|
19.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/847
tat-18 ta’ Ġunju 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista stabbilita fih għandhom jinżammu, sa fejn l-ismijiet tagħhom ma jissemmewx fl-Anness VI għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li għandhom jiġu aġġornati għaxar entrati inklużi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
ANNESS
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “A. Persuni”:
|
|
(2) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “B. Entitajiet”:
|
|
(3) |
taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “A. Persuni”:
|