|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3128 |
17.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3128
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 fir-rigward ta’ indikaturi ta’ monitoraġġ ġodda u riveduti għall-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew li ġiet stabbilita skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 (2) fiha strumenti regolatorji biex jiġu stabbiliti miri u biex tiġi mmonitorjata u rrappurtata l-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-funzjonijiet tan-network fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza. Minbarra l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li fuqhom huma stabbiliti l-miri, l-iskema tinkludi indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni fl-erba’ oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin kollha kemm għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route kif ukoll dawk fit-terminal, kif ukoll għall-funzjonijiet tan-network, biex tittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tan-network. |
|
(2) |
Żviluppi ġodda fil-kejl tal-prestazzjoni u tad-disponibbiltà tad-data ppermettew li jittejbu l-indikaturi eżistenti u li jiżdiedu indikaturi ġodda għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-funzjonijiet tan-network. L-informazzjoni li l-indikaturi l-ġodda u mtejba jistgħu jipprovdu hija kruċjali għall-iżvilupp tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti f’perjodi ta’ referenza futuri. |
|
(3) |
Il-ħidma tal-korp ta’ rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 uriet li huwa meħtieġ li jiġu esplorati modi kif tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tan-network sabiex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (3). Bħalissa, ċerti elementi biss tat-trajettorja tat-titjira huma koperti mill-indikaturi. Għalhekk, huma meħtieġa indikaturi ġodda sabiex titkejjel b’mod aktar preċiż il-prestazzjoni ambjentali ta’ ċerti elementi bħall-operazzjoni kontinwa tat-tlugħ, il-ħin tat-taxi-in, u l-effiċjenza tat-titjir vertikali. Barra minn hekk, biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u ġenerali, jenħtieġ li jiġu inklużi indikaturi għall-monitoraġġ fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità tal-identifikazzjoni tat-throughput. |
|
(4) |
L-introduzzjoni ta’ indikaturi ġodda jew emendati jenħtieġ li ma żżidx il-piż tar-rapportar peress li tali indikaturi jenħtieġ li jiġu kkalkulati fil-biċċa l-kbira abbażi ta’ data diġà disponibbli għall-Eurocontrol. |
|
(5) |
Minħabba l-għadd ta’ emendi li jridu jsiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 u sabiex tittejjeb il-koerenza strutturali u lingwistika tiegħu, jenħtieġ li dak l-Anness jiġi sostitwit bis-sħiħ. |
|
(6) |
Jenħtieġ li r-Regolament japplika fir-raba’ perjodu referenzjarju u għall-perjodi referenzjarji sussegwenti. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 huwa emendat kif ġej:
|
|
L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
|
Fl-Anness VI, il-punt 3(a), “2018” huwa sostitwit bi “2019”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/317/oj).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final).
ANNESS
“ANNESS I
INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI (KPI, KEY PERFORMANCE INDICATORS) GĦALL-IFFISSAR TA’ MIRI U INDIKATURI GĦALL-MONITORAĠĠ
TAQSIMA 1
KPIs għall-iffissar ta’ miri għall-Unjoni kollha u għall-monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni
1. SIKUREZZA
1.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Il-livell minimu tal-effettività tal-immaniġġjar tas-sikurezza li jrid jintlaħaq mill-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ċċertifikati li jipprovdu servizzi ta’ traffiku tal-ajru. Dan il-KPI jkejjel il-livell tal-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ ġestjoni li ġejjin:
|
(a) |
politika u objettivi tas-sikurezza; |
|
(b) |
il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza; |
|
(c) |
assigurazzjoni tas-sikurezza; |
|
(d) |
promozzjoni tas-sikurezza; |
|
(e) |
kultura tas-sikurezza. |
1.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
|
(a) |
Ir-rata ta’ inkursjonijiet tar-runway fil-livell tal-Unjoni b’impatt ta’ sikurezza kkalkulat skont il-punt 1.2(a) tat-Taqsima 2; |
|
(b) |
ir-rata ta’ ksur minimu ta’ separazzjoni fil-livell tal-Unjoni b’impatt ta’ sikurezza kkalkulat skont il-punt 1.2(b) tat-Taqsima 2. |
2. AMBJENT
