<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-664/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TO0664(01)</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:517">EU:T:2018:517</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat-30.5,2018 – Kawża T‑664/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">PJ vs EUIPO – Erdmann &amp; Rossi (Erdmann &amp; Rossi)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz indipendenti mir-rikorrent</KEYWORD><KEYWORD>Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tad-drittijiet tal-applikant għal trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz indipendenti mill-applikant fis-sostituzzjoni ta’ parti</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑664/16,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">PJ</HT>, irrappreżentat minn S., avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, inizjalment irrappreżentat minn S. Hanne, sussegwentement minn A. Söder, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali, hija</P><P><HT TYPE="BOLD">Erdmann &amp; Rossi GmbH</HT>, stabbilita f’Berlin (il-Ġermanja), irrappreżentata minn H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati,</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE> (Każ R 1670/2015‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Erdmann &amp; Rossi u PJ,</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, J. Schwarcz u C. Iliopoulos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110919">19 ta’ Settembru 2011</DATE>, ir-rikorrent, PJ, ippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat (issostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali Erdmann &amp; Rossi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni jaqgħu fil-klassijiet 12, 37 u 42 skont il-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta’ Trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, mad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Klassi 12: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karozzi, b’mod partikolari vetturi sintonizzati; Bodis ta’ karozzi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>;</P></ITEM><ITEM><P>Klassi 37: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Inklużi servizzi ta’ modernizzazzjoni ta’ karozzi u strutturi għal vetturi; manuteznjoni u tiswija ta’ vetturi karozzi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>;</P></ITEM><ITEM><P>Klassi 42: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Disinn grafiku, forom u żvilupp tekniku tal-bodis tal-vetturi; ippjanar tad-dispożittivi tal-manifattura; kostruzzjoni ta’ manwali u installazzjonijiet għall-kostruzzjoni ta’ karozzi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-trade mark ġiet irreġistrata fit-<DATE ISO="20120203">3 ta’ Frar 2012</DATE> taħt ir-reġistrazzjoni Nru 010310481.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140326">26 ta’ Marzu 2014</DATE>, l-intervenjenti, Erdmann &amp; Rossi GmbH, ressqet talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata abbażi tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, (li sar tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kollha kemm hi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150818">18 ta’ Awwissu 2015</DATE>, l-intervenjenti ppreżentat appell quddiem l-EUIPO, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikoli 66 sa 71 tar-Regolament Nru 2017/1001), kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO laqa’ l-appell u annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors. Ir-rikors kien iffirmat minn S. fil-kwalità tagħha ta’ avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrent talab sabiex jibbenefika mill-anonimat u tat-trattament kunfidenzjali ta’ ċerta data lejn il-pubbliku, konformement mal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20161007">7 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-rikorrent informa lill-Qorti Ġenerali bil-fatt li wara l-preżentata tat-talba tiegħu għall-anonimat u tal-ommissjoni ta’ ċerta data lejn il-pubbliku tal-<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, l-EUIPO kienet, provviżorjament u sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali, għamlet id-deċiżjoni kkontestata inaċċessibbli fuq is-sit internet tagħha kif ukoll il-korrispondenza kollha li l-partijiet kienu ppreżentaw quddiem id-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-Qorti Ġenerali laqgħet it-talba tar-rikorrent li tħassar ismu u l-indirizz tiegħu fil-pubblikazzjonijiet relatati mal-kawża inkwistjoni u li tissostitwixxi ismu sussegwentement bl-ittri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>PJ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE> u wara r-risposta tar-rikorrent għal domanda bil-miktub magħmula mill-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar ċaħdet it-talba tar-rikorrent għat-trattament kunfidenzjali ta’ ċerta data lejn il-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, l-intervenjent ippreżenta risposta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fil-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>, l-EUIPO qajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE> u inkluża fil-proċess b’deċiżjoni tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>, l-EUIPO informa lill-Qorti Ġenerali li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata fid-data tat-<DATE ISO="20170228">28 ta’ Frar 2017</DATE> fir-reġistru