|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4775 |
29.7.2024 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tal-11 ta' Ġunju 2024
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2024/2)
(C/2024/4775)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (3), u b’mod partikolari t-Taqsima I tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-applikazzjoni konsistenti ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali nazzjonali, huwa importanti li wieħed joqgħod fuq reċiproċità volontarja għal miżuri li mhumiex soġġetti għal rikonoxximent obbligatorju skont id-dritt tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ rikonoxximent, miżura makroprudenzjali meħuda fi Stat Membru wieħed tapplika biss għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati minn dak l-Istat Membru. Dan jista’ joħloq possibbiltajiet għal istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jevitaw il-miżura permezz ta’ self dirett transkonfinali jew self permezz ta’ fergħat. Ir-rikonoxximent ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali nazzjonali jista’ jipprevjeni tnixxijiet u arbitraġġ regolatorju, kif ukoll effetti ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti makroprudenzjali differenti fir-rigward tal-istess skoperturi skont fejn tkun stabbilita istituzzjoni ta’ kreditu. |
|
(2) |
Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandu l-għan li jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu reċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Fit-12 ta’ Marzu 2024, Banca d’Italia, li taġixxi bħala l-awtorità maħtura għall-fini tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, innotifikat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bl-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi rata ta’ riżerva għar-riskju sistemiku settorjali f’konformità mal-Artikolu 133(9) ta’ dik id-Direttiva, li ssaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur bankarju Taljan għal xokkijiet mhux relatati maċ-ċiklu ta’ kreditu, u b’hekk il-kapaċità tagħha li tassorbi t-telf u li tappoġġa l-provvediment ta’ kreditu lill-ekonomija. Ir-rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku (SyRB) ser tapplika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Italja. Rata ta’ SyRB ta’ 0.5 % ser tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2024 għall-iskoperturi kollha tar-riskju tal-kreditu u tal-kreditu tal-kontroparti fl-Italja. Ir-rata ser tiżdied għal 1 % mit-30 ta’ Ġunju 2025. Ir-rata SyRB ser tiġi riveduta mill-inqas kull sentejn. |
|
(4) |
Fit-12 ta’ Marzu 2024, Banca d’Italia, li taġixxi bħala l-awtorità maħtura għall-fini tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, ressqet talba lill-BERS biex jirrakkomanda r-reċiproċità tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali msemmija hawn fuq, fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, skont l-Artikolu 134(5) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(5) |
Ir-reċiproċità tar-rekwiżiti kapitali makroprudenzjali attivata mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra, fuq bażi individwali u konsolidata, irrispettivament minn jekk l-iskoperturi kkonċernati humiex miżmuma permezz ta’ sussidjarji jew fergħat, jew jirriżultawx minn self transkonfinali dirett, tillimita t-tnixxijiet u l-arbitraġġ regolatorju, tindirizza r-riskji sistemiċi u b’hekk tippromwovi l-effettività ġenerali tal-politika makroprudenzjali billi tiżgura li r-riskji miżjuda jiġu indirizzati mhux biss fl-Istat Membru li introduċa s-SyRB iżda wkoll fi Stati Membri oħra fejn il-gruppi bankarji huma esposti għal dawk ir-riskji miżjuda. Ir-rikonoxximent għandu għalhekk ikollu wkoll l-għan li jiżgura li l-gruppi bankarji esposti għal dawk ir-riskji sistemiċi jkunu reżiljenti biżżejjed. Għalhekk, ir-rekwiżiti kapitali makroprudenzjali li jirriżultaw minn deċiżjoni li jiġu rikonoxxuti miżuri makroprudenzjali ta’ Stati Membri oħra għandhom b’mod ġenerali jiġu applikati kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata. |
|
(6) |
Biex tiġi rikonoxxuta r-rata tas-SyRB Taljana kif mitlub mill-Banca d’Italia, l-awtoritajiet kompetenti u/jew maħtura rilevanti ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jistabbilixxu rata ta’ SyRB f’konformità mal-Artikoli 134 u 133 tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rikonoxximent tar-rata ta’ SyRB Taljana notifikata minn Stati Membri oħra japplika għal skoperturi li jinsabu fl-Italja ta’ istituzzjonijiet awtorizzati fl-Istati Membri reċiprokanti. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 133(4) tad-Direttiva 2013/36/UE, rata SyRB tista’ tiġi applikata fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata. Għalhekk, ir-rikonoxximent ta’ rata ta’ SyRB stabbilita minn Stat Membru ieħor jinvolvi l-possibbiltà li tiġi applikata rata ta’ SyRB għall-iskoperturi kollha fuq bażi konsolidata (inklużi skoperturi miżmuma permezz ta’ sussidjarji li jinsabu fi Stat Membru ieħor). |
|
(9) |
Devjazzjoni mill-approċċ ġenerali tal-applikazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali Taljana rikonoxxuta kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata tista’ tiġi ġġustifikata f’ċerti każijiet, pereżempju fejn l-awtoritajiet reċiprokanti jqisu li dawk ir-riskji sistemiċi huma diġà mitigati b’mod adegwat u xieraq mir-rekwiżiti makroprudenzjali jew mikroprudenzjali eżistenti applikati fl-Istat Membru fejn il-grupp bankarju huwa konsolidat. |
|
(10) |
Ir-Rakkomandazzjoni ESRB/2015/2 tal-BERS, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni ESRB/2017/4 (6), tirrakkomanda li l-awtorità rilevanti li tattiva miżura ta’ politika makroprudenzjali għandha, meta tippreżenta talba għal reċiprokazzjoni lill-BERS, tipproponi limitu ta’ materjalità li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizzi finanzjarji għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura tal-politika makroprudenzjali tiġi applikata mill-awtorità ta’ attivazzjoni tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju. |
|
(11) |
Wara t-talba Taljan għar-reċiprokazzjoni tal-miżura minn Stati Membri oħra, u sabiex tiġi evitata l-materjalizzazzjoni ta’ effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tnixxijiet u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali li se ssir applikabbli fl-Italja, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi wkoll din il-miżura fil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rakkomandati li jiġu rreċiprokati skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. Il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda wkoll li jirrakkomanda livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 25 biljun. L-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku sakemm l-iskoperturi rilevanti tagħhom ma jaqbżux l-EUR 25 biljun. Peress li l-miżura li għandha tinħareġ b’rikonoxximent tar-rata ta’ SyRB Taljana notifikata għandha tapplika wkoll fuq bażi konsolidata, is-somma tal-iskoperturi miżmuma permezz ta’ fergħat, self transkonfinali dirett u permezz ta’ sussidjarji għandha tiġi vvalutata skont il-livell limitu ta’ materjalità. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Emendi
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija emendata biż-żieda tal-miżura li ġejja: “L-Italja:
|
|
2. |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Ġunju 2024.
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(6) Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).
ANNESS
L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa emendat biż-żieda tal-miżura li ġejja:
“ L-Italja:
Rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 0.5 % għall-iskoperturi kollha tar-riskju ta’ kreditu u tar-riskju ta’ kreditu tal-kontrparti li jinsabu fl-Italja, applikabbli mill-31 ta’ Diċembru 2024 sad-29 ta’ Ġunju 2025; li tiżdied għal rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 % għall-iskoperturi kollha tar-riskju ta’ kreditu u tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li jinsabu fl-Italja, applikabbli mit-30 ta’ Ġunju 2025.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Taljana, applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ riżerva għal riskju sistemiku għal skoperturi għar-riskju ta’ kreditu u skoperturi għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li jinsabu fl-Italja tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Italja, fuq bażi individwali u konsolidata. |
|
2. |
Rata ta’ riżerva għar-riskju sistemiku ta’ 0.5 % se tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2024, li tiżdied għal 1 % mit-30 ta’ Ġunju 2025. |
II. Reċiprokazzjoni
|
3. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jirreċiprokaw il-miżura Taljana billi japplikawha għall-iskoperturi għar-riskju ta’ kreditu tal-banek u għall-iskoperturi għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li jinsabu fl-Italja. Il-miżura tista’ tiġi rreċiprokata bl-użu tal-kamp ta’ applikazzjoni li ġej fir-rapportar tal-COREP: Diżaggregazzjoni ġeografika tal-iskoperturi skont ir-residenza tal-obbligant, is-somma tal-iskoperturi għar-residenti Taljani fir-ringiela 170, il-kolonna 90 tat-Tabella C 09.01 tal-COREP u r-ringiela 150, il-kolonna 125 tat-Tabella C 09.02 tal-COREP. |
|
4. |
Wara t-talba tal-Banca d’Italia, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Taljana billi japplikawha fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata. |
|
5. |
Jekk l-istess miżura tal-politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura tal-politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Dan jista’ jinkludi l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stabbiliti fit-Titolu VII, il-Kapitolu 2, it-Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
6. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li:
|
III. Livell limitu ta' materjalità
|
7. |
Il-miżura hija kkomplementata minn limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni bbażat fuq skoperturi li jinsabu fl-Italja. L-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku sakemm l-iskoperturi rilevanti tagħhom ma jaqbżux livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 25 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1 % tal- iskoperturi kollha għar-riskju ta’ kreditu u għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li jinsabu fl-Italja. Sabiex jiġu identifikati l-iskoperturi rilevanti li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-iskoperturi vvalutati skont il-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom iqisu, bħala minimu, l-iskoperturi fil-kamp ta’ applikazzjoni li ġej tar-rapportar COREP: Diżaggregazzjoni ġeografika tal-iskoperturi skont ir-residenza tal-obbligant, is-somma tal-iskoperturi għar-residenti Taljani fir-ringiela 170, il-kolonna 10 tat-Tabella C09.01 tal-COREP u r-ringiela 150 il-kolonna 10 tat-Tabella C09.02 tal-COREP. |
|
8. |
L-iskoperturi kollha miżmuma permezz ta’ fergħat u self transkonfinali dirett u permezz ta’ sussidjarji għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-iskoperturi vvalutati skont il-livell limitu ta’ materjalità. |
|
9. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 25 biljun huwa l-livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti jistgħu għalhekk, minflok japplikaw il-livell limitu rrakkomandat, jistabbilixxu livell limitu aktar baxx għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. Meta jistabbilixxu livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jikkunsidraw l-iskopertura ta’ kull fornitur ta’ servizzi finanzjarji individwali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fl-Italja u jivvalutaw jekk dan jistax jitqies bħala mhux materjali. |
|
10. |
Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri li jkollhom skoperturi materjali fl-Italja, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Taljana. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Taljana meta istituzzjoni ta’ kreditu teċċedi l-livelli limitu ta’ materjalità rrakkomandat.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4775/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)