2.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Dan il-KPI jkejjel l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, ikkalkolata kif ġej:
|
(a) |
it-tqabbil bejn it-tul tal-parti en route tat-trajettorja reali derivata mid-data ta’ sorveljanza u d-distanza milħuqa, magħduda għat-titjiriet IFR ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew jew li jaqsmuh kif definit fl-Artikolu 1; |
|
(b) |
“parti en route” tirreferi għad-distanza li l-inġenju tal-ajru jkun tar barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti; |
|
(c) |
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru Ewropew jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur bħala l-oriġini jew destinazzjoni rispettivament, minflok l-ajruport tat-tluq jew tad-destinazzjoni; |
|
(d) |
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew u taqsam spazju tal-ajru mhux Ewropew, hija użata biss il-parti ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur; |
|
(e) |
“distanza milħuqa” hija funzjoni tal-pożizzjoni tal-punti tad-dħul u tal-ħruġ tat-titjira lejn u ’l barra minn kull porzjon tal-ispazju tal-ajru għal kull parti tat-trajettorja. Id-distanza milħuqa tirrappreżenta l-kontribuzzjoni li dawk il-punti jagħmlu għad-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn l-oriġini u d-destinazzjoni tat-titjira; |
|
(f) |
l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu. |
2.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
|
(a) |
L-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat, ikkalkolata kif ġej:
|
|
(b) |
L-effiċjenza ta-titjir medja orizzontali en route tal-iqsar trajettorja kostretta, ikkalkulata kif ġej:
|
|
(c) |
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tat-trajettorja reali bejn il-quċċata tat-tlugħ u l-quċċata tal-inżul, ikkalkulata kif ġej:
|
|
(d) |
L-użu effettiv tal-ispazju tal-ajru riżervat jew segregat ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-ħin finalment użat għas-segregazzjoni jew għar-riżervazzjoni mit-traffiku tal-ajru ġenerali għall-ħin inizjalment allokat għall-attività li teħtieġ segregazzjoni jew riżervazzjoni. L-indikatur jiġi kkalkulat għall-allokazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru kollha nnotifikati lill-Maniġer tan-Network. |
|
(e) |
Ir-rata ta’ ppjanar permezz ta’ strutturi disponibbli tal-ispazju tal-ajru, inkluż spazju tal-ajru riżervat jew segregat, għal traffiku tal-ajru ġenerali kkalkulat bħala l-perċentwal tal-pjanijiet tat-titjiriet tal-iddepożitar tal-inġenju tal-ajru permezz ta’ tali strutturi tal-ispazju tal-ajru għan-numru ta’ inġenji tal-ajru li seta’ ppjana permezz ta’ dawk l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru. L-indikatur jiġi kkalkulat għall-allokazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru kollha nnotifikati lill-Maniġer tan-Network. |
|
(f) |
Ir-rata tal-użu ta’ strutturi disponibbli tal-ispazju tal-ajru, inkluż spazju tal-ajru riżervat jew segregat, mit-traffiku tal-ajru ġenerali kkalkulat bħala l-perċentwal tal-inġenji tal-ajru li jtiru permezz ta’ tali strutturi tal-ispazju tal-ajru għan-numru ta’ inġenji tal-ajru li setgħu ppjanaw permezz ta’ dawn l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru. L-indikatur jiġi kkalkulat għall-allokazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru kollha nnotifikati lill-Maniġer tan-Network. |
3. KAPAĊITÀ
3.1. Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni
Il-medja ta’ minuti ta’ dewmien tal-ATFM en route għal kull titjira attribwibbli għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ikkalkulata kif ġej:
|
(a) |
id-dewmien tal-ATFM en route huwa d-dewmien ikkalkulat mill-Maniġer tan-Network, espress bħala d-differenza bejn il-ħin stmat tal-qtugħ mill-art u l-ħin ikkalkulat tal-qtugħ mill-art allokat mill-Maniġer tan-Network; |
|
(b) |
għall-finijiet ta’ dan l-indikatur:
|
|
(c) |
dan l-indikatur ikopri t-titjiriet kollha bl-IFR u l-kawżi kollha tad-dewmien tal-AFTM, minbarra avvenimenti eċċezzjonali; |
|
(d) |
dan l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju. |
3.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
|
(a) |
Il-ħin medju, espress f’minuti għal kull titjira tad-dewmien tal-AFTM tal-wasla attribwibbli lis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal u fl-ajruport u kkawżat minn restrizzjonijiet fuq l-inżul fl-ajruport tad-destinazzjoni, ikkalkulat kif ġej:
|
|
(b) |
Il-perċentwal ta’ titjiriet b’dewmien tal-ATFM en route ta’ iktar minn 15-il minuta, ikkalkulat kif ġej:
