|
2.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/882
tal-1 ta’ Ġunju 2021
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Fit-13 ta’ Frar 2018, il-kumpanija SAS EAP Group (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed il-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor (dudu tad-dqiq) fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikazzjoni talbet li l-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor tintuża bħala l-insett imnixxef sħiħ fil-forma ta’ snack, u bħala ingredjent tal-ikel f’għadd ta’ prodotti tal-ikel, bil-popolazzjoni ġenerali bħala l-popolazzjoni fil-mira. L-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja ppreżentata fl-applikazzjoni. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-3 ta’ Lulju 2018 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika billi twettaq valutazzjoni tal-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor bħala ikel ġdid. |
|
(5) |
Fl-24 ta’ Novembru 2020, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-larva ta’ Tenebrio molitor bħala ikel ġdid (3), f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet li l-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor hija sikura fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti. Għaldaqstant, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor fil-kundizzjonijiet tal-użu speċifiċi, tikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet ukoll abbażi ta’ evidenza ppubblikata limitata dwar l-allerġiji tal-ikel relatati mal-insetti u b’mod partikolari minn żewġ studji fuq il-bnedmin fejn total ta’ erba’ reazzjonijiet allerġiċi suspettużi ġew attribwiti għal-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor u studju wieħed fuq l-annimali, li l-konsum ta’ dan l-ikel ġdid jista’ jikkawża sensitizzazzjoni għall-proteini tad-dudu tad-dqiq kif ukoll għat-tropomijosina minn sorsi oħra bħall-krustaċji u l-akari. L-Awtorità rrakkomandat li ssir aktar riċerka dwar l-allerġeniċità tal-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor. Biex tindirizza r-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni bħalissa qed tesplora l-modi biex twettaq ir-riċerka meħtieġa dwar l-allerġeniċità tal-larva ta’ Tenebrio molitor. |
|
(8) |
Sakemm id-data ġġenerata mir-riċerka tiġi vvalutata mill-Awtorità, u meta wieħed iqis li, sal-lum, ġew irrapportati biss il-ftit każijiet allerġiċi msemmija hawn fuq skont id-data disponibbli għall-industrija tal-insetti tal-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor (4), il-Kummissjoni tqis li ma jenħtieġx li jiġi inkluż rekwiżit ta’ tikkettar speċifiku li jikkonċerna l-potenzjal tal-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor li tikkawża sensitizzazzjoni primarja, fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
|
(9) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset ukoll li l-konsum tal-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitortista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi lil persuni li huma allerġiċi għall-krustaċji u l-akaridi tat-trab. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li jistgħu jispiċċaw allerġeni addizzjonali fl-ikel ġdid, jekk dawn l-allerġeni jkunu preżenti fis-substrat mitmugħ lill-insetti. Dan jista’ jinkludi allerġeni elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għalhekk, huwa xieraq li l-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor li ssir disponibbli għall-konsumatur bħala tali u ikel li jkun fih il-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitorjkunu ttikkettati kif xieraq skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011. |
|
(10) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità nnutat li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq analiżijiet ta’ kontaminanti fl-ikel ġdid (6), deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tat-tnixxif (7), u data analitika dwar il-livelli ta’ ċitina (8), u data dwar l-istatus ossidattiv u mikrobijoloġiku tal-ikel ġdid matul il-ħżin (9). Hija nnutat ukoll li ma setgħetx tasal għal din il-konklużjoni mingħajr id-data mir-rapporti mhux ippubblikati tal-istudji li jinsabu fil-fajl tal-applikant. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza għal dawk l-istudji, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(12) |
L-applikant iddikjara li kellu d-dritt proprjetarju u esklużiv ta’ referenza għall-analiżijiet tal-kontaminanti fl-ikel ġdid, id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tat-tnixxif, id-data analitika dwar il-livelli ta’ ċitina, u d-data dwar l-istatus ossidattiv u mikrobijoloġiku tal-ikel ġdid waqt il-ħżin, fil-waqt meta ppreżenta l-applikazzjoni u li, għalhekk, partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu b’mod legali għal dawk l-istudji. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha li pprovdielha l-applikant u kienet tal-fehma li l-applikant issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, l-istudji speċifiċi dwar l-analiżijiet tal-kontaminanti fl-ikel il-ġdid, id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tat-tnixxif, id-data analitika dwar il-livelli tal-ċitina, u d-data dwar l-istatus ossidattiv u mikrobijoloġiku tal-ikel ġdid waqt il-ħżin, li jinsabu fil-fajl tal-applikant, li fuqhom l-Awtorità bbażat il-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid u li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid, jenħtieġ li ma jintużawx għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, l-applikant biss jenħtieġ li jkun awtorizzat iqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor matul dak il-perjodu. |
|
(14) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor u tar-referenza għall-istudji li jinsabu fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni. |
|
(15) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-larva mnixxfa ta’ Tenebrio molitor kif speċifikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ ikel ġdid awtorizzat tal-Unjoni stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-applikant oriġinali biss:
|
|
Il-kumpanija: SAS EAP Group; |
|
|
Indirizz: 35 Boulevard du Libre Échange, 31650, Saint-Orens-de-Gameville, Franza, |
|
|
huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew bi ftehim ma’ SAS EAP Group. |
3. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-istudji li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant huma propretarji, u li mingħajrhom l-ikel ġdid ma setax jiġi awtorizzat, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ SAS EAP Group.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Is-sikurezza tad-dudu tad-dqiq imnixxef (il-larva ta’ Tenebrio molitor) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283; EFSA Journal 2021:19(1):6343.
(4) Il-larva ta’ Tenebrio molitor titqiegħed fis-suq f’għadd ta’ Stati Membri skont il-miżuri tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(6) SAS EAP Group 2016 (mhux ippubblikat).
(7) SAS EAP Group 2013 (mhux ippubblikat).
(8) SAS EAP Group 2018 (mhux ippubblikat).
(9) SAS EAP Group 2020 (mhux ippubblikat).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja, f’ordni alfabetika:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), l-entrata li jmiss tiddaħħal f’ordni alfabetika:
|
(*1) Karboidrati diġestibbli = 100 — (proteina mhux raffinata + xaħam + fibra + irmied + umdità).
(*2) CFU: colony forming units (unitajiet li jifformaw kolonja)”