4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10194 — CDP VENTURE CAPITAL/GENERALI WELION/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 75/06)

1.   

Fid-19 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Cassa Depositi e Prestiti S.p.A. (“CDP”, l-Italja);

—

CDP Venture Capital SGR S.p.A. (“CDP Venture Capital”, l-Italja), ikkontrollata minn CDP;

—

Assicurazioni Generali S.p.A. (“Assicurazioni Generali”, l-Italja);

—

Generali Welion S.C.A.R.L (“Generali Welion”, l-Italja), ikkontrollata minn Assicurazioni Generali; kif ukoll

—

JVCo, kumpanija ta’ impriża bi sħab (joint venture company, “JVCo”, l-Italja) li għadha kif ġiet stabbilita, ikkontrollata bi sħab minn CDP Venture Capital u minn Generali Welion.

CDP Venture Capital u Generali Welion jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JVCo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CDP: il-finanzjament ta’ korpi pubbliċi u inizjattivi promossi minnhom, fl-akkwist ta’ ishma f’kumpaniji ta’ interess nazzjonali sinifikanti, fil-finanzjament ta’ xogħlijiet, impjanti, networks u dotazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi;

—

CDP Venture Capital: investimenti diretti u indiretti, ġestjoni ta’ fondi, appoġġ għal negozji ġodda fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

—

Assicurazioni Generali: it-tipi kollha ta’ assikurazzjoni, nazzjonali u internazzjonali;

—

Generali Welion: servizzi ta’ konsulenza u ġestjoni għas-saħħa individwali u l-benessri korporattiv; kif ukoll

—

JVCo: tipprovdi servizzi residenzjali u rikreattivi għall-anzjani, kif ukoll servizzi ta’ benesseri u assistenza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10194 — CDP VENTURE CAPITAL/GENERALI WELION/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.