|
|
(c) |
Il-ħin medju, espress f’minuti, tad-dewmien fit-tluq għal kull titjira, irrespettivament mill-kawża, ikkalkulat kif ġej:
|
4. KOSTEFFIĊJENZA
4.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
It-tibdil sena wara sena tal-“kost unitarju ddeterminat” (DUC, determined unit cost) medju tal-Unjoni kollha għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, ikkalkulat kif ġej:
|
(a) |
perċentwal, li jirrifletti l-varjazzjoni sena wara sena tad-DUC medju tal-Unjoni kollu għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, li jibda mill-valur bażi msemmi fl-Artikolu 9(4), il-punt (a); |
|
(b) |
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju; |
|
(c) |
id-DUC medju tal-Unjoni kollha għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route huwa l-proporzjon bejn il-kostijiet iddeterminati en route u t-traffiku tat-tbassir en route, espress f’unitajiet ta’ servizzi en route, mistenni matul kull sena tal-perjodu referenzjarju fil-livell tal-Unjoni, kif jinsab fis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha skont l-Artikolu 9(3); |
|
(d) |
id-DUC medju tal-Unjoni kollha għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route huwa kkalkulat f’euro u f’termini reali. |
4.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-kost unitarju reali mġarrab mill-utenti separatament għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal fil-livell tal-Unjoni, ikkalkulat kif ġej:
|
(a) |
il-medja ponderata tas-somma tad-DUC għal kull Stat Membru għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 25(2) li jirriżultaw minn dik is-sena; |
|
(b) |
espress f’euro u f’termini nominali; |
|
(c) |
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju. |
TAQSIMA 2
KPI għall-iffissar tal-miri fil-livell lokali u indikaturi għall-monitoraġġ fil-livell lokali
1. SIKUREZZA
1.1. Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni
Il-livell tal-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza skont il-punt 1.1 tat-Taqsima 1.
Għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, “lokali” tfisser fil-livell tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru.
1.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
|
(a) |
Ir-rata ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway fl-ajruporti li jinsabu fi Stat Membru, ikkalkulata bħala n-numru totali ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway b’impatt fuq is-sikurezza li seħħ f’dawk l-ajruporti diviża bl-għadd totali ta’ movimenti skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR, instrument flight rules) u r-regoli tat-titjir viżwali (VFR, visual flight rules) f’dawk l-ajruporti. |
|
(b) |
Ir-rata ta’ ksur tas-separazzjoni minima fl-ispazju tal-ajru ta’ kull unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li tikkontrolla fi Stat Membru, ikkalkulata bħala n-numru totali ta’ ksur tas-separazzjoni minima b’impatt fuq is-sigurtà li seħħ f’dak l-ispazju tal-ajru diviż bl-għadd totali ta’ sigħat ta’ titjir ikkontrollati f’dak l-ispazju tal-ajru. |
|
(c) |
Ir-rata ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway f’ajruport ikkalkulata bħala n-numru totali ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway ma’ kwalunkwe kontribuzzjoni mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew mis-servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza (CNS, communication, navigation and surveillance) b’impatt ta’ sikurezza li seħħ f’dak l-ajruport diviża bin-numru totali ta’ movimenti IFR u VFR f’dak l-ajruport. |
|
(d) |
Ir-rata ta’ ksur tas-separazzjoni minima fl-ispazju tal-ajru fejn il-fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru, ikkalkulat bħala n-numru totali ta’ ksur tas-separazzjoni minima bi kwalunkwe kontribuzzjoni mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew servizzi tas-CNS b’impatt ta’ sigurtà diviż bl-għadd totali ta’ sigħat ta’ titjir ikkontrollati f’dak l-ispazju tal-ajru. |
L-indikaturi għall-monitoraġġ imsemmija f’dan il-punt għandhom jiġu kkalkulati għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (a) u (c), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport. Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (b), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali. Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (d), “lokali” tfisser il-livell tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru.
