Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Dwar il-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja /* KUMM/2006/0765 finali - AVC 2006/0254 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.12.2006 KUMM(2006) 765 finali 2006/0254 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżjorja ta' protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar il-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-UE, l-adeżjoni ta’ dawn l-Istati Membri ġodda għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju għandha tiġi approvata bil-konklużjoni ta' protokoll għal dan il-Ftehim. L-istess Artikolu jipprovdi proċedura simplifikata, li permezz tagħha l-protokoll għandu jiġi konkluż mill-Kunsill, li jopera unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati. Din il-proċedura hija bla ħsara għall-kompetenzi proprji tal-Komunità. Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill approva mandat għan-negozjar ta' tali protokoll mill-Kummissjoni mar-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija. In-negozjati ġew konklużi b’mod li tqies sodisfaċenti mill-Kummissjoni. It-test tal-Protokoll ġie ffirmat mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Alġerini fil-15 ta’ Mejju 2006. Il-proposti hawn annessi jikkonċernaw: 1) id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll u 2) id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll. It-test tal-protokoll innegozjat ma’ l-Alġerija huwa mehmuż fl-anness. L-għan prinċipali tiegħu huwa li jieħu f'kunsiderazzjoni l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Alġerija u li jkunu inklużi l-lingwi uffiċjali ġodda ta' l-UE. Il-Kummissjoni għandha tistaqsi lill-Kunsill biex japprova l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll. Il-Parlament Ewropew ser jissejjaħ biex jagħti l-opinjoni konformi tiegħu għal dan il-Protokoll. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżjorja ta' protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, it-tieni sentenza tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni ta' l-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni , Billi: (1) Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tiftaħ in-negozjati ma’ l-Alġerija bil-għan li taġġusta l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ma' l-UE. (2) In-negozjati ġew konklużi b’mod li tqies sodisfaċenti mill-Kummissjoni. (3) It-test tal-Protokoll innegozjat mar-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija jipprovdi, fl-Artikolu 8(2), għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. (4) Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità, fid-dawl tal-konklużjoni possibli tiegħu aktar tard, u jiġi applikat proviżorjament, IDDEĊIEDA: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) mogħtija s-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja. It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma' din id- Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha hawnhekk jaqblu li japplikaw proviżorjament it-termini tal-Protokoll, fid-dawl tal-konklużjoni possibli tiegħu aktar tard. Magħmula Brussell, fi Għall-Kunsill Il-President 2006/0254 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar il-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, it-tieni sentenza, u l-Artikolu 300(3) it-tieni inċiż tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda fl-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni , Wara li kkunsidra l-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fil- […]. (2) Jaqbel li l-Protokoll jiġi approvat, IDDEĊIEDA : Artikolu Uniku Il-protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, għandu jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja. It-test tal-Protokoll hu mehmuż fl-anness. Magħmula Brussell, fi Għall-Kunsill Il-President Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju Li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA’ L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA’ L-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TA’ L-IRLANDA TA’ FUQ, minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri tal-KE" irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem “il-Komunità” irrappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa waħda, u IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-POPLU TA' L-ALĠERIJA, minn hawn 'il quddiem "l-Alġerija" min-naħa l-oħra, BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, ġie ffirmat f'Valenzja fit-22 ta’ April 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2005; BILLI t-Trattat rigward l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ġie iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April 2003 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004; BILLI, skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, l-adeżjoni tal-Partijiet Kontraenti ġodda għall-Ftehim Ewro-Mediterranju hija approvata bil-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju; BILLI seħħew konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju sabiex jiġi żgurat li l-interessi reċiproċi tal-Komunità u ta’ l-Alġerija jittieħdu f'kunsiderazzjoni; FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta , ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka hawnhekk isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, min-naħa l-oħra, u għandhom rispettivament jadottaw u jieħdu nota, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Komuni, id-Dikjarazzjonijiet unilaterali u l-Iskambji ta’ Ittri. Artikolu 2 Sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-żviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li wara li jiskadi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea għall-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu bħala li jirreferu għall-Komunità Ewropea li ħadet f’idejha d-drittijiet u l-obbligi kollha kuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. L-EWWEL KAPITOLU: EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU Artikolu 3 (Regoli ta’ Oriġini) Il-Protokoll 6 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 19(4) għandu jinbidel b'dan li ġej: Ċertifikati ta’ Moviment EUR.1 maħruġa retrospettivament għandhom jiġu ċċertifikati b’waħda mill-frażijiet li ġejjin: ES "EXPEDIDO A POSTERIORI" CS "VYSTAVENO DODATEČNĔ" DA "UDSTEDT EFTERFØLGENDE" DE "NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT" ET "VÄLJA ANTUD TAGASIULATUVALT" EL "ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ" EN "ISSUED RETROSPECTIVELY" FR "DÉLIVRÉ A POSTERIORI" IT "RILASCIATO A POSTERIORI" LV "IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI" LT "RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS" HU "KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL" MT "MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT" NL "AFGEGEVEN A POSTERIORI" PL "WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE" PT "EMITIDO A POSTERIORI" SL "IZDANO NAKNADNO" SK "VYDANÉ DODATOČNE" FI "ANNETTU JÄLKIKÄTEEN" SV "UTFÄRDAT I EFTERHAND" AR "سلمت لاحقا" 2. L-Artikolu 20(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: (…) Il-kopja doppja li b’hekk tinħareġ irid ikollha fuqha waħda min-noti li ġejjin: ES "DUPLICADO" CS "DUPLIKÁT" DA "DUPLIKAT" DE "DUPLIKAT" ET "DUPLIKAAT" EL "ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ" EN "DUPLICATE" FR "DUPLICATA" IT "DUPLICATO" LV "DUBLIKĀTS" LT "DUBLIKATAS" HU "MÁSODLAT" MT "DUPLIKAT" NL "DUPLICAAT" PL "DUPLIKAT" PT "SEGUNDA VIA" SL "DVOJNIK" SK "DUPLIKÁT" FI "KAKSOISKAPPALE" SV "DUPLIKAT" AR نسخة 3. L-Anness IV huwa sostitwit b'dan li ġej: Verżjoni bl-Ispanjol El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial. …(2). Verżjoni biċ-Ċek Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2). Verżjoni bid-Daniż Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ...(1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ...(2). Verżjoni bil-Ġermaniż Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind. Verżjoni bl-Estonjan Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti. Verżjoni bil-Grieg Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ...(1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ...(2). Verżjoni bl-Ingliż The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No ...(1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ...(2) preferential origin. Verżjoni bil-Franċiż L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ... (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle .... (2)). Verżjoni bit-Taljan L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. ...(1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ...(2). Verżjoni bil-Latvjan Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2). Verżjoni bil-Litwan Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra (2) preferencinès kilmés prekés. Verżjoni bl-Ungeriż A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak. Verżjoni bil-Malti L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2). Verżjoni bl-Olandiż De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ...(1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2). Verżjoni bil-Pollakk Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie. Verżjoni bil-Portugiż O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2). Verżjoni bis-Sloven Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št …(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno …(2) poreklo. Verżjoni bis-Slovakk Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia …(1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v …(2). Verżjoni bil-Finlandiż Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...(1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2). Verżjoni bl-Isvediż Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ...(1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2). Verżjoni bl-Għarbi تصريح على أساس الفاتورة إن مصدر المنتجات التي تشملها هذه الوثيقة إعتماد جمركي رقم 1يصرح بأن هذه المنتجات لها صفة المنشأ الإمتيازي ل .....2 إلا إذا نