<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-789/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0789</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:260">EU:T:2021:260</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210512">12.5.2021</DATE> – Kawża T‑789/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Moerenhout <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Dritt istituzzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej</KEYWORD><KEYWORD>Skambji kummerċjali mat-territorji taħt okkupazzjoni militari</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ reġistrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011</KEYWORD><KEYWORD>Politika kummerċjali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 207 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 215 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑789/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Tom Moerenhout</HT>, residenti f’Humbeek (il-Belġju), u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Il-lista tar-rikorrenti l-oħra hija annessa biss mal-verżjoni nnotifikata lill-partijiet.</P></NOTE>, irrappreżentati minn G. Devers, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn I. Martínez del Peral u S. Delaude, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1567 tal‑<DATE ISO="20190904">4 ta’ Settembru 2019</DATE> dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 241, p. 12</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża),</P><P>komposta minn S. Papasavvas, President, A. Kornezov, E. Buttigieg, K. Kowalik-Bańczyk (Relatur) u G. Hesse, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Tom Moerenhout u sitt ċittadini oħra li isimhom jidher fl-anness, ipproponew inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>proposta IĊE<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li ntbagħtet lill-Kummissjoni Ewropea fil‑<DATE ISO="20190705">5 ta’ Lulju 2019</DATE> għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="065" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 65, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="49" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 94, p. 49</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-proposta IĊE kellha bħala skop:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ir-regolazzjoni ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet tal-Okkupant ibbażati jew li joperaw f’territorji okkupati billi ma jitħallewx prodotti li joriġinaw minn hemm milli jidħlu fis-suq tal-UE.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-proposta IĊE, l-għan tagħha kien:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-Kummissjoni, bħala l-Gwardjan tat-Trattati, għandha tiżgura l-konsistenza tal-politika u l-konformità tal-Unjoni mad-drittijiet fundamentali u mad-dritt internazzjonali fl-oqsma kollha tal-liġi tal-UE, inkluża l-politika kummerċjali komuni (PKK). Għandha tipproponi atti legali li ma jippermettux lill-entitajiet legali tal-UE milli kemm jimportaw prodotti li joriġinaw minn insedjamenti illegali f’territorji okkupati u milli jesportaw lejn tali territorji, sabiex tiġi ppreżervata l-integrità tas-suq intern u biex ma tingħatax għajnuna jew assistenza lill-kontinwazzjoni ta’ tali sitwazzjonijiet illegali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Sussegwentement, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati u tad-dritt internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, ir-rikorrenti ċċitaw l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 21 TUE kif ukoll l-Artikolu 2(1), l-Artikoli 3 u 205, u l-Artikolu 207(1) u (2) TFUE. Huma rreferew ukoll għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal‑<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE> li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta’ djamanti mhux maħduma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 2, p. 30), għar-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE> dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 30, p. 1</REF.DOC.OJ>), għas-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960730">30 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Bosphorus</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑84/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:312">EU:C:1996:312</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Brita</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:91">EU:C:2010:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll għal ċerti dispożizzjonijiet u sorsi tad-dritt internazzjonali, fosthom b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-opinjonijiet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1567 tal‑<DATE ISO="20190904">4 ta’ Settembru 2019</DATE> dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 241, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), il-Kummissjoni rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-proposta IĊE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni mmotivat dan ir-rifjut, fil-premessi 5 sa 7 tad-deċiżjoni kkontestata, kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(5)</NO.P><TXT>Att legali li jkopri s-suġġett tal-proposta għal [IĊE] jista’ jiġi adottat biss abbażi tal-Artikolu 215 […] TFUE.