tal-EUIPO għall-benefiċċju ta’ detentur ġdid jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[X][GmbH &amp; Co. KG]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Mill-annessi mehmuża ma’ dik l-ittra jirriżulta li r-reġistrazzjoni ġiet korretta mill-EUIPO u li l-marka ġiet irreġistrata fl-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE> favur proprjetarju ieħor, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[Y]-GmbH <QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170508">8 ta’ Mejju 2017</DATE> u inkluża fil-proċess b’deċiżjoni tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent b’mod partikolari talab, minn naħa, l-adozzjoni ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 89(3)(c) u (d), tar-Regoli tal-Proċedura għall-finijiet li jikkjarifika suspetti u manipulazzjonijiet tal-proċess amministrattiv u, min-naħa l-oħra, is-sospensjoni, konformement mal-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura, tal-proċedura preżenti sal-għeluq tal-investigazzjonijiet kriminali kontra kollaboraturi tal-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fit-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, l-EUIPO ippreżenta, insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu, provi ġodda, skont l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rappreżentant tar-rikorrent, S., ressqet, skont l-Artikolu 174 tar-Regoli tal-Proċedura, talba għal sostituzzjoni ta’ [Y]-GmbH (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>applikanta għal sostituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) lir-rikorrent. Fl-<DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-partijiet fil-proċedura sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-imsemmija talba għal sostituzzjoni skont l-Artikolu 176(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20170524">24 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru fit-<DATE ISO="20170602">2 ta’ Ġunju 2017</DATE>, l-intervenjent ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fuq l-ittri tal-EUIPO tat-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE> u tar-rikorrent tat-<DATE ISO="20170508">8 ta’ Mejju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20170607">7 ta’ Ġunju 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-ittra tal-EUIPO tat-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li d-dritt tiegħu li jinstema’ kif ukoll il-prinċipju ta’ proċedura tad-dritt għal proċedura ġusta jimponu li huwa jingħata l-possibbiltà li jwieġeb għar-risposta tal-intervenjent tat-<DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fi-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-9 u l-<DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>, l-intervenjent u l-EUIPO indikaw li t-talba għal sostituzzjoni kellha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, l-offerti ta’ prova ġodda li l-EUIPO ppreżentat permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE> (ara l-punt 18 iktar ’il fuq) ġew inklużi fil-proċess u terminu ġie iffissat, konformement mal-Artikolu 85(4) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex ir-rikorrent u l-intervenjent jistgħu jieħdu pożizzjoni fuq l-offerti ta’ prova ġodda, dan huwa dak li għamlu fit-terminu stabbilit, fit-28 u fl-<DATE ISO="20170620">20 ta’ Ġunju 2017</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fl-<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, ir-rikorrent irrepeta t-talba tiegħu tat-<DATE ISO="20170508">8 ta’ Mejju 2017</DATE> li jissospendi l-proċedura skont l-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fl-14 u fil-<DATE ISO="20170821">21 ta’ Awwissu 2017</DATE>, rispettivament, l-intervenjent u l-EUIPO ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq it-talba għal sospensjoni, fejn talbu sabiex din it-talba tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20171009">9 ta’ Ottubru 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għal sospensjoni tal-proċedura mressqa mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, l-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ r-rikors bħala ammissibbli.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, l-intervenjenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-konvenut jista’ jitlob lill-Qorti Ġenerali tieħu deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. B’applikazzjoni tal-Artikolu 130(6) tar-regoli msemmija, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li tibda l-fażi orali tal-proċedura fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali jidhrilha li hija għandha informazzjoni suffiċjenti mid-dokumenti tal-proċess u tiddeċiedi li ma hemmx lok li tinfetaħ il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Qabel ma tiġi eżaminata l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors u t-talba għal sostituzzjoni, hemm lok li jiġu kkunsidrati t-talbiet tar-rikorrent dwar jekk il-Qorti Ġenerali għandha tiċħad kemm l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE> kif ukoll l-offerti tal-prova tat-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE> bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-EUIPO</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jargumenta li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-EUIPO hija inammissibbli għar-raġuni li hija tardiva. B’mod iktar preċiż, huwa jsostni li, minn naħa, l-EUIPO ma osservax it-terminu ta’ xahrejn previst mill-Artikolu 