25.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10143 — Inter-Risco/Unavets/OneVet)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 103/12)

1.   

Fis-17 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Inter-Risco Sociedade de Capital de Risco, S.A. (“Inter-Risco”, il-Portugall), finalment ikkontrollata minn CaixaBank (Spanja),

—

Unavets Healthcare, S.L. (“Unavets”, Spanja), finalment ikkontrollata minn Oaktree Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

OneVet Group, SGPS, S.A (“OneVet”, il-Portugall), bħalissa kkontrollata minn Inter-Risco.

Inter-Risco u Unavets jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ OneVet kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Inter-Risco: fond ta’ ekwità privata stabbilit fil-Portugall b’interessi fis-settur tal-ospitalità, l-inġinerija u l-kostruzzjoni, kif ukoll fil-provvista ta’ servizzi mediku-veterinarji (permezz ta’ OneVet) u l-inkaljar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-kafè.

—

Unavets: grupp ta’ servizzi veterinarji stabbilit fi Spanja attiv fil-forniment ta’ servizzi mediku-veterinarji u attivitajiet anċillari fi Spanja.

—

OneVet: grupp ta’ servizzi veterinarji stabbilit fil-Portugall attiv fil-forniment ta’ servizzi mediku-veterinarji u attivitajiet anċillari fil-Portugall.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10143 — Inter-Risco/Unavets/OneVet

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.