi I), u koprew is-sitta u għoxrin azzjoni li ġejjin: 2003 BE: Żvilupp ta' indikaturi agri-ambjentali DK: Korrelazzjoni bejn il-varjabbli fl-ewwel stħarriġ dwar l-użu tal-pestiċidi DE: Il-Bijodiversità fil-pajżaġġi agrikoli DE: Fertilizzant organiku ES: Żvilupp ta' indikaturi tal-ħamrija IT: Analiżi tar-rekwiżiti ta' data u disponibilità għall-indikaturi agri-ambjentali IT: L-użu ta' pestiċidi u fertilizzanti fil-ġonna tas-siġar tal-frott NL: L-użu ta' l-enerġija li tiġġedded fl-agrikoltura NL: Il-biedja organika u s-suq, il-prezz tal-prodotti organiċi NL: Ġbir u analiżi ta' statistika dwar l-użu ta' pestiċidi AT: Armonizzazzjoni ta' l-Indikaturi Agri-Ambjentali u l-Indikaturi ta' l-Iżvilupp Sostenibbli AT: Ġbir u evalwazzjoni ta' statistika dwar l-użu ta' pestiċidi fl-agrikoltura u l-forestrija FI: Żvilupp ta' sistema statistika dwar l-Indikaturi Agri-Ambjentali SE: Konsum ta' enerġija fl-Agrikoltura SE: Diversifikazzjoni agrikola SE: Marġinalizzazzjoni agrikola SE: Art agrikola f'zoni mħarsa SE: Żvilupp ta' statistika dwar kwantitajiet ta' sustanzi attivi użati fuq uċuħ differenti 2004 Fażi I BE: Indikaturi agri-ambjentali Nru 9,10 u 11 DK: Stħarriġ dwar għejun ta' użu ta' enerġija fis-settur agrikolu DK: Investigazzjoni dwar in-nuqqas ta' qbil fid-deher ta' data dwar l-użu ta' pestiċidi u data dwar bejgħ totali. DE: Indikaturi agri-ambjentali Nru 26 u 28 DE: Treġija ta' applikazzjoni ta' fertilizzanti DE: Użu ta' pestiċidi fid-dwieli għall-inbid IT: Statistika aħjar dwar residwi ta' pestiċidi fuq l-ikel UK: Żvilupp u validazzjoni ta' indikatur tat-titjib fil-prassi agrikola Żvilupp rurali Dawn l-azzjonijiet ikomplu ma' dawk imwettqa taħt il-pjanijiet ta' qabel (ara t-Tieni Rapport dwar il-Progress, COM(2002) 79). Tmexxew fil-pjanijiet annwali għall-2003 u l-2004 (Fażi I), issoktaw fil-pjanijiet għall-2006 u 2007, u koprew it-tnejn u tletin azzjoni li ġejjin: 2003 BE: Attivitajiet ta' impriżi bi produzzjoni agrikola mnaqqsa DE: Aspetti metodoloġiċi ta' multifunzjonalità DE: Kontabilità ekonomika għall-forestrija IT: Multifunzjonalità ta' azjendi agrikoli NL: Żvilupp rurali, rikreazzjoni f'azjendi agrikoli AT: Kontabilità reġjonali għall-agrikoltura PT: Indikaturi ta' żvuilupp rurali FI: Ħolqien ta' database statistika għall-iżvilupp rurali UK: Studju dwar l-iżvilupp rurali u l-attività agrikola 2004 Fażi I BE: Titjib fl-analiżi territorjali tad- data ES: Sorsi u metodi għall-ksib ta' data dwar il-konsum intermedju ES: Konsum ta' għalf mill-bhejjem NL: Importanza ta' l-agrituriżmu NL: Natura rurali u konservazzjoni tal-pajżaġġ mill-bdiewa SE: Qsim aħjar f'zoni rurali u urbani SE: Titjib tan-Netwerk ta' Data tal-Kontabilità ta' l-Azjendi Agrikoli rigward l-iżvilupp rurali 2006 BE: Indikaturi tal-kompetitività u indikaturi agri-ambjentali DE: Evalwazzjoni tal-miżuri ta' l-assi 1 u 2 tar-regolament rivedut ta' l-Iżvilupp Rurali HU: L-iżvilupp ta' indikaturi ġodda AT: Deskrizzjoni ta' zoni rurali u l-iżvilupp tagħhom: infrastruttura tal- ġeodata 2007 BE: Bilanċ tan-nutrijenti għan-nitroġenu DK: Bilanċi tan-nutrijenti fuq livell reġjonali DK: Stima tal-prezzijiet ta' l-art agrikola DE: Stima ta' tkabbir ta' foresta mhux użata DE: Bilanċi tan-nutrijenti li jiddependu mill-iskala EE: Bilanċi tan-nutrijenti IT: Zoni rurali u aċċess għall-Internet HU: Bilanċi nazzjonali u reġjonali ta' nitroġenu u fosfru MT: Bilanċ nazzjonali u reġjonali ta' nitroġenu NL: Bilanċi reġjonali ta' minerali SE: Bilanċi reġjonali tan-nutrijenti, metodu