81(1) tar-Regoli tal-Proċedura u, min-naħa l-oħra, l-għoti ta’ terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza, previst mill-Artikolu 60 tal-istess regoli, ma huwiex applikabbli fil-kuntest ta’ trażmissjoni permezz tal-applikazzjoni e-Curia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li minn qari flimkien tal-Artikolu 81 u l-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta, li eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-konvenut għandha tiġi ppreżentata permezz ta’ att separat fi żmien xahrejn wara n-notifika tar-rikors. Konformement mal-Artikolu 60 tal-istess regoli, dan it-terminu jiżdied b’terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart ijiem (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gollnisch vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑624/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:243">EU:T:2017:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110914">14 ta’ Settembru 2011</DATE> dwar il-preżentata u n-notifika ta’ atti ta’ proċedura permezz tal-applikazzjoni e-Curia (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="289" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 289, p. 9</REF.DOC.OJ>), il-Qorti Ġenerali issostitwixxiet mod ta’ preżentata u notifika ta’ att ta’ proċedura b’mezz elettroniku. Konformement mal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 ta’ din id-deċiżjoni, l-att ta’ proċedura huwa notifikat meta d-destinatarju jitlob aċċess għal dan l-att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, intbagħat messaġġ lill-EUIPO permezz tal-applikazzjoni e-Curia fl-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE> u dan il-korp talab aċċess għar-rikors fis-<DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, it-terminu sabiex jippreżenta l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skada fil-<DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, peress li ġiet ippreżentata permezz ta’ att separat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-EUIPO ġiet ippreżentata fit-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata bl-argument li bih it-terminu tad- distanza ma huwiex applikabbli f’dan il-każ, għar-raġuni li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jirrikjedi li l-Artikolu 73(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprevedi li l-imsemmi terminu ma huwiex applikabbli meta l-preżentata tal-oriġinali tal-att huwa ppreċedut mill-ispedizzjoni tiegħu lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ fax, hija applikata b’analoġija għall-preżentata ta’ att permezz tal-applikazzjoni e-Curia. Kuntrarjament għal dak li jallega r-rikorrent, it-terminu tad-distanza ta’ għaxart ijiem previst fl-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura japplika għat-termini kollha ta’ proċedura previsti fit-Trattati, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura u irrispettivament mill-metodu tal-preżentata tal-att tal-proċedura (f’forma ta’ karta jew permezz tal-applikazzjoni e-Curia). Fl-assenza ta’ indikazzjoni kuntrarja fir-Regoli tal-Proċedura dwar il-preżentata ta’ att<?PAGE NO="6"?> permezz tal-applikazzjoni e-Curia, għandu jiġi kkonstatat li t-terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart ijiem previst mill-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura japplika għall-preżentata ta’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà permezz tal-applikazzjoni e-Curia (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gollnisch vs Il-Parlement</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑624/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:243">EU:T:2017:243</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandha tiġi eskluża bħala infondata l-allegazzjoni tar-rikorrent li biha l-preżentata tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-EUIPO ma ġietx imwettqa konformement mal-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20110914">14 ta’ Settembru 2011</DATE> dwar il-preżentata u n-notifika tal-atti tal-proċedura permezz tal-applikazzjoni e-Curia. Fil-fatt, mill-paġna ta’ quddiem tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jirriżulta b’mod ċar li ġiet innotifikata lill-partijiet, li l-preżentata ġiet validata permezz tal-applikazzjoni e-Curia, mill-aġent tal-EUIPO A. Soder fil-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>. Fir-rigward tal-allegazzjoni tar-rikorrent li biha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ma jirriżultax mill-eżami tal-proċess imwettaq mir-[rappreżentant tar-rikorrent] fis-<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE> li, matul il-preżentata fil-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-login u l-password ta’ [A. Soder] ġew użati<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, għandu jiġi kkonstatat li huwa teknikament impossibbli għal rappreżentant ta’ parti li jivverifika huwa stess jekk u meta r-rappreżentant tal-parti l-oħra uża l-login jew il-password tiegħu bl-applikazzjoni tal-informatika e-Curia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikorrent għandha tiġi eskluża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-offerti tal-prova ppreżentati mill-EUIPO fit-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE> skont l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jeċċepixxi l-inammissibbiltà ta’ produzzjoni ta’ provi ġodda li l-EUIPO, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, ippreżentat insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tagħha. Din hija rigward messaġġ elettroniku li ġie trażmess lill-EUIPO mill-intervenjent fil-<DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE> u li fih estratt tal-gemeinsames Registerportal der Länder (portal ta’ reġistrazzjoni komuni tal-Länder Ġermaniżi), li joffri, b’titolu oneruż, aċċess għar-reġistri kollha tal-kummerċ tal-Länder kollha Ġermaniżi. Skont l-EUIPO, dan l-estratt huwa intiż li juri, minn naħa, li r-rikorrent huwa awtorizzat li jirrappreżenta biss l-uffiċċju ta’ avukati [Z.] u sabiex jikkonkludi operazzjonijiet legali miegħu stess u, min-naħa l-oħra, li l-avukat li r-rikorrent inkariga fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġifieri S., ma hijiex imsieħba fl-uffiċċju hawn fuq imsemmi. Għalhekk, huwa evidenti li jeżisti kuntratt ta’ xogħol u, konsegwentement, relazzjoni ta’ persuna li timpjega u impjegat bejn l-uffiċċju tar-rikorrent u S.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, l-EUIPO setgħet u kellha l-obbligu li tikkonsulta dan ir-reġistru sabiex tressqu bħala prova matul is-sottomissjoni tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, peress li, minn naħa, l-estratt tar-reġistru sottomess jeżisti mill-2013 u, min-naħa l-oħra, l-EUIPO indika diversi drabi fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu li l-uffiċċju ta’ avukati inkwistjoni kienet kumpannija ċivili professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 85(1) u (3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-provi u l-provi proposti jiġu ppreżentati fil-kuntest tal-ewwel skambju ta’ noti, peress li l-partijiet prinċipali jistgħu, eċċezzjonalment, jipproduċu provi jew il-provi proposti qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura, bil-kundizzjoni li l-produzzjoni tardiva tagħhom tkun iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-EUIPO pproduċa l-estratt imsemmi fil-punt 43 iktar ’il fuq fit-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, kważi xahrejn wara l-preżentata tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>. Madankollu, din il-produzzjoni tardiva minn naħa tal-EUIPO hija dovuta għall-fatt li, l-ewwel nett, l-ittra li kien fiha dan l-estratt ġiet trażmessa lilu mill-intervenjent biss fil-<DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, it-tieni nett, l-EUIPO ma kellux aċċess għal portal ta’ reġistrazzjoni komuni tal-Länder Ġermaniżi u, it-tielet nett, il-kisba, b’titolu oneruż, ta’ tali aċċess ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-attivitajiet tal-EUIPO.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-produzzjoni tardiva tal-prova l-ġdida hija ġġustifikata u għalhekk ammissibbli. Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li l-kwistjoni tar-rappreżentanza tar-rikorrent hija waħda ta’ ordni pubbliku (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130905">5 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:564">EU:C:2013:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tista’, skont l-Artikolu 129 tar-Regoli tal-Proċedura, tista’ tiġi eżaminata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti Ġenerali fi kwalunkwe mument.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu, l-EUIPO jsostni, essenzjalment, li rikorrent ma kienx debitament rappreżentat minn avukat fis-sens tal-Artikolu 51(1) tar-Regoli tal-Proċedura, moqri flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u li r-rikors ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu, l-EUIPO jinvoka żewġ eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà, ibbażati, l-ewwel waħda, fuq il-fatt li r-rikorrent, billi attribwixxa lill-uffiċċju ta’ avukati [Z.] fejn huwa assoċjat mandat ta’ rappreżentazzjoni ġenerali, fil-fatt innomina lilu nnifsu u, it-tieni waħda, fuq il-fatt li peress li r-rappreżentant li ffirmat u ppreżentat ir-rikors, S. kienet impjegata ta’ dan l-uffiċċju ta’ avukati [Z.] u ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-indipendenza li jirriżulta mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mir-Regoli tal-Proċedura sa fejn jiddependi mill-fatt li r-rikorrent, li, bħala assoċjat u proprjetarju ta’ dan l-uffiċċju għandu setgħa ta’ direzzjoni fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkontesta l-argument tal-EUIPO. Skont ir-rikorrent, la l-kundizzjonijiet tal-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>awto-rappreżentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> min-naħa tiegħu lanqas dawk ta’ difett fl-indipendenza tar-rappreżentanta tiegħu ma huma sodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-istess statut, kif ukoll skont l-Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-partijiet, minbarra l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew l-Istati partijiet fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għandhom ikunu rrappreżentati minn avukat li jkun awtorizzat sabiex jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE. Minbarra dan, fir-rikors għandu jkun hemm l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalità tal-firmatarju. Fl-aħħar nett, l-oriġinal ta’ kull att proċedurali għandu jiġi ffirmat mill-aġent jew mill-avukat tal-parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, mid-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, u b’mod partikolari