2. AMBJENT
2.1. Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni
L-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, ikkalkulata kif ġej:
|
(a) |
il-paragun bejn it-tul tal-parti en route tat-trajettorja reali dderivat mid-data ta’ sorveljanza u d-distanza milħuqa, magħdud għat-titjiriet bl-IFR kollha ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali jew li jaqsmuh; |
|
(b) |
“parti en route” tirreferi għad-distanza li l-inġenju tal-ajru jkun tar ’il barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti tal-oriġini u tad-destinazzjoni; |
|
(c) |
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru lokali, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru lokali jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur; |
|
(d) |
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport fl-ispazju tal-ajru lokali u taqsam spazju tal-ajru mhux lokali, il-parti biss ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali tintuża għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur; |
|
(e) |
“distanza milħuqa” hija funzjoni tal-pożizzjoni tal-punti tad-dħul u tal-ħruġ tat-titjira lejn u ’l barra mill-ispazju tal-ajru lokali. Id-distanza milħuqa tirrappreżenta l-kontribuzzjoni li dawk il-punti jagħmlu għad-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn l-oriġini u d-destinazzjoni tat-titjira; |
|
(f) |
għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, skont il-livell li fih huwa stabbilit il-pjan ta’ prestazzjoni; |
|
(g) |
l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu. |
2.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
|
(a) |
L-effiċjenza tat-titjir medju orizzontali en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat, ikkalkulata fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(b) |
L-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tal-iqsar trajettorja kostretta, ikkalkolata fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(c) |
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tat-trajettorja reali bejn il-quċċata tat-tlugħ u l-quċċata tal-inżul, ikkalkulata kif ġej:
|
|
(d) |
Il-ħin addizzjonali fil-fażi taxi-out, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(e) |
Il-ħin addizzjonali fil-fażi taxi-in, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(f) |
Il-ħin addizzjonali fl-ispazju tal-ajru tat-terminal, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(g) |
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tal-inżul, ikkalkulata fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(h) |
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tat-tlugħ, ikkalkulata fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(i) |
L-użu effettiv ta’ spazju tal-ajru lokali riżervat jew segregat, ikkalkulat skont il-punt 2.2(d) tat-Taqsima 1. |
|
(j) |
Ir-rata ta’ ppjanar permezz tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru lokali disponibbli, ikkalkulata skont il-punt 2.2(e) tat-Taqsima 1. |
|
(k) |
Ir-rata tal-użu tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru lokali disponibbli, ikkalkulata skont il-punt 2.2(f) tat-Taqsima 1. |
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali skont il-livell li fih huwa stabbilit il-pjan ta’ prestazzjoni, inklużi każijiet ta’ delega tar-responsabbiltà għall-għoti ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru bħala riżultat ta’ arranġamenti transfruntieri kollaborattivi.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport b’minimu ta’ 80 000 moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR fis-sena.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (g) u (h), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (i), (j) u (k), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali b’analiżi dettaljata fil-livell taż-żona ta’ responsabbiltà taċ-ċentri ta’ kontroll tal-erja, inklużi każijiet ta’ delega tar-responsabbiltà għall-għoti ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru bħala riżultat ta’ arranġamenti transfruntieri kollaborattivi.
