10.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/161


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/2113

tad-9 ta’ Diċembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

Fit-13 ta’ Novembru 2019, il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), filwaqt li aġixxa f’isem iċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC), talab l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex il-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356 jiġi estiż b’ħames xhur.

(4)

L-emenda mitluba għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha, u t-Taqsima 6 tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni fejn ir-referenza għat-tul ta’ żmien tal-proġett jenħtieġ li tiġi mmodifikata.

(5)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356, kif imsemmija speċifikament fit-talba magħmula mill-UNDP f’isem is-SEESAC fit-13 ta’ Novembru 2019, tista’ titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356 tiġi emendata sabiex tippermetti t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni, permezz tal-estensjoni tat-tul taż-żmien tagħha skont kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2356 hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 41 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew, jekk ma jiġi konkluż l-ebda ftehim f’dak il-perijodu, sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.”

(2)

It-test tat-Taqsima 6 tal-Anness huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

Tul ta’ żmien

Abbażi tal-esperjenza dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/179/PESK, u b’kont meħud tal-portata reġjonali tal-proġett, l-għadd ta’ benefiċjarji u l-għadd u l-kumplessità tal-attivitajiet ippjanati, il-perijodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni huwa 41 xahar.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2356 tad-19 ta’ Diċembru 2016 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 348, 21.12.2016 p. 60).