<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-323/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0323</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:244">EU:C:2018:244</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180412">12.4.2018</DATE> – Kawża C-323/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">People Over Wind u Sweetman</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni ta’ habitats naturali</KEYWORD><KEYWORD>Żoni speċjali ta’ konservazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(3)</KEYWORD><KEYWORD>Screening bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità li ssir jew le evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq żoni speċjali ta’ konservazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan l-għan</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-323/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">People Over Wind,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Peter Sweetman</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Coillte Teoranta,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President tal-Awla, C. Toader (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal People Over Wind u M. Sweetman, minn O. Clarke, solicitor, O. Collins, BL, u J. Devlin, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għal Coillte Teoranta, minn J. Conway, solicitor, S. Murray, BL, u D. McGrath, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Hermes u E. Manhaeve, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 15, Vol. 2, p. 102, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn People Over Wind, organizzazzjoni mhux governattiva tal-protezzjoni tal-ambjent, u Peter Sweetman kontra Coillte Teoranta (ikar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Coillte<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija tal-Istat Irlandiż u li teżerċita l-attività tagħha fis-settur forestali, dwar xogħlijiet neċessarji għall-finijiet tal-istallazzjoni ta’ kejbil li jgħaqqad park eoliku man-netwerk elettriku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-għaxar premessa Direttiva <QUOT.START CODE="201D" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Billi jrid jiġi evalwat b’mod xieraq kull pjan jew programm li x’aktarx jaffettwa b’mod sinifikanti l-għanjiet ta’ konservazzjoni ta’ sit li ġie nnominat jew se jkun nominat fil-ġejjieni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għandu jiġi stabbilit network ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt l-isem ta’ Natura 2000. Dan in-network, magħmul minn siti li jħaddnu fihom it-tipi ta’ habitat naturali elenkati fl-Anness I u l-habitat ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness II, għandhom jippermettu li t-tipi ta’ habitat naturali u l-habitat naturali ta’ l-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ tmexxija xierqa disinjati speċifikament għas-siti jew imdaħħla fil-pjanijiet ta’ żvilupp l-oħra, u miżuri xierqa statutorji, amminstrattivi jew kuntrattwali li jaqblu mal-ħtiġiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u l-ispeċi fl-Anness II li hemm fis-siti.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament tal-habitat naturali u l-habitat tal-ispeċi kif ukoll t-tfixkil tal-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skont l-għanjiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.</ALINEA><ALINEA>Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika, dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) tispeċifika li l-awtorizzazzjoni tal-iżvilupp hija rregolata mill-Planning and Development Acts (il-Liġijiet dwar l-Ippjanar tat-Territorju u l-Urbaniżmu) kif ukoll mir-regolamenti adottati skont dawn tal-aħħar. L-awtorità kompetenti hija l-Awtorità Lokali Responsabbli għall-Ippjanar tat-Territorju u l-appelli għandhom isiru quddiem l-An Bord Pleanála (il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Appell fil-Qasam tal-Ippjanar tat-Territorju, L-Irlanda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Ċerti tipi ta’ xogħlijiet huma meqjusa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>xogħlijiet eżentati<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u, b’riżerva għal ċerti eċċezzjonijiet, ma humiex suġġetti għall-awtorizzazzjoni skont il-Liġijiet dwar l-Ippjanar tat-Territorju u l-Urbaniżmu. B’hekk, jikkostitwixxi eżempju ta’ żvilupp eżentat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>it-twettiq, minn kull fornitur awtorizzat jipprovdi servizz marbut mal-elettriku, ta’ xogħol konsistenti fit-tpoġġija taħt l-art ta’ mains, pajpijiet, kajbils u tagħmir ieħor għall-finijiet tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Madankollu, il-proġetti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ta’ xogħlijiet eżentati<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jistgħu jkunu suġġetti għal tipi