10.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/309

tas-6 ta’ Frar 2023

li taħtar tliet membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fis-6 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/1834 (3) li taħtar sitt membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Sergio CACI, is-Sur Guido CASTELLI u s-Sur Salvatore Domenico Antonio POGLIESE saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Roberto PELLA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Taljan ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemmu fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Lorenzo GALLIGANI, Consigliere del Comune di Pistoia (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Pistoia), u s-Sur Andrea Putzu, Consigliere della Regione Marche (Membru tal-Kunsill Reġjonali ta’ Marche).

(6)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Roberto PELLA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Sindaco del Comune di Valdengo (BI) (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Valdengo (BI)) bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta’ Mejju 2024.

(7)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Antonio DECARO, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Sindaco del Comune di Bari (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Bari), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta’ Mejju 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni:

(a)

bħala membri:

—

Is-Sur Lorenzo GALLIGANI, Consigliere del Comune di Pistoia (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Pistoia), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

—

Is-Sur Roberto PELLA, Sindaco del Comune di Valdengo (BI) (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Valdengo (BI)), sal-31 ta’ Mejju 2024,

—

is-Sur Andrea PUTZU, Consigliere della Regione Marche (Membru tal-Kunsill Reġjonali ta’ Marche), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

u

(b)

bħala membru supplenti:

—

Is-Sur Antonio DECARO, Sindaco del Comune di Bari (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Bari), sal-31 ta’ Mejju 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1834 tas-6 ta’ Ottubru 2021 li taħtar sitt membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 372, 20.10.2021, p. 11).