European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4240

30.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12065 - SAGITTA / MIA / COIN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4240)

1.   

Fit-22 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sagitta SGR S.p.A. (“Sagitta”, l-Italja), taħt il-kontroll aħħari ta’ TDR Capital LLP (ir-Renju Unit),

—

MIA S.r.l. (“MIA”, l-Italja),

—

Coin S.p.A. (“Coin”, l-Italja).

Sagitta u MIA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Coin kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Sagitta hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi speċjalizzata fil-ġestjoni ta’ assi alternattivi illikwidi (bħal Self li ma Jrendix u Improbabbli li Jitħallas), dejn privat, proprjetà immobbli, fondi ta’ kreditu u ta’ self dirett,

—

MIA hija kumpanija azzjonarja li tmexxi grupp ta’ kumpaniji li joperaw f’diversi setturi inkluż fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-ħwejjeġ,

—

Coin tbigħ ħwejjeġ, kożmetiċi, fwejjaħ, prodotti għall-kura personali, u prodotti tad-dar bl-imnut.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12065 — SAGITTA / MIA / COIN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4240/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)