oħra ta’ awtorizzazzjonijiet jew għal proċedura ta’ adozzjoni. Il-European Communities (Birds and Natural Habitats) Regulations 2011 (ir-Regolament tal-2011 adottat fil-kuntest tal-Komunitajiet Ewropej (Għasafar u Habitats naturali)) japplika għal proġetti minbarra dawk ix-xogħlijiet suġġetti għal awtorizzazzjoni tal-iżvilupp, fis-sens tal-Liġijiet dwar l-Ippjanar tat-Territorju u l-Urbaniżmu. Barra minn hekk, xogħol li jaqa’ taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>xogħlijiet eżentati<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għandu madankollu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni skont il-Liġijiet dwar l-Ippjanar tat-Territorju u l-Urbaniżmu, meta tkun rikjesta evalwazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-2011:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="042.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità pubblika għandha twettaq screening bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità ta’ evalwazzjoni xierqa ta’ pjan jew ta’ proġett li għalih tkun ġiet riċevuta talba għal awtorizzazzjoni jew li awtorità pubblika tkun tixtieq twettaq jew tadotta, u li ma huwiex marbut b’mod dirett jew neċessarju għall-ġestjoni tas-sit bħala sit Ewropew u dan sabiex jiġi evalwat, fid-dawl tal-aħjar konoxxenzi xjentifiċi u fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit, jekk dan il-pjan jew proġett, individwalment jew konġuntement ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jistax jaffetwa s-sit Ewropew b’mod sinjifikattiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="042.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Awtorità pubblika għandha twettaq screening bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità ta’ evalwazzjoni xierqa skont il-paragrafu 1 qabel ma tingħata awtorizzazzjoni għal pjan jew proġett jew qabel ma tittieħed deċiżjoni li għandu jitwettaq jew jiġi adottat pjan jew proġett.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="042.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità pubblika għandha tiddeċiedi li hija rikjesta evalwazzjoni xierqa ta’ pjan jew ta’ proġett meta l-pjan jew il-proġett ma jkunx marbut direttament jew neċessarju għall-ġestjoni tas-sit bħala sit Ewropew u jekk ma jkunx jista’ jiġi eskluż, fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika oġġettiva wara screening skont dan l-artikolu, li l-pjan jew il-proġett, individwalment jew konġuntement ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jaffettwa sit Ewropew b’mod sinjifikattiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="042.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità pubblika għandha tiddeċiedi li ma hijiex rikjesta evalwazzjoni xierqa ta’ pjan jew ta’ proġett meta l-pjan jew il-proġett ikun marbut direttament jew neċessarju għall-ġestjoni tas-sit bħala sit Ewropew u jekk ikunx jista’ jiġi eskluż, fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika oġġettiva wara screening skont dan l-artikolu, li l-pjan jew il-proġett, individwalment jew konġuntement ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jaffettwa sit Ewropew b’mod sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda l-evalwazzjoni tal-effetti potenzjali tal-installazzjoni ta’ kejbil li jgħaqqad park eoliku man-netwerk elettriku, fuq żewġ żoni speċjali ta’ konservazzjoni, abbażi tan-netwerk ekoloġiku Ewropew Natura 2000, li huma x-xmara Barrow u x-xmara Nore (L-Irlanda). Din iż-żona tikkostitwixxi habitat għas-sotto-speċi Irlandiża ta’ mollusk tal-perli tal-ilma ħelu (<HT TYPE="ITALIC">margaritifera durrovensis</HT>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>mollusk tal-perli tan-Nore<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Din l-ispeċi hija inkluża fl-Anness II tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Il-popolazzjoni adulta rimanenti ta’ dan il-mollusk, skont l-istimi rrappurtati mill-qorti tar-rinviju, tammonta għal 300 individwi biss, meta matul is-sena 1991 in-numru ta’ individwi kien jilħaq l-20 000. L-istennija tal-ħajja ta’ kull individwu hija ta’ bejn 70 u 100 sena, iżda jintqal li l-mollusk tal-perli tan-Nore ma rridproduċiex iktar wara s-sena 1970. Skont dik il-qorti, minn investigazzjonijiet ta’ segwitu riċenti, jirriżulta li din l-ispeċi sejra għall-estinzjoni, minħabba s-sedimentazzjoni għolja tal-qiegħ tan-Nore, li din l-ispeċi hija partikolarment vulnerabbli għaliha, peress li din is-sedimentazzjoni tipprekludi t-tkattir mill-ġdid b’suċċess tal-imsemmija xmara b’indvidwi żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-awtorizzazzjoni rikjesta għall-iżvilupp tal-park eoliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bl-eċċezzjoni tal-konnessjoni tiegħu man-netwerk, kienet preċedentement ġiet suġġetta għal proċeduri. Din l-awtorizzazzjoni mogħtija matul is-sena 2013 mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Appell