European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7431

12.12.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11810 – ADRILL / ADH / DEEP WELL SERVICES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7431)

1.   

Fl-4 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ADNOC Drilling Company P.J.S.C. (“ADRILL”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata mill-entità tal-Istat Abu Dhabi National Oil Company P.J.S.C. (“ADNOC”, l-Emirati Għarab Magħquda).

—

Alpha Dhabi Holding P.J.S.C. (“ADH”, l-Emirati Għarab Magħquda).

—

Deep Well Services Holdings L.L.C. (“DWS”, l-Istati Uniti).

ADRILL u ADH se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DWS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

ADRILL huwa operatur ta’ servizzi tat-tħaffir u taż-żejt fuq l-art u lil hinn mill-kosta, li jifforma parti min-network integrat ta’ negozji ta’ ADNOC li joperaw tul il-katina tal-valur,

—

ADH hija kumpanija ta’ investiment b’kumpaniji holding li joperaw fil-kura tas-saħħa, fl-enerġija rinnovabbli, fil-petrokimiċi, u f’diversi industriji oħra, inklużi l-proprjetà immobbli, il-kostruzzjoni, u l-ospitalità,

—

DWS topera fis-settur tas-servizzi fil-qasam taż-żejt, u tispeċjalizza f’operazzjonijiet ta’ tlestija u intervent bi pressjoni għolja, laterali twal, u b’ħafna bjar. Hija tissupplixxi biċċiet ta’ tagħmir speċjalizzat magħmul biex iwettqu kompiti ta’ tlestija u ta’ intervent, bħal tindif tal-bjar, operazzjonijiet ta’ tiftix, u plagg drill-outs.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11810 – ADRILL / ADH / DEEP WELL SERVICES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7431/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)