mill-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>rappreżentati<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li, sabiex tressaq każ quddiem il-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu, tkun xi tkun il-kwalità tagħha, ma hijiex awtorizzata taġixxi hija stess, iżda għandha tirrikorri għas-servizzi ta’ terzi li għandhom ikunu awtorizzati jidhru quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat parti għal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ara d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>PITEE vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑674/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:444">EU:T:2016:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett tar-rwol tal-avukat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, li jirriżulta mit-tradizzjonijiet legali komuni għall-Istati Membri, u li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huwa dak ta’ kollaboratur tal-ġustizzja mitlub sabiex jagħti, b’mod indipendenti u fl-interess superjuri tagħha, l-assistenza legali li għandu bżonn il-klijent (ara d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160916">16 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salavrakos vs Il-Parlement</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑396/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:588">EU:T:2016:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Din l-assistenza hija dik ipprovduta minn avukat li huwa, strutturalment, ġerarkikament u funzjonalment, terza persuna fil-konfront tal-persuna li tibbenefika minn din l-assistenza (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel<?PAGE NO="8"?> Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑125/03 u T‑253/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:287">EU:T:2007:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0168">168</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din l-interpretazzjoni tar-rekwiżit tal-indipendenza tal-avukat hija rilevanti fil-kuntest tar-rappreżentanza quddiem il-qrati tal-Unjoni (ara f’dan is-sens, id-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Glaxo Group vs UASI ‑ Farmodiética (ADVANCE)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑243/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:649">EU:T:2011:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rekwiżit tal-indipendenza tal-avukat jimplika n-nuqqas ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg bejn dan tal-aħħar u l-klijent tiegħu. Fil-fatt, il-kunċett ta’ indipendenza tal-avukat huwa ddefinit mhux biss b’mod pożittiv, jiġifieri permezz ta’ riferiment għad-dixxiplina professjonali, iżda wkoll b’mod negattiv, jiġifieri permezz tan-nuqqas ta’ relazzjoni ta’ impjieg (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑422/11 P u C‑423/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:553">EU:C:2012:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Dan ir-raġunament japplika bl-istess mod f’sitwazzjoni, bħal dik fejn l-avukat ikun impjegat minn entità marbuta mal-parti rrappreżentata minnu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C 422/11 P u C‑423/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:553">EU:C:2012:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew meta avukat huwa marbut mar-rikorrent permezz ta’ kuntratt irregolat mid-dritt ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Ġie deċiż ukoll li l-avukat ta’ parti fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandux ikollu rabta personali mal-kawża inkwistjoni jew dipendenza fuq il-klijent tiegħu ta’ natura tali li jinħoloq ir-riskju li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jaqdi r-rwol essenzjali tiegħu ta’ awżiljarju tal-ġustizzja bl-iktar mod xieraq. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali qieset li r-relazzjonijiet ekonomiċi jew strutturali li r-rappreżentant kellu mal-klijent tiegħu ma kellhomx ikunu ta’ natura li joħolqu konfużjoni bejn l-interessi proprji tal-klijent u l-interessi personali tar-rappreżentant tiegħu (digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑452/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:420">EU:T:2011:420</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit impost mid-dritt tal-Unjoni fuq il-partijiet mhux ipprivileġġati li jiġu rrappreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali minn terz indipendenti għaldaqstant ma jistax jinftiehem bħala li huwa rekwiżit intiż unikament li jeskludi rappreżentanza minn impjegati tal-mandant jew minn dawk li huma ekonomikament dipendenti fuq dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130905">5 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:564">EU:C:2013:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan huwa rekwiżit iktar ġenerali li l-osservanza tiegħu għandha tkun eżaminata każ b’każ (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171120">20 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>BikeWorld vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑702/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:834">EU:T:2017:834</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandha tiġi eżaminata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fuq l-ewwel eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-EUIPO li tallega xi xorta ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>awto-rappreżentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, għandu