fil-Qasam tal-Ippjanar tat-Territorju, kienet ġiet issuġġettata għal diversi kundizzjonijiet. B’hekk, skont il-kundizzjoni 17 marbuta ma’ din l-awtorizzazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[i]l-kostruzzjoni tal-iżvillupp għandha ssir skont pjan ta’ ġestjoni tal-kostruzzjoni li għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità inkarigata mill-ippjanar tat-territorju u jkun maqbul bil-miktub ma’ din l-awtorità qabel il-bidu tal-iżvilupp. Dan il-pjan għandu jipprovdi d-dettalji tal-prattiki ta’ kostruzzjoni previsti għall-iżvilupp, inklużi […] k) il-mezzi sabiex jiġi żgurat kontroll fuq il-ġiri tal-ilma tal-wiċċ sabiex la tidħol ħama u lanqas inkwinanti oħra fil-kanali tal-ilma […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara l-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni, l-iżviluppatur qajjem il-kwistjoni tal-konnessjoni man-netwerk elettriku tal-park eoliku kkonċernat permezz ta’ kajbil, liema konnessjoni tikkostitwixxi s-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jqisu li l-inkwinanti tax-xmara naxxenti mill-installazzjoni tal-imsemmi kejbil ta’ konnessjoni, bħall-ħama u s-sedimenti, ikollhom effetti negattivi fuq il-mollusk tal-perli tan-Nore.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Coillte issostni li l-installazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>żvilupp eżentat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> mill-awtorizzazzjoni, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-qasam tal-iżvilupp. Madankollu, hija tammetti li, f’każ li l-proġett ikun jirrikjedi evalwazzjoni xierqa tal-effetti ambjentali, allura jkollha tinkiseb awtorizzazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp tat-territorju mingħand l-awtorità lokali inkarigata mill-iżvilupp tat-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità li titwettaq tali evalwazzjoni xierqa, il-kumpannija inkarigat konsulenti sabiex iwettqu l-imsemmi eżami (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>screening<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rapport ta’ screening redatt minn dawn il-konsulenti kkonkluda, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>a)</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ miżuri ta’ protezzjoni, hemm riskju ta’ rilaxx ta’ solidi f’sospensjoni fl-ilmijiet, matul ir-rotta prevista, inkluż fil-postijiet ta’ titqib direzzjonali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-[mollusk tal-perli tan-Nore], jekk it-twettiq tax-xogħlijiet previsti, marbuta mal-kajbils, jagħti lok għar-rilaxx ta’ ħama jew ta’ inkwinanti, bħall-konkos, fiż-żona tax-xmara ta’ tkattir tal-molluski tal-perli permezz ta’ xmajjar jew ta’ kurrenti iżgħar, jinħoloq effett negattiv fuq il-popolazzjoni tal-molluski tal-perli. Is-sedimentazzjoni ta’ żrar tista’ tostakola l-passaġġ suffiċjenti ta’ ilma minn ġoż-żrar, biex b’hekk jipprekludi liż-żgħar [molluski tal-perli tan-Nore] mill-ossiġnu.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li f’dan ir-rapport ġew analizzati wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>miżuri ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sussegwentement, abbażi tal-imsemmi rapport, ġiet ifformulata s-segwenti rakkomandazzjoni lil Coillte, mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>mexxej tal-programm<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Kif espost fid-dettall fir-rapport […] ta’ screening bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità ta’ evalwazzjoni xierqa, abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport u fid-dawl tal-aħjar konoxxenzi xjentifiċi, ix-xogħlijiet ta’ konnessjoni man-netwerk ma jaffettwawx f’mod sinjifikattiv is-siti Ewropej rilevanti fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-siti Ewropej, waħidhom jew flimkien mal-park eoliku ta’ Cullenagh [(L-Irlanda)] u pjanijiet jew proġetti oħra, u ma hijiex rikjesta evalwazzjoni xierqa. Din il-konklużjoni ntlaħqet abbażi tad-distanza bejn il-konnessjoni prevista man-netwerk ta’ Cullenagh u s-siti Ewropej kif ukoll abbażi tal-miżuri ta’ protezzjoni li ġew integrati fid-disinn tax-xogħlijiet tal-proġett<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Billi adottat ir-raġunijiet u r-rakkmandazzjoni msemmija, Coillte, bħala awtorità pubblika prevista fl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-2011, iddeċidiet li f’dan il-każ ma kienet rikjesta l-ebda evalwazzjoni xierqa, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li d-deċiżjoni li ma kinitx rikjesta evalwazzjoni xierqa hija bbażata fuq il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>miżuri ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> imsemmija fir-rapport ta’ screening. Din il-qorti tispeċifika li l-miżuri ta’ protezzjoni proposti u meħuda inkunsiderazzjoni mill-persuni li ppreparaw ir-rapport ma humiex stretti daqs dawk rikjesti mill-kundizzjoni 17(k) tal-awtorizzazzjoni mogħtija għall-iżvlupp tal-park eoliku kkonċernat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-High Court (il-Qorti Għolja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Miżuri ta’ attenwazzjoni jistgħu, jew f’liema ċirkustanzi jistgħu, jittieħdu inkunsiderazzjoni meta ssir evalwazzjoni minn qabel [screening] għal evalwazzjoni xierqa taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva Habitats […]?