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Madankollu, prerekwiżit biex att legali jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 215 […] TFUE huwa li jkun hemm deċiżjoni adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat [UE] li jipprovdi għall-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjalment jew kompletament, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-Kummissjoni ma għandhiex is-setgħa li tippreżenta proposti għal tali deċiżjoni. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni korrispondenti adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat [UE], il-Kummissjoni ma għandhiex is-setgħa li tippreżenta proposta għall-adozzjoni ta’ att legali abbażi tal-Artikolu 215 […] TFUE.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta għal [IĊE] taqa’ b’mod manifest ’il barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Trattati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament [Nru 211/2011], meħud flimkien mal-Artikolu 2, il-punt 1, [ta’ dan ir-regolament].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta fit‑<DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentaw ir-replika fl‑<DATE ISO="20200420">20 ta’ April 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika fid‑<DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Għaxar Awla, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, li tibgħat il-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll tal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Nru 211/2011, sa fejn il-Kummissjoni żnaturat il-proposta IĊE billi injorat l-iskop veru tagħha li kien jirrigwarda miżura fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-regolament, billi l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tal-imsemmi regolament, sa fejn il-Kummissjoni qieset b’mod żbaljat li l-azzjoni mixtieqa mill-proposta IĊE setgħet tiġi adottata biss abbażi tal-Artikolu 215 TFUE. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tal-istess regolament, sa fejn il-Kummissjoni injorat bażijiet legali oħra li magħhom il-proposta IĊE hija manifestament marbuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li huwa xieraq li qabel kollox jiġi eżaminat it-tieni motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jifformulaw, essenzjalment, tliet ilmenti li jikkonċernaw il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ewwel, il-Kummissjoni naqset milli tispjega r-raġuni għalfejn qieset li l-Artikolu 207(2) TFUE ma kienx jikkostitwixxi bażi legali adatta għall-azzjoni mixtieqa fil-proposta IĊE, minkejja r-riferiment espress għal din id-dispożizzjoni kif ukoll għar-Regolament 2019/125 fl-imsemmija proposta. Ir-rikorrenti jqisu, fil-fatt, li mill-proposta IĊE jirriżulta li din kienet tirrigwarda miżura li taqa’ taħt il-politika kummerċjali komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>It-tieni, peress li l-Kummissjoni qieset li kien biss l-Artikolu 215 TFUE dwar miżuri adottati fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) li seta’ jikkostitwixxi bażi legali adatta għall-proposta IĊE, hija kellha tispjega r-raġunijiet għalfejn qieset li l-għan ewlieni tal-imsemmija proposta kien miżura fil-qasam tal-PESK iktar milli miżura relatata mal-politika kummerċjali komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tielet, il-Kummissjoni ma għamlitx distinzjoni bejn iż-żewġ paragrafi tal-Artikolu 215 TFUE. Issa, ir-riferiment globali għal dan l-artikolu bħala bażi legali għall-miżura msemmija fil-proposta IĊE ma jippermettix li tkun magħrufa r-raġuni għaliex il-projbizzjoni prevista mill-imsemmija proposta għandha taqa’ taħt miżuri restrittivi kontra pajjiżi (abbażi tal-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu), iktar milli miżuri restrittivi kontra persuni (abbażi tal-paragrafu 2 tal-istess artikolu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti billi ssostni, essenzjalment, li d-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjentement motivata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 211/2011, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk tali proposta tissodisfax il-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fost l-imsemmija kundizzjonijiet, l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011 jipprevedi li proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini tiġi rreġistrata mill-Kummissjoni, sakemm din <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ma tkunx taqa’ manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta’ implimentazzjoni<?PAGE NO="5"?> tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Huwa biss jekk proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini tkun, fid-dawl tal-iskop u tal-għanijiet tagħha, kif jirriżultaw mill-informazzjoni obbligatorja u, jekk ikun il-każ, addizzjonali mogħtija mill-organizzaturi b’applikazzjoni tal-Anness II ta’ dan ir-regolament, manifestament barra mill-ambitu tal-kompetenzi li bis-saħħa tagħhom il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta ta’ att legali tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati, li hija tista’ tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ din il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini skont din id-dispożizzjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Anagnostakis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑589/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:663">EU:C:2017:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Izsák u Dabis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑420/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:177">EU:C:2019:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011, meta tirrifjuta li tirreġistra proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi bil-motivi għal dan ir-rifjut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-fatt li proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini ma tkunx irreġistrata huwa ta’ natura li jaffettwa l-effettività stess tad-dritt taċ-ċittadini li jippreżentaw inizjattiva taċ-ċittadini, stabbilit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE. Konsegwentement, tali deċiżjoni għandha tindika b’mod ċar il-motivi li jiġġustifikaw l-imsemmi rifjut (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑646/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:59">EU:T:2017:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, iċ-ċittadin li jkun ippreżenta proposta għal inizjattivi taċ-ċittadini għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jifhem ir-raġunijiet għalfejn din ma tkunx ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni, b’tali mod li hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, li quddiemha tressqet tali proposta, li tevalwaha, iżda wkoll li tispeċifika d-diversi motivi tad-deċiżjoni ta’ rifjut fid-dawl tal-impatt tagħha fuq l-eżerċizzju effettiv tad-dritt stabbilit mit-Trattat. Dan jirriżulta min-natura stess ta’ dan id-dritt, li, hekk kif ġie rrilevat fil-premessa 1 tar-Regolament Nru 211/2011, huwa intiż sabiex isaħħaħ iċ-ċittadinanza Ewropea u jtejjeb il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni permezz ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑646/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:59">EU:T:2017:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-twettiq tal-għanijiet, imfakkra fil-premessa 2 tar-Regolament Nru 211/2011, li jikkonsistu fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika u li l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli, ikun serjament kompromess fl-assenza ta’ motivazzjoni kompleta f’deċiżjoni ta’ rifjut (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑646/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:59">EU:T:2017:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-obbligu li l-organizzaturi jiġu informati bil-motivi għar-rifjut li l-proposta IĊE tagħhom tiġi rreġistrata, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011, jikkostitwixxi l-espressjoni speċifika, f’dak li jirrigwarda l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti legali stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Anagnostakis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑589/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:663">EU:C:2017:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa minn din l-aħħar dispożizzjoni għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, li tkun l-awtriċi tal-att, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti kompetenti tagħmel l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji jew persuni<?PAGE NO="6"?> oħra li huma direttament u individwalment ikkonċernati mill-att jista’ jkollhom sabiex jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE ma għandhiex tiġi evalwata fid-dawl biss tal-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli legali kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm huwa minnu li l-istituzzjonijiet ma humiex obbligati, fil-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati, li jieħdu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha li l-partijiet ikkonċernati jinvokaw quddiemhom matul proċedura amministrattiva, xorta jibqa’ l-fatt li huma għandhom jesponu l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li għandhom importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjonijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0169">169</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Storck vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑96/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:537">EU:C:2012:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif tfakkar fil-punt 6 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni kkonstatat, fid-deċiżjoni kkontestata, li att legali li jikkonċerna l-iskop tal-proposta IĊE jista’ jiġi adottat biss abbażi tal-Artikolu 215 TFUE (premessa 5) u li hija ma kinitx kompetenti sabiex tippreżenta proposta ta’ att legali fuq din il-bażi (premessa 6). Hija spjegat li l-proposta IĊE ma taqax, għalhekk, manifestament barra mill-ambitu tal-kompetenzi tagħha fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament (premessa 7).