jiġi kkonstatat li r-rappreżentant li ffirma u ppreżenta r-rikors promotur bl-applikazzjoni e-Curia hija S., u mhux ir-rikorrent. Jirriżulta li l-ewwel raġuni ta’ inammissibbiltà invokata mill-EUIPO għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata bl-argument tal-EUIPO li bih ir-rikorrent ta lill-uffiċċju tal-avukati [Z.] , fejn huwa wieħed miż-żewġ assoċjati fundaturi, mandat ta’ rappreżentazzjoni ġenerali, li huwa, fir-realtà, mandat ta’ awto-rappreżentazzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 51(3) tar-Regoli tal-Proċedura jistipula li l-avukati huma obbligati, meta l-parti li jirrappreżentaw hija persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, li jippreżentaw fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali mandat mogħti minn din tal-aħħar. Issa dan ir-rekwiżit ma japplikax meta r-rikorrent huwa persuna fiżika, bħal f’dan il-każ. Għaldaqstant, il-fatt li r-rikorrent ta mandat lill-uffiċċju tal-avukati [Z.] huwa mingħajr effett fuq l-evalwazzjoni tal-allegata awto-rappreżentazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tat-tieni eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-EUIPO, li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk S. hija f’pożizzjoni li tipprovdi assistenza legali lir-rikorrent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>fl-indipendenza kollha<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, għandu jiġi eżaminat jekk ir-rabtiet li S. għandha mar-rikorrent huma kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli għar-rappreżentazzjoni tal-partijiet mhux ipprivileġġati quddiem il-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li r-rikorrent huwa wieħed mill-kofundaturi tal-uffiċċju ta’ avukati [Z.] u huwa wieħed mill-uniċi żewġ assoċjati ta’ dan tal-aħħar. Barra minn hekk, mill-proċess jirriżulta, u b’mod partikolari mill-intestatura użata għall-preżentata tar-rikors kif ukoll mis-sit internet tal-uffiċċju, li S. ma hijiex assoċjata tal-uffiċċju tal-avukati [Z.] Mill-proċess jirriżulta wkoll li l-uffiċċju tal-avukati [Z.] hija kumpannija rreġistrata distinta fuq il-livell ġuridiku mir-rikorrent, anki jekk dan tal-aħħar huwa awtorizzat jirrappreżentaha (ara provi ppreżentati mill-EUIPO fit-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, punti 43 sa 47 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, huwa stabbilit li r-rikorrent ta mandat lill-uffiċċju tal-avukati [Z.] sabiex jiddefendih u li S. intervjeniet għan-nom tal-uffiċċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, anki jekk jiġi ammess li r-rikorrent ma huwiex l-uniku sieħeb fl-uffiċċju ta’ avukati [Z.] u li, kif jindika r-rikorrent fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, id-deċiżjonijiet tal-imsemmi uffiċċju kienu meħuda unanimament, ir-rikorrent ma setax <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>waħdu, la jimpjega, la jkeċċi, la jippromwovi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> wieħed mill-kollaboraturi tal-uffiċċju, il-fatt jibqa’ li, preċiżament minħabba l-fatt li d-deċiżjonijiet huma meħuda unanimament miż-żewġ assoċjati, ir-rikorrent jeżerċita kontroll effettiv fuq id-deċiżjonijiet kollha tal-uffiċċju tal-avukati, inklużi dawk dwar il-kollaboraturi tal-imsemmi uffiċċju, inkluża S. Għalhekk, minkejja s-sħubija tagħha fl-avukatura u tas-sottomissjoni tagħha għar-regoli professjonali tal-professjoni ta’ avukat li ssegwi, S. ma tgawdix fir-rigward tar-rikorrent l-istess grad ta’ indipendenza li avukat li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu f’uffiċċju ieħor minbarra dak tal-klijent tiegħu fejn huwa assoċjat. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa iktar diffiċli għal S. li ssib rimedju għal tensjonijiet eventwali bejn l-obbligi professjonali u l-għanijiet mixtieqa mill-klijent tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑550/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:512">EU:C:2010:512</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-relazzjoni ta’ S. mal-uffiċċju tal-avukati [Z.] , minkejja l-fatt li hija legalment distinta mir-rikorrent, tista’ taffettwa l-indipendenza ta’ S. peress li l-interessi tal-uffiċċju tal-avukati [Z.] huma fil-biċċa l-kbira konfużi ma’ dawk tar-rikorrent. Għalhekk, jeżisti riskju li l-opinjoni professjonali ta’ S. tkun, għall-inqas parzjalment, influwenzata mill-ambjent professjonali tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑422/11 P u C‑423/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:553">EU:C:2012:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161114">14 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Dimos Athinaion vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑360/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:694">EU:T:2016:694</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Din ir-rabta personali li S. kellha mar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors, hija għalhekk ta’ natura tali li toħloq r-riskju li ma jippermettilhiex li tissodisfa r-rwol essenzjali tagħha ta’ awżiljarju tal-ġustizzja bl-iktar mod xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li ebda ksur tal-indipendenza ta’ S. ma huwa possibbli peress li tali ksur imur kontra r-regoli nazzjonali Ġermaniżi tal- Bundesrechtsanwaltsordnung (il-Liġi Federali tal-Avukati), tal-<DATE ISO="19590801">1 ta’ Awwissu 1959</DATE> (BGBl. 1959 I, p. 565) u tal-Berufsordnung für