Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Curtea de Apel Craiova - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra - Taxxa ambjentali imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru speċifiku - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE - Eżenzjoni temporanja għall-vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi.
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jdaħħal taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tkun stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess sena u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.