Eurostat/OECD UK: Bilanċi reġjonali tan-nutrijenti, stimi tal-ħamrija Statistika dwar l-istruttura ta' l-azjendi Dawn l-azzjonijiet kienu limitati għall-pjan ta' l-2004 (Fażi II) u koprew dawn l-erba' azzjonijiet: 2004 Fażi II EE: Ipproċessar u validazzjoni tad- data individwali mill-istħarriġ ta' l-2003 PL: Żvilupp tal-marġini gross standard "2002" SI: Żvilupp tal-marġini gross standard "2000" SK: Żvilupp tal-marġini gross standard "2002" Reġistri ta' statistika ta' l-azjendi Dawn l-azzjonijiet bdew bil-pjan ta' l-2005, tkomplew fl-2006, u koprew dawn l-erbatax-il azzjoni 2005 CZ: Aġġornament tar-reġistru ta' l-azjendi minn sorsi amministrattivi ta' data . DE: Integrazzjoni tar-reġistru kummerċjali ta' l-azjendi fir-reġistru kummerċjali nazzjonali u l-PAK EE: Stħarriġ tat-tibdiliet fl-attività ta' l-azjendi wara ċ-ċensiment agrikolu 2001 IT: Twaqqif tar-reġistru ta' statistika ta' l-azjendi u aġġornament ta' metodoloġiji CY: Aġġornament tar-reġistru ta' l-azjendi LV: Titjib tal-kwalità tar-reġistru ta' statistika ta' l-azjendi AT: Konċepiment ġdid ta' reġistru ta' azjenda u ta' negozju għall-agrikoltura u l-forestrija PL: Aġġornament tar-reġistru ta' l-azjendi PT: Aġġornament tal-bażi ta' kampjuni ta' l-agrikoltura SK: Titjib u aġġornament tar-reġistru ta' statistika ta' l-azjendi UK: Żvilupp u żamma tar-reġistru ta' statistika ta' l-azjendi 2006 NL: Jingħaqad ir-reġistru ta' l-azjendi mar-reġistru kummerċjali FI: Koordinazzjoni tar-reġistri agrikoli u ortokulturali mar-reġistru kummerċjali SE: Tqabbil bejn ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' l-azjendi Stħarriġ dwar l-irżiezet iż-żgħar (stħarriġ ta' l-unitajiet żgħar). Dawn l-azzjonijiet bdew bil-pjan ta' l-2005, tkomplew fl-2006, u koprew dawn is-sitt azzjonijiet: 2005 LV: Stħarriġ ta' kampjuni ta' l-unitajiet żgħar LT: Titjib ta' statistika dwar unitajiet statistiċi żgħar HU: Unitajiet żgħar fl-agrikoltura SI: Kopertura ta' unitajiet żgħar statistiċi fl-agrikoltura SK: Stħarriġ fuq unitajiet żgħar 2006 DK: Unitajiet żgħar ta' l-agrikoltura Biedja organika Dan il-qasam iddaħħal bil-pjan 2007, u hemm ippjanati dawn il-ħmistax-il azzjoni: 2007 BE: Karta tal-bilanċ tal-produzzjoni, ipproċessar u konsum għall-prodotti agrikoli DK: Produzzjoni organika mill-annimali DK: Bejgħ dirett tal-produzzjoni organika ta' l-uċuħ tar-raba'. DK: Stima tal-produzzjoni organika ta' l-uċuħ tar-raba' EE: Produzzjoni organika ta' prodotti li ġejjin mill-annimali GR: Integrazzjoni u valutazzjoni tad- data tal-produzzjoni organika minn sorsi varji IT: Prezzijiet bl-ingrossa ta’ prodotti organiċi IT: Prezzijiet lill-konsumatur ta’ prodotti organiċi IT: Struttura, attivitajiet, prassi agrikola tal-biedja organika, f'kuntest ta' ħafna oqsma LV: Sistema ta' ġbir dwar il-biedja organika LT: Produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli HU: Produzzjoni, kummerċ u konsum organiku SK: Tkabbir ta' prodotti organiċi; manifattura, bejgħ u utilizzazzjoni ta' prodotti organiċi FI: Ċereali organiċi fil-katina alimentari SE: Data dwar prodotti organiċi [1] ĠU L 162, 1.7.1996, p. 14. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, tat-30.4.2004, p. 12). [2] P jan ta' A zzjoni T eknika għall- I statistika A grikola. [3] ĠU L 110, 3.5.2003, p. 15. [4] ĠU L 114, 21.4.2004, p. 32. [5] ĠU L 291, 14.9.2004, p. 14. [6] ĠU L 65, 11.3.2005, p. 30. [7] ĠU L 51, 22.2.2006, p. 19. [8] ĠU L 35, 8.2.2007, p. 18. [9] COM(2006) 778 finali tal-11.12.2006. Ref: 2006/0258 (COD).