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk mill-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni bbażat ir-rifjut tagħha fuq motiv ibbażat, essenzjalment, fuq il-fatt li hija ma kinitx kompetenti sabiex tissottometti proposta ta’ att legali li tista’ tissodisfa l-għan tal-proposta IĊE, peress li l-unika bażi legali applikabbli kienet, skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 215 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, kif isostnu r-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata ma tispeċifikax ir-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni qieset li kien biss att adottat abbażi tal-Artikolu 215 TFUE li seta’ jissodisfa l-għan tal-proposta IĊE. Barra minn hekk, minkejja li mill-kliem tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta impliċitament li l-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet l-oħra invokati mir-rikorrenti fil-proposta IĊE tagħhom, b’mod partikolari l-Artikolu 207 TFUE, ma setgħux jikkostitwixxu bażi legali adatta għall-miżura koperta mill-proposta IĊE, il-Kummissjoni lanqas ma spjegat ir-raġunament tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’hekk, in-natura suffiċjenti ta’ tali motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-ewwel, id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq l-assenza manifesta ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tissottometti proposta ta’ att legali li tista’ tissodisfa l-iskop u l-għan tal-proposta IĊE. Din l-assenza manifesta ta’ kompetenza hija spjegata mill-fatt li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-azzjoni proposta kienet taqa’ esklużivament taħt il-PESK.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tal-iskop u tal-għanijiet tal-proposta IĊE konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 23 iktar ’il fuq u, konsegwentement, fir-rigward tal-bażi legali applikabbli, kellha importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni kkontestata fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 30 iktar ’il fuq. Minn dan isegwi li, kuntrarjament għall-argumenti tal-Kummissjoni, din kellha tipprovdi, fid-deċiżjoni kkontestata, spjegazzjoni dwar l-analiżi tagħha tal-bażi legali adatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, huwa evidenti li l-motivazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, li tillimita ruħha, essenzjalment, li tinvoka l-Artikolu 215 TFUE bħala l-unika bażi legali possibbli ta’ att li jippermetti li jiġi ssodisfatt l-għan tal-proposta IĊE, ma tippermettix li jinftiehem ir-raġunament relatat mal-għażla ta’ din il-bażi legali. Ir-riferiment, fil-premessa 6 tad-deċiżjoni kkontestata, għall-assenza ta’ setgħa tal-Kummissjoni sabiex tadotta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>deċiżjoni […] li [t]ipprovdi għall-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjalment jew kompletament, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-pajjiż terz ikkonċernatt<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li jirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 215(1) TFUE, fl-ebda każ ma jsostni din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni ma spjegatx għalfejn hija qieset li l-miżura prevista mill-proposta IĊE kellha tiġi kklassifikata neċessarjament u unikament bħala li tkopri att li jipprevedi l-interruzzjoni jew it-tnaqqis tar-relazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiż terz wieħed jew iktar fis-sens tal-Artikolu 215(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni, il-kontenut tal-proposta IĊE jikkostitwixxi element ta’ kuntest rilevanti, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 29 iktar ’il fuq, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Anagnostakis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑589/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:663">EU:C:2017:663</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-proposta IĊE, ir-rikorrenti rreferew b’mod espliċitu, u diversi drabi, għall-politika kummerċjali komuni kif ukoll għal dispożizzjonijiet li jirrigwardaw dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, ir-rikorrenti indikaw, fit-taqsima tal-proposta IĊE relatata mal-għan tagħha, li l-Kummissjoni kellha tiżgura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l-konsistenza tal-politika u l-konformità tal-Unjoni mad-drittijiet fundamentali u mad-dritt internazzjonali fl-oqsma kollha tal-liġi tal-UE, inkluża l-politika kummerċjali komuni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (punt 3 iktar ’il fuq), u, fit-taqsima dwar l-iskop tal-imsemmija proposta, l-adozzjoni ta’ miżura għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>regolazzjoni ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> mat-territorji okkupati (punt 2 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fit-taqsima <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati u tad-dritt internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tal-proposta IĊE, ir-rikorrenti ċċitaw diversi dispożizzjonijiet dwar il-politika kummerċjali komuni (punt 4 iktar ’il fuq). B’mod partikolari, huma semmew l-Artikolu 207(1) u (2) TFUE, li jipprevedi b’mod partikolari li l-miżuri li jiddefinixxu l-kuntest li fih tiġi