|
20.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 344/61 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1313/2008
tad-19 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 501/2008 dwar modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (1), b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5 u 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara l-emenda tagħhom bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (2), l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jistipulaw azzjonijiet ta’ tagħrif fuq id-deskrizzjonijiet ġodda għall-inbejjed tal-Komunità u fuq il-modi ta’ konsum f’dak li għandu x’jaqsam max-xorb u fuq l-effetti ħżiena tal-konsum perikoluż tal-alkoħol. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(2) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jistabbilixxi l-lista tat-temi u tal-prodotti kif ukoll il-linji gwida għall-promozzjoni fis-suq intern. |
|
(3) |
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jistabbilixxi l-lista tal-prodotti suġġetti għall-azzjonijiet ta’ promozzjoni fil-pajjiżi terzi u l-lista tas-swieq li fihom dawn l-azzjonijiet jistgħu jitwettqu. |
|
(4) |
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jistabbilixxi l-baġit indikattiv annwali tal-oqsma differenti. |
|
(5) |
Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, l-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jeħtiġilhom għalhekk jiġu emendati. |
|
(6) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 501/2008 huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness II, il-ħames u s-sitt inċiż tal-parti “A LISTA TAL-PRODOTTI SUĠĠETTI GĦALL-PROMOZZJONI” għandhom jinbidlu bit-test li ġej:
|
|
3. |
Fl-Anness III, il-punt 11 għandu jinbidel bit-test li ġej:
|