3. KAPAĊITÀ
3.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
|
(a) |
Il-ħin medju, espress f’minuti, tad-dewmien tal-ATFM en route għal kull titjira attribwibbli għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ikkalkulat kif ġej:
|
|
(b) |
Il-ħin medju, espress f’minuti għal kull titjira tad-dewmien tal-AFTM tal-wasla attribwibbli lis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal u fl-ajruport, ikkalkulat kif ġej:
|
Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (a), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, skont il-livell li fih huwa stabbilit il-pjan ta’ prestazzjoni. Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (b), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali.
3.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
|
(a) |
Il-perċentwal ta’ titjiriet IFR li jaderixxu mas-slots tat-tluq tal-ATFM tagħhom fil-livell lokali kkalkulati għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju. |
|
(b) |
Il-ħin medju, espress f’minuti, ta’ dewmien qabel it-tluq tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għal kull titjira kkawżat minn restrizzjonijiet tal-qtugħ mill-art fl-ajruport tat-tluq, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
|
|
(c) |
Il-ħin medju, espress f’minuti, ta’ dewmien tat-tluq minn kawżi kollha għal kull titjira, ikkalkulat fil-livell lokali skont il-punt 3.2(c) tat-Taqsima 1. |
|
(d) |
Il-perċentwal tat-total tal-minuti ta’ dewmien tal-ATFM en route li seħħu fil-jiem meta t-throughput ta’ kuljum kien ogħla mit-traffiku mistenni ta’ kuljum, ikkalkulat kif ġej:
|
|
(e) |
Il-medja ponderata annwali tal-ogħla throughput ta’ kuljum, espressa bħala għadd ta’ titjiriet IFR fis-siegħa, ikkalkulata kif ġej:
|
Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (a), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali b’analiżi fil-livell tal-ajruport.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (b) u (c), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport għall-ajruporti b’80 000 moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR, jew aktar, fis-sena.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (d) u (e), “lokali” tfisser fil-livell taċ-ċentru ta’ kontroll tal-erja.
4. KOSTEFFIĊJENZA
4.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
|
(a) |
Id-DUC għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, ikkalkulat kif ġej:
|
|
(b) |
Id-DUC għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal, ikkalkulati kif ġej:
|
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (a) u (b), “lokali” tfisser fil-livell taż-żona tal-imposti.
4.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-kost unitarju reali mġarrab mill-utenti separatament għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal, ikkalkulat kif ġej:
|
(a) |
somma tad-DUC għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 25(2) li jirriżultaw minn dik is-sena; |
|
(b) |
espress f’termini nominali u fil-munita nazzjonali; |
|
(c) |
ikkalkulat għal-livell taż-żona tal-imposti għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza. |
TAQSIMA 3
KPIs għall-iffissar tal-miri u indikaturi għall-monitoraġġ tal-funzjonijiet tan-network
|
1. |
L-indikaturi kollha stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għaż-żona ġeografika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
2. SIKUREZZA
2.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Il-livell tal-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-Maniġer tan-Network skont il-punt 1.1 tat-Taqsima 1.
2.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-konsenji tal-ATFM li jaqbżu l-limiti tal-kapaċità ta’ settur iddikjarat mill-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fejn huma imposti r-regolamenti ATFM, ikkalkulati kif ġej:
|
(a) |
il-proporzjon bejn il-ħin li l-għadd ta’ titjiriet jaqbeż b’aktar minn 10 % l-limiti tal-kapaċità ta’ settur iddikjarat mill-fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fejn jiġu imposti r-regolamenti ATFM, u l-ħin totali fejn jiġu imposti r-regolamenti ATFM, ikkalkolat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju; |
|
(b) |
għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, il-ħin irregolat jinqasam f’segmenti ta’ siegħa fuq xulxin f’kull intervall ta’ 20 minuta. |
3. AMBJENT
3.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
It-titjib fl-effiċjenza tat-titjir en route iġġenerata mill-funzjoni tad-Disinn tan-Network Ewropew tar-Rotot huwa relatat mat-trajettorja tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitata, espress bħala punt perċentwali tal-varjazzjoni sena wara sena tal-effiċjenza tat-titjir en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitat, u kkalkulat skont il-punt 2.2(a) tat-Taqsima 1.
