12004V192

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU II - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Sezzjoni 3 - Disposizzjonijiet istituzzjonali - Artikolu III-192

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0084 - 0085


Artikolu III-192

1. Sabiex tiġi promossa l-kordinazzjoni tal-politika ta' Stati Membri sa fejn hu meħtieġ għall-funzjonament tas-suq intern, Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju huwa hawn stabbilit.

2. Il-Kumitat għandu d-dmirijiet li ġejjin:

a) li jagħti opinjonijiet fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattiva tiegħu, lil dawk l-istituzzjonijiet;

b) li jżomm taħt reviżjoni s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' l-Istati Membri u ta' l-Unjoni u li jirrapporta dwarha regolarment lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' relazzjonijiet finanzjarji ma' pajjiżi terzi u istituzzjonijiet internazzjonali;

ċ) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu III-344, li jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tax-xogħol tal-Kunsill imsemmi fl-Artikolu III-159, l-Artikolu III-179(2), (3), (4) u (6), l-Artikoli III-180, III-183 u III-184, l-Artikolu III-185(6), l-Artikolu III-186(2), l-Artikolu III-187(3) u (4), l-Artikoli III-191 u III-196, l-Artikolu III-198(2) u (3), l-Artikolu III-201, l-Artikolu III-202(2) u (3) u l-Artikoli III-322 u III-326, u li jwettaq kompiti oħra konsultattivi u preparatorji mogħtija lilu mill-Kunsill;

d) li jeżamina, ta' l-anqas darba fis-sena, s-sitwazzjoni dwar il-moviment ta' kapital u l-libertà ta' pagamenti, kif jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din il-Kostituzzjoni u l-atti ta' l-Unjoni; l-eżami għandu jkopri l-miżuri kollha dwar movimenti ta' kapital u pagamenti; il-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar ir-riżultat ta' dan l-eżami.

L-Istati Membri, l-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, jaħtru mhux iktar minn żewġ membri tal-Kumitat.

3. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni Ewropea li tistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar il-komposizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew u mal-Kumitat. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni adottata.

4. Minbarra d-dmirijiet previsti fil-paragrafu 2, jekk u sakemm hemm Stati Membri b'deroga kif previst fl-Artikolu III-197, il-Kumitat għandu jżomm taħt reviżjoni s-sitwazzjoni monetarja u finanzjarja u s-sistema ta' pagamenti ġenerali ta' dawk l-Istati Membri u jirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kwistjoni.

--------------------------------------------------