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li l-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jimponi fuq l-Istati Membri sensiela ta’ obbligi u ta’ proċeduri speċifiċi intiżi sabiex tiġi żgurata, kif jirriżulta mill-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, iż-żamma jew, fejn xieraq, l-istabbiliment mill-ġdid, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ habitats naturali u, b’mod partikolari, ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-387/15 u C-388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għandhom jiġu interpretati bħala totalità koerenti fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni intiżi minn din id-direttiva. Fil-fatt, l-għan tal-paragrafi (2) u (3) ta’ dan l-artikolu huwa li jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċi, filwaqt li l-paragrafu (4) tal-imsemmi artikolu jikkostitwixxi biss dispożizzjoni derogatorja għat-tieni sentenza tal-imsemmi paragrafu (3) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Grüne Liga Sachsen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-399/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:10">EU:C:2016:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jqassam il-miżuri fi tliet kategoriji, jiġifieri l-miżuri ta’ konservazzjoni, il-miżuri ta’ prevenzjoni u l-miżuri ta’ kumpens, rispettivament previsti fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-artikolu. Mill-kliem tal-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jirriżulta li din id-dispożizzjoni ma tagħmel l-ebda riferiment għal xi kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>miżura ta’ attenwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-387/15 u C-388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, kif jirriżulta mill-motivazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari, li jeħtieġ li l-miżuri li l-qorti tar-rinviju tikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>miżuri ta’ attenwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, u li Coillte issejjaħ bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>miżuri ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jinftiehmu bħala li jirreferu għal miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi tal-proġett previst fuq is-sit ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’hekk, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex neċessarju li sussegwentement titwettaq evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat, huwa possibbli, matul il-fażi ta’ screening, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi tal-imsemmi proġett fuq dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-għaxar premessa tad-direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa kull pjan jew programm li x’aktarx jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ sit li ġie nnominat jew se jkun innominat fil-ġejjieni. Din il-premessa hija espressa fl-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva li jipprovdi espressament li pjan jew proġett li jista’ jkollu effett sinjifikattiv fuq is-sit ikkonċernat ma jistax jiġi awtorizzat mingħajr ma ssir evalwazzjoni minn qabel tal-effetti tiegħu fuqu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif tfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jipprevedi żewġ fażijiet. L-ewwel fażi, prevista fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, teżiġi li l-Istati Membri jwettqu evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett meta jkun hemm<?PAGE NO="7"?> il-probabbiltà li dan il-pjan jew dan il-proġett jaffettwa dan is-sit b’mod sinjifikattiv. It-tieni fażi, prevista fit-tieni sentenza ta’ din l-istess dispożizzjoni, li tiġi wara l-imsemmija evalwazzjoni xierqa, tillimita l-awtorizzazzjoni ta’ tali pjan jew proġett għall-kundizzjoni li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4) (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-387/15 u C-388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiżdied li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jinkorpora wkoll il-prinċipju ta’ prekawzjoni u jippermetti li jiġu evitati, b’mod effettiv, il-ħsara fuq l-integrità tas-siti protetti minħabba l-pjanijiet jew il-proġetti li jkunu qed jiġu kkunsidrati. Kriterju ta’ awtorizzazzjoni inqas strett minn dan stabbilit f’din id-dispożizzjoni ma jistax jiggarantixxi b’mod daqstant effettiv