implimentata l-politika kummerċjali tal-Unjoni għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jiddeċiedu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif ukoll l-Artikolu 3 TFUE, li minnu jirriżulta li l-politika kummerċjali komuni hija qasam ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Barra minn hekk, huma rreferew għal żewġ regolamenti adottati fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni, li jirregolaw l-iskambju ta’ ċerti tipi ta’ prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi, li jikkundizzjonawh b’mod partikolari għal sistema ta’ awtorizzazzjoni, kif ukoll għal żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-applikazzjoni ta’ atti tal-Unjoni li jaqgħu f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-informazzjoni inkluża fil-proposta IĊE jirriżulta li r-rikorrenti xtaqu li l-Kummissjoni tissottometti proposta ta’ att ta’ politika kummerċjali komuni abbażi tal-Artikolu 207 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva, ġustament, li hija ma kinitx obbligata ssemmi fid-deċiżjoni kkontestata l-assenza ta’ rilevanza ta’ kull waħda mid-dispożizzjonijiet u sorsi allegati ta’ dritt imsemmija mir-rikorrenti fil-proposta IĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tar-riferimenti espliċiti u repetuti għall-politika kummerċjali komuni fil-proposta IĊE, u b’mod partikolari għall-Artikolu 207 TFUE, hija l-Kummissjoni, f’dan il-każ, li għandha tispjega r-raġunijiet li wassluha tikkonkludi, b’mod impliċitu, li l-miżura msemmija fil-proposta IĊE, fid-dawl tal-iskop u tal-għan tagħha, ma kinitx taqa’ taħt dan il-qasam u ma setgħetx, għaldaqstant, tiġi adottata abbażi tal-Artikolu 207 TFUE. Issa, id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi l-ebda motivazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata, essenzjalment, fuq il-kunsiderazzjoni li l-proposta IĊE ma taqax manifestament taħt il-kompetenzi tal-Kummissjoni, l-evalwazzjoni li l-imsemmija proposta ma setgħetx tkun marbuta mal-politika kummerċjali komuni għandha importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, b’differenza mill-PESK, il-politika kummerċjali komuni hija qasam li fih il-Kummissjoni hija awtorizzata tifformula proposta ta’ att tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 207 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tielet, in-natura suffiċjenti jew le tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata għandha wkoll tiġi evalwata fid-dawl tal-għanijiet tal-Artikolu 11(4) TUE, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE u tar-Regolament Nru 211/2011 li jikkonsistu fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika u li l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli. Kif tfakkar fil-punti 25 sa 27 iktar ’il fuq, minħabba dawn l-għanijiet, il-Kummissjoni għandha turi b’mod ċar il-motivi li jiġġustifikaw ir-rifjut li l-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini tiġi rreġistrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, fl-assenza ta’ motivazzjoni kompleta, l-introduzzjoni eventwali ta’ proposta IĊE ġdida, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tal-proposta, tkun serjament kompromessa, bl-istess mod kif ikun serjament kompremess it-twettiq tal-għanijiet imfakkra fil-premessa 2 tar-Regolament Nru 211/2011, li jikkonsistu fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika u fil-fatt li l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑646/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:59">EU:T:2017:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, huwa biss billi esponiet b’mod adegwat ir-raġunijiet li wassluha tikkunsidra li l-miżura msemmija fil-proposta IĊE kienet taqa’ esklużivament taħt il-PESK u ma kinitx marbuta mal-politika kummerċjali komuni li l-Kummissjoni kkonformat mal-għan tal-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika, konformement mal-Artikolu 11(4) TUE u mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE kif ukoll mal-għanijiet tar-Regolament Nru 211/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, u mingħajr ma hemm bżonn li tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni kellhiex tippreċiża wkoll, fid-deċiżjoni kkontestata, liema paragrafu tal-Artikolu 215 TFUE kien japplika għall-miżura prevista mill-proposta IĊE, għandu jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix biżżejjed elementi li jippermettu lir-rikorrenti jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tal-proposta IĊE u lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità ta’ dan ir-rifjut. Konsegwentement, din id-deċiżjoni ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 296 TFUE u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni motiv għandu jintlaqa’ u d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra invokati mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1567 tal‑<DATE ISO="20190904">4 ta’ Settembru 2019</DATE> dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kornezov</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kowalik-Bańczyk</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Hesse</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>