|
14.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 212/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Awwissu 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2007/27/KE li tadotta ċerti miżuri tranżizzjonali rigward it-twassil ta’ ħalib mhux ipproċessat lill-istabbilimenti ta’ proċessar u l-ipproċessar ta’ dan il-ħalib mhux ipproċessat fir-Rumanija fir-rigward tar-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3653)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/557/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/27/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 li tadotta ċerti miżuri tranżitorji li jikkonċernaw il-forniment tal-ħalib mhux ipproċessat lil stabbilimenti ta’ l-ipproċessar u l-ipproċessar ta’ dan il-ħalib mhux ipproċessat fir-Rumanija fir-rigward tal-ħtiġijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistipula listi ta’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-ħalib fir-Rumanija li jikkonformaw mar-rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 (“stabbilimenti konformi”) u huma awtorizzati sabiex jirċievu u jipproċessaw ħalib mhux ipproċessat li mhuwiex f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib mhux konformi”). |
|
(2) |
Il-Kapitolu I ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2007/27/KE jelenka stabbilimenti konformi awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw mingħajr separazzjoni ħalib konformi u ħalib mhux konformi filwaqt li l-Kapitolu II ta’ dak l-Anness jelenka stabbilimenti konformi awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw b'mod separat ħalib konformi u ħalib mhux konformi. |
|
(3) |
Ċerti stabbilimenti elenkati fil-Kapitolu II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2007/27/KE għandhom diffikultajiet prattiċi sabiex jittrattaw b'mod xireaq żewġ linji separati ta’ produzzjoni. Uħud minnhom għażlu li jipproċessaw ħalib konformi biss u għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista fil-Kapitolu II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2007/27/KE. |
|
(4) |
Stabbilimenti oħra għażlu li jipproċessaw ħalib konformi u ħalib mhux konformi mingħajr separazzjoni u għalhekk għandhom jitneħħew minn dik il-lista u jiżdiedu mal-lista fil-Kapitolu I ta’ dak l-Anness. Barra minn dan, ċerti stabbilimenti li ma jilħqux ir-rekwiżiti strutturali kollha tal-Komunità għandhom jitneħħew mil-listi ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2007/27/KE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2007/27/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Anness għad-Deċiżjoni 2007/27/KE għandu jiġi sostitwit. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/27/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS
KAPITOLU 1
Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib b’konformità mar-rekwiżiti strutturali tal-Komunità awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw mingħajr separazzjoni ħalib konformi u ħalib mhux konformi
|
Nru |
Approvazzjoni veterinarja |
Isem ta' l-istabbiliment |
Indirizz |
|
1 |
L 70 |
SC Unichim Romania SRL |
Unirea, Jud. Alba, 517785 |
|
2 |
L 45 |
SC I.A.C. Curtici SA |
Macea, Jud. Arad, 317210 |
|
3 |
L 18 |
SC Depcoinf MBD SRL |
Targu Trotus, Jud. Bacau, 607630 |
|
4 |
L 52 |
SC Trinitrom SRL |
Gepiu, Jud. Bihor, 417149 |
|
5 |
L 1 |
SC Five Continents Group SRL |
Rachiti, Jud. Botosani, 717310 |
|
6 |
L 4 |
SC Spicul 2 SRL |
Dorohoi, Jud. Botosani, 715200 |
|
7 |
L 5 |
SC Ancal SRL |
Saucenita, Jud. Botosani, 717468 |
|
8 |
L 77 |
SC Milk Way Company SRL |
Prigor, Jud. Caras Severin, 327305 |
|
9 |
L 74 |
SC Cremont SRL |
Aghiresu, Jud. Cluj, 407005 |
|
10 |
L 42 |
SC Lacto Panait SRL |
Crucea, Jud. Constanta, 907305 |
|
11 |
L 43 |
SC Lactocorv SRL |
Ion Corvin, Jud. Constanta, 907150 |
|
12 |
L 40 |
SC Betina Impex SRL |
Ovidiu, Jud. Constanta, 905900 |
|
13 |
L 41 |
SC Elda Mec SRL |
Topraisar, Jud. Constanta, 907210 |
|
14 |
L 58 |
SC Industrializarea Laptelui SA |
Targoviste, Jud. Dambovita, 130062 |
|
15 |
L 91 |
SC Cosmilact SRL |
Schela, Jud. Galati, 807265 |
|
16 |
L 55 |
SC Gordon Prod SRL |
Bisericani, Jud. Harghita, 535062 |
|
17 |
L 66 |
SC Industrializarea Laptelui Harghita SA |
Remetea, Jud. Harghita, 535250 |
|
18 |
L 65 |
SC Karpaten Milk |
Suseni, Jud. Harghita, 537305 |
|
19 |
L 15 |
SC Teletext SRL |
Slobozia, Jud. Ialomita, 920066 |
|
20 |
L 47 |
SC Oblaza SRL |
Bârsana, Jud. Maramures, 437035 |
|
21 |
L 85 |
SC Avi-Seb Impex SRL |
Copalnic, Manastur, Jud. Maramures, 437103 |
|
22 |
L 32 |
SC Hochland Romania SRL |
Sighisoara, Jud. Mures, 545400 |
|
23 |
L 60 |
SC Hochland Romania SRL |
Sovata, Jud. Mures, 545500 |
|
24 |
L 63 |
S.C. Zoe Gab SRL |
Fulga, Jud. Prahova, 107260 |
|
25 |
L 50 |
SC Ecolact Prod SRL |
Paulesti, Jud. Prahova, 107246 |
|
26 |
L 53 |
SC Friesland Romania SA |
Carei, Jud. Satu Mare, 445100 |
|
27 |
L 93 |
SC Agrostar Company Lyc SRL |
Ciuperceni, Jud. Satu Mare, 447067 |
|
28 |
L 67 |
SC Gefa Impex SRL |
Talmaciu, Jud. Sibiu, 555700 |
|
29 |
L 37 |
SC Magnolia Comlact SRL |
Tapu, Jud. Sibiu. 556123 |
|
30 |
L 36 |
SC Prolact Prod Com SRL |
Vicovu de Sus, Jud. Suceava, 727610 |
|
31 |
L 2 |
SC Ilvas SA |
Vaslui, Jud. Vaslui, 730007 |
KAPITOLU II
Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib b’konformità mar-rekwiżiti strutturali tal-Komunità awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw separatament ħalib konformi u ħalib mhux konformi
|
Nru |
Approvazzjoni veterinarja |
Isem l-istabbiliment |
Indirizz |
|
1 |
L 81 |
SC Raraul SA |
Campulung Moldovenesc, Jud. Suceava, 725100 |
|
2 |
L 35 |
SC Danone PDPA Romania SRL |
Bucuresti, 032451” |