it-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-siti mfittex mill-imsemmija dispożizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-142/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:301">EU:C:2017:301</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, kif maqbul bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni, id-domandi tal-qorti tar-rinviju kkonċernaw biss il-fażi ta’ screening. B’mod iktar speċifiku, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi ta’ pjan jew ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istadju ta’ screening, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk huwiex neċessarju li ssir evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ dan il-pjan jew ta’ dan il-proġett fuq dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jistabbilixxi b’mod ċar li l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni jiddependi fuq is-segwenti żewġ kundizzjonijiet kumulattivi: il-pjan jew il-proġett inkwistjoni ma għandux ikun marbut jew neċessarju għall-ġestjoni tas-sit, u għandu jkun jista’ jaffettwa lil dan is-sit b’mod sinjifikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-proċess suġġett għall-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tqis li l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jissuġġetta r-rekwiżit ta’ evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett għall-kundizzjoni li jkun hemm probabbiltà jew riskju li dan il-pjan jew dan il-proġett jaffettwa s-sit ikkonċernat b’mod sinjifikattiv. Meta jitqies, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, tali riskju jkun jeżisti meta ma jkunx jista’ jiġi eskluż, abbażi ta’ elementi oġġettivi, li l-imsemmi pjan jew proġett jaffettwa s-sit ikkonċernat b’mod sinjifikattiv (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-538/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:349">EU:C:2011:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). L-evalwazzjoni ta’ din il-probabbiltà għandha ssir, b’mod partikolari, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi tas-sit ikkonċernat minn tali pjan jew tali proġett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-387/15 u C-388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Kif isostnu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni, iċ-ċikustanza li, kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, li miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi ta’ pjan jew ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni xierqa, tippreżumi li huwa probabbli li s-sit jiġi affettwat b’mod sinjifikattiv u li, konsegwentement, jeħtieġ li ssir tali evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-fatt li l-analiżi sħiħa u preċiża tal-miżuri initiżi sabiex jiġu evitati effetti sinjifikattivi possibbli fuq is-sit ikkonċernat għandu jitwettaq mhux fl-istadju ta’ screening, iżda speċifikament f’dik tal-evalwazzjoni xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali miżuri sa mill-fażi ta’ screening jista’ jippreġudika l-effett utli tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, b’mod ġenerali, kif ukoll il-fażi ta’ evalwazzjoni, b’mod partikolari, peress li din l-aħħar imsemmija fażi titlef l-iskop tagħha u li jkun jeżisti riskju ta’ abbuż minn din il-fażi ta’ evalwazzjoni, li tikkostitwixxi garanzija essenzjali prevista minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tinsisti fuq iċ-ċirkustanza li l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ma tistax għaldaqstant tinkludi lakuni u għandha tinkludi konstatazzjonijiet u konklużjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jneħħu kull dubju xjentifiku raġonevoli fir-rigward tal-effetti tax-xogħlijiet previsti fuq is-sit protett ikkonċernat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-387/15 u C-388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa proprju mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li persuni bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali jiksbu d-dritt li jippparteċipaw fi proċedura ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni marbuta ma’ talba ta’ awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett li jista’ jkollu effetti sinjifikattiv fuq l-ambjent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex neċessarju li sussegwentement titwettaq evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat, ma hemmx lok, matul il-fażi ta’ screening, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi ta’ dan il-pjan jew il-proġett fuq dan is-sit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex neċessarju li sussegwentement titwettaq evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat, ma hemmx lok, matul il-fażi ta’ screening, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi ta’ dan il-pjan jew il-proġett fuq dan is-sit.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>