Rechtsanwälte (ir-Regoli tal-Professjoni tal-Avukat). F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, jekk il-kunċett tar-rwol tal-avukat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jirriżulta mit-tradizzjonijiet legali komuni għall-Istati Membri, fil-kuntest tal-kwistjonijiet imressqa quddiem il-qrati tal-Unjoni, huwa s-suġġett ta’ implimentazzjoni oġġettiva, li hija neċessarjament indipendenti mill-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentazzjoni tal-partijiet mhux ipprivileġġati quddiem il-qrati tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati, sa fejn ikun possibbli, b’mod awtonomu, mingħajr ma ssir referenza għad-dritt nazzjonali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑422/11 P u C‑423/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:553">EU:C:2012:553</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet<?PAGE NO="10"?> tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161114">14 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Dimos Athinaion vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑360/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:694">EU:T:2016:694</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, kif jirriżulta mill-punti 53 sa 56 iktar ’il fuq, il-kunċett tal-indipendenza tal-avukat huwa, fid-dritt tal-Unjoni Ewropea, iddefinit mhux biss b’ mod pożittiv, abbażi tal-appartenenza ma’ uffiċċju jew tas-sottomissjoni għar-regoli ta’ dixxiplina u ta’ deontoloġija professjonali, iżda wkoll b’mod negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-attività intraprenditorjali tiegħu, bħala persuna fiżika proprjetarju tat-trade mark ikkontestata, hija b’mod ċar distinta minn dik ta’ persuna ġuridika, u b’mod partikolari mill-uffiċċju tal-avukati [Z.] , li ma huwiex parti fit-tilwima. Issa, huwa veru li l-persuna ġuridika tibbenefika minn awtonomija legali fir-rigward tal-assoċjati tagħha, jidher, f’dan il-każ diffiċli li tiġi stabbilita formalment delimitazzjoni bejn l-aġir ta’ persuna ġuridika u dik ta’ persuna fiżika. Fil-fatt, huwa manifest li l-attivitajiet ta’ persuna ġuridika jibbenefikaw l-interessi u l-attivitajiet tal-assoċjat bħala persuna fiżika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrent ikkonstata li l-indipendenza tal-avukat rikjesta mill-ġurisprudenza ma hijiex kriterju previst mill-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u ma tidhirx iktar mill-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura u li l-inammissibbiltà tar-rikors huwa, għalhekk, f’kontradizzjoni mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn dan tal-aħħar jirrikjedi li regola tad-dritt li timponi piżijiet fuq l-individwi tkun ċara u preċiża u li l-applikazzjoni tagħha tkun prevedibbli għall-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-prinċipju ġenerali taċ-ċertezza legali jirrikjedi, ċertament li regola tkun ċara u preċiża sabiex il-partijiet fil-kawża jistgħu jkunu jafu mingħajr ambigwità id-drittijiet tagħhom u l-obbligi tagħhom u konsegwentement jieħdu d-dispożizzjonijiet tagħhom. Madankollu, għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk tissodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan il-prinċipju, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha li jirriżultaw mill-kliem, l-għan jew l-istruttura ta’ din ir-regola, jekk hemm bżonn bl-użu tal-interpretazzjoni mogħtija mill-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Issa, qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Partijiet oħra għandhom ikunu rappreżentati minn avukat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li tinsab fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, teskludi għalhekk parti biss u r-rappreżentant tagħha tista’ tkun persuna waħda jew l-istess persuna (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lambauer vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:549">EU:C:2015:549</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>García Ruiz vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑628/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:669">EU:T:2016:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Sussegwentement, il-konċepiment tar-rwol tal-avukat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u b’mod partikolari tar-rekwiżit tal-indipendenza, fejn l-osservanza għandha tiġi eżaminata każ b’każ (ara l-punt 57 iktar ’il fuq), tirriżulta mit-tradizzjonijiet legali komuni għall-Istati Membri (ara l-punt 53 iktar ’il fuq) Fl-aħħar nett minn ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni jirriżulta li l-assistenza legali pprovduta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>fl-indipendenza kollha<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> hija dik ipprovduta minn avukat li huwa, strutturalment, ġerarkikament u funzjonalment, terz fir-rigward tal-persuna li tibbenefika minn din l-assistenza (ara l-punt 53 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, il-fatt li r-rekwiżit tal-indipendenza ma huwiex previst b’mod espliċitu mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew ir-Regoli tal-Proċedura ma jiksirx il-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, peress li r-rikors promotur ma ġiex iffirmat minn avukat indipendenti, dan ir-rikors ma ġiex ippreżentat konformement mat-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 51(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Konsegwentement, u