3.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Is-somma annwali tal-estensjonijiet tar-rotot li jirriżultaw mill-proċeduri tan-network tas-CDM u mill-azzjonijiet taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Network għat-tnaqqis tad-dewmien tal-ATFM en route. L-estensjonijiet tar-rotot jitkejlu f’mili nawtiċi bħala d-differenzi bejn id-distanza tat-trajettorji reali wara li t-titjiriet ikunu aċċettaw proposti ta’ ridirezzjonar tar-rotta mill-Maniġer tan-Network u d-distanza tat-trajettorji tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitat qabel l-aċċettazzjoni tal-proposti ta’ ridirezzjonar tar-rotta.
4. KAPAĊITÀ
4.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
|
(a) |
Il-perċentwal tat-total tal-minuti inizjali tad-dewmien tal-ATFM en route li tnaqqsu bħala riżultat tal-proċeduri tan-network ta’ Teħid ta’ Deċiżjonijiet Kollaborattivi u tal-azzjonijiet taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Network. Id-dewmien tal-ATFM en route li tnaqqas jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dewmien inizjali tat-titjira IFR mingħajr il-miżuri u d-dewmien tal-ATFM en route ta’ dik it-titjira wara l-azzjonijiet ta’ tnaqqis tad-dewmien. Id-dewmien tal-AFTM en route huwa kkalkulat f’konformità mal-punt 3.1 tat-Taqsima 1. |
|
(b) |
Il-perċentwal tat-total tal-minuti inizjali tad-dewmien tal-ATFM tal-wasla li tnaqqsu bħala riżultat tal-proċeduri tan-network ta’ Teħid ta’ Deċiżjonijiet Kollaborattivi u tal-azzjonijiet taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Network. Id-dewmien tal-ATFM tal-wasla li tnaqqas jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dewmien inizjali tal-wasla tat-titjira IFR mingħajr il-miżuri u d-dewmien tal-AFTM tal-wasla fl-ajruport ta’ dik it-titjira wara l-azzjonijiet ta’ tnaqqis tad-dewmien. Id-dewmien tal-ATFM tal-wasla huwa kkalkulat f’konformità mal-punt 3.2(a) tat-Taqsima 1. |
4.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
|
(a) |
Il-medja, fuq sena kalendarja, tal-għadd ta’ regolamenti tal-ATFM ta’ kuljum li kull wieħed minnhom jipproduċi inqas minn 200 minuta ta’ dewmien. |
|
(b) |
Il-medja, fuq sena kalendarja, tad-dewmien tal-ATFM en route fi tmiem il-ġimgħa, espressa f’minuti ta’ dewmien għal kull titjira. |
|
(c) |
Il-perċentwal annwali tad-dewmien kollu tal-ATFM tal-ewwel rotazzjoni għal għażla minn qabel ta’ ċentri ta’ kontroll tal-erja u ta’ ajruporti bl-aktar tnaqqis ta’ dewmien potenzjali sinifikanti kif identifikat kull sena mill-Maniġer tan-Network., ikkalkulat kif ġej:
|
5. KOSTEFFIĊJENZA
5.1. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-kost unitarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Network, ikkalkulat kif ġej:
|
(a) |
il-proporzjon bejn il-kostijiet reali għat-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Network u t-traffiku en route, espress f’unitajiet tas-servizz en route, matul il-perjodu referenzjarju, fil-livell taż-żona ġeografika fejn il-Maniġer tan-Network iwettaq il-kompiti tiegħu meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network; |
|
(b) |
espress f’euro u f’termini reali; |
|
(c) |
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3128/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)