12004V247

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 8 - Rettikolati trans-Ewropej - Artikolu III-247

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0108 - 0109


Artikolu III-247

1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu III-246, l-Unjoni:

a) għandha tistabbilixxi sensiela ta' linji gwida dwar l-għanijiet, il-prijoritajiet kif ukoll il-linji ġenerali ta' miżuri kontemplati fil-qasam tar-rettikolati trans-Ewropej; dawn il-linji gwida għandhom jidentifikaw proġetti ta' interess komuni;

b) għandha timplimenta kull miżura li tista' tkun meħtieġa biex tiġi assigurata l-interoperabilità tar-rettikolati, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-istandardizzazzjoni teknika;

ċ) tista' ssostni proġetti ta' interess komuni sostnuti minn Stati Membri, li jiġu identifikati fil-kwadru tal-linji gwida previsti fil-punt (a), b'mod partikolari permezz ta' studji ta' fattibiltà, garanziji għal self jew sussidji fuq ir-rati ta' l-imgħax; l-Unjoni tista' wkoll tikkontribwixxi, permezz tal-Fond ta' Koeżjoni, għall-finanzjament ta' proġetti speċifiċi fi Stati Membri fil-qasam ta' l-infrastruttura tat-trasport.

L-attivitajiet ta' l-Unjoni għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-vijabilità ekonomika potenzjali tal-proġetti.

2. Il-liġi jew il-liġi kwadru Ewropea Ewropea għandhom tistabbilixxi l-linji gwida u l-miżuri oħra previsti fil-paragrafu 1. Din il-liġi għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

Linji gwida u proġetti ta' interess komuni li għandhom x'jaqsmu mat-territorju ta' Stat Membru għandhom jinħtieġu l-kunsens ta' dak l-Istat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jikkordinaw bejniethom il-politika segwita fuq il-livell nazzjonali li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-kisba ta' l-għanijiet previsti fl-Artikolu III-246. Il-Kummissjoni tista', b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva utli biex tippromwovi dik il-kordinazzjoni.

4. L-Unjoni tista' tikkopera ma' pajjiżi terzi sabiex tippromwovi proġetti ta' interess reċiproku u sabiex tassigura l-interoperabilità tar-rettikolati.

--------------------------------------------------