mingħajr il-ħtieġa li tiġi ordnata l-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba mir-rikorrent, ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal sostituzzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjent jeċċepixxu l-inammissibbiltà tat-talba għal sostituzzjoni mill-applikanta għal sostituzzjoni, li kienet issir, skont ir-rikorrent, il-proprjetarja tat-applikazzjoni tat-trade mark ikkontestata u għalhekk l-aventi kawża. Skont l-EUIPO u l-intervenjent, l-applikanta għal sostituzzjoni ma hijiex irrappreżentata konformement mal-Artikolu 175(3) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 176(3) tar-Regoli tal-Proċedura, applikazzjoni għal sostituzzjoni tista’ tiġi deċiża permezz ta’ digriet motivat tal-President jew f’ deċiżjoni li ttemm l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 174 tar-Regoli tal-Proċedura, meta dritt ta’ proprjetà intellettwali dwar it-tilwima ġie ttrasferit minn parti fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO lil terz, l-aventi kawża jista’ jitlob li jissostitwixxi lil parti inizjali fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Huwa speċifikat fl-Artikolu 176(5) tar-Regoli tal-Proċedura li, jekk it-talba għal sostituzzjoni tintlaqa’, l-aventi kawża għandu jaċċetta t-tilwima fl-istat li tinsab fil-mument tas-sostituzzjoni. Huwa jkun marbut mill-atti proċedurali ppreżentati mill-parti li minflokha jkun daħal fil-kawża. Barra minn hekk, mill-Artikoli 17 u 24 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikoli 20 u 28 tar-Regolament Nru 2017/1001) jirriżulta li, wara r-reġistrazzjoni ta’ trasferiment ta’ applikazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea fir-Reġistru tal-EUIPO, l-aventi kawża jista’ jibbenefika mid-drittijiet li jirriżultaw minn din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, konformement mal-Artikolu 175(3) tar-Regoli tal-Proċedura, l-applikanta għal sostituzzjoni hija rrappreżentata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal sostituzzjoni peress li l-Qorti Ġenerali qieset, għar-raġunijiet stipulati fil-punti 59 sa 73 iktar ’il fuq, li r-rikors kien inammissibbli. Fil-fatt, f’kawża bħal f’dan il-każ, fejn l-applikant għal sostituzzjoni huwa strettament marbut mar-rikorrent, it-talba għal sostituzzjoni titlef ir-rilevanza kollha ladarba r-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, minħabba irregolarità fir-rappreżentazzjoni tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li t-talba għal sostituzzjoni ma tistax titqies bħala ammissibbli fid-dawl tal-fatti ta’ dan il-każ. B’mod iktar preċiż, S. informat lill-Qorti Ġenerali bit-trasferiment tat-talba għar-reġistrazzjoni inkwistjoni tar-rikorrent lill-applikanta għal sostituzzjoni u talbet, bħala rappreżentanta ta’ dan tal-aħħar, is-sostituzzjoni tar-rikorrent f’din il-proċedura mill-applikanta għal sostituzzjoni. S. b’mod partikolari annettiet, bħala prova tat-trasferiment tal-applikazzjoni tat-trade mark ikkontestata lill-applikanta għal sostituzzjoni, komunikazzjoni tal-EUIPO tal-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE> kif ukoll estratt tar-reġistru tal-EUIPO. S. ipprovdiet ukoll kopja tal-mandat mogħti lill-uffiċċju tal-avukati [Z.] mill-applikanta għal sostituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, kif tfakkar fil-punt 77 iktar ’il fuq, il-kundizzjonijiet tar-rappreżentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea japplikaw ukoll fil-kuntest ta’ talba għal sostituzzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-avukat li ffirmat t-talba għal sostituzzjoni. S., ma hijiex avukat indipendenti fir-rigward tal-applikanta għal sostituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li l-mandant ta’ din l-applikanta u firmatarju tal-mandat imsemmi fil-punt 79 iktar ’il fuq huwa r-rikorrent, li huwa wieħed minn biss żewġ assoċjati fl-uffiċċju [Z.] li fi ħdanu S. kienet teżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-mument tal-preżentata tat-talba għal sostituzzjoni (ara, f’dan ir-rigward, il-punti 63 sa 65 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal sostituzzjoni ppreżentata mill-applikanta għal sostituzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura l-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrent tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mill-EUIPO u mill-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 176(4) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ ta’ ċaħda tat-talba għal sostituzzjoni, jiġi deċiż fuq l-ispejjeż relatati mal-imsemmija talba, inklużi l-ispejjeż tal-applikanta għal sostituzzjoni, bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 134 u 135. Peress li t-talba għal sostituzzjoni ġiet miċħuda, u l-ebda talba ma ġiet ippreżentata dwar l-ispejjeż relatati mat-talba għal sostituzzjoni, għandu jiġi deċiż, minn naħa, li l-applikanta għal sostituzzjoni tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u, min-naħa l-oħra, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-imsemmija talba għal sostituzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal sostituzzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">PJ huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">[Y]-GmbH, u kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal sostituzzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>H. Kanninen</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>