14.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/599

tas-7 ta’ April 2021

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2012 (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/356 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut” (IĠP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2012 tas-6 ta’ Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rheinisches Zuckerrübenkraut/Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Rübenkraut (IĠP)] (ĠU L 182 du 13.7.2012, p. 10).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/356 tal-15 ta’ Frar 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Rheinisches Zuckerrübenkraut/Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Rübenkraut (IĠP)] (ĠU L 54 du 1.3.2017, p. 2).

(4)   ĠU C 424, 8.12.2020, p. 43.