2004R1259 — MT — 22.07.2015 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 1259/2004

tat-8 ta' Lulju 2004

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 239 9.7.2004, p. 8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 403/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013

  L 121

26

3.5.2013

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 290/2014 tal-21 ta’ Marzu 2014

  L 87

84

22.3.2014

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1053 tal-1 ta' Lulju 2015

  L 171

8

2.7.2015




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 1259/2004

tat-8 ta' Lulju 2004

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf tal-bhejjem ( 1 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li l-ebda addittiv ma jista’ jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni sakemm ma jkunx ingħata l-awtorizzazzjoni tal-Komunità.

(2)

Fil-każ ta’ addittivi msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness C tad-Direttiva 70/524/KEE, li tinkludi mikro-organiżmi u enżimi, awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ addittiv diġa awtorizzat tista’ tingħata jekk il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3(a) huma sodisfatti.

(3)

L-użu tat-taħlita mikro-organiżmu ta’ Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999 ( 3 ).

(4)

Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dan il-mikro-organiżmu.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sottomessa għar-rigward ta’ dan il-mikro-organiżmu, turi li l-kundizzjonijiet ipprovduti fid-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien huma sodisfatti.

(6)

L-użu ta’ dan il-mikro-organiżmu għat-tiġieġ għas-smin, speċifikat fl-Anness I, għandu għalhekk ikun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tat-taħlita enżima ta’ endo-1,4-beta-glucanase, endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotta bit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba, f’forma likwida bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/1998 ( 4 ), u f’forma mrammla bir-Regolament tal-Kummisjsoni (KE) Nru 937/2001 ( 5 ).

(8)

L-użu tat-taħlita enżima ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta bl-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 654/2000 ( 6 ).

(9)

L-użu tat-taħlita enżima endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotta bill-Penicillium funiculosum (IMI SD 101) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 ( 7 ).

(10)

L-użu tat-taħlita enżima endo-1.4-beta-xylanase prodotta bl-Aspergillus niger (CBS 520.94) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/1998 (7) .

(11)

L-użu tat-taħlita enżima endo-1,4-beta-xylanase prodotta bill-Bacillus subtilis (LMG-S 15136) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba, f’forma solida bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 ( 8 ) u f’forma likwida bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2188/2002 ( 9 ).

(12)

Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ kull wieħed minn dan it-taħlit enżima.

(13)

L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessa għar-rigward ta’ kull waħda minn dawn it-taħlit enżima, turi li l-kundizzjonijiet ipprovduti fid-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien huma sodisfatti.

(14)

L-użu ta’ dan it-taħlit enżima għat-tiġiet għas-smin taħt il-kundizzjonijiet imniżżla fl- Annessi II, III, IV, V u VI għandu għalhekk ikun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(15)

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċertu proċeduri għandhom ikunu meħtieġa biex iħarsu lill-ħaddiema milli jkunu esposti għall-addittivi mniżżla fl-Annessi.

(16)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT



▼M3 —————

▼M2

L-Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jifformaw parti mill-grupp “enżimi”, kif stabbilit fl-Anness III, IV, u V huma awtorizzati bħala addittiv għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien fin-nutrizzjoni tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

▼B

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M3 —————

▼M1 —————

▼B




ANNESS III



Nru KE

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali

Enżimi

E 1603

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Taħlit ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti bl-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) li fih attività minima ta’:

Forma miksija:

50 FBG (1)/g

Forma likwida:

120 FBG/ml

Tiġieġ għas-smin

—

10 FBG

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandabbli kull kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali: 15-20 FBG.

3.  Għall-użu f’sustanza ta’ għalf għani f’polisakkaridi li m’għandhomx lamtu (prinċipalment beta-glucans), eż. Li fih iżjed minn 60% ingredjenti tal-ħaxix (qamħirrun, lupina, qamħ, xgħir, sojja, ross, żrieragħ taż-żejt tal-lift jew piżelli)

Mingħajr limitu ta’ żmien

(1)   1 FBG huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 micromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti tal-glukosju) mix-xgħir beta-glucan pH 5,0 kull minuta u 30° C.

▼M2 —————

▼B




ANNESS V



Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali

Enżimi

E 1605

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Taħlit ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 520.94) li fih attività minima ta’:

Forma solida:

Endo-1,4-beta-xylanase:

600 U (1)/g

Forma likwida:

Endo-1,4-beta-xylanase:

300 U/ml

Tiġieġ għas-smin

—

300 U

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandabbli kull kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali: endo-1,4-beta-xylanase: 300-600 U.

3.  Għall-użu f’sustanza ta’ għalf għani f’polisakkaridi li m’għandhomx lamtu (prinċipalment arabinoxylans), eż. li fih iżjed minn 50 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

(1)   1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillebera 1 micromole ta’ xylose mill-birchwood xylan pH 5,3 kull minuta u 50°C.




ANNESS VI



Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem ta’ perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali

Enżimi

E 1606

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Taħlit ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta bil-Bacillus subtilis (LMG-S 15136) li fih attività minima ta’:

Forma solida u likwida:

100 IU (1)/g jew ml

Tiġieġ għas-smin

—

10 IU

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandabbli kull kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali: 10 IU.

3.  Għall-użu f’sustanza ta’ għalf għani fil-polisakkaridi li m’għandhomx lamtu (prinċipalment arabinoxylans), eż. li fih iżjed minn 40 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

(1)   1 IU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 micromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti tal-kulosju) mill-birchwood xylan pH 4,5 kull minuta u 30°C.



( 1 ) ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p.1.

( 2 ) ĠU L 265, tat-3.10.2002, p.1.

( 3 ) ĠU L 194, tas-27.7.1999, p.1.

( 4 ) ĠU L 191, tas-7.7.1998, p.15.

( 5 ) ĠU L 130, tat-12.5.2001, p.25.

( 6 ) ĠU L 79, tat-30.3..2000, p.26.

( 7 ) ĠU L 108, tas-27.4.1999, p.21.

( 8 ) ĠU L 155, tat-28.6.2000, p.15.

( 9 ) ĠU L 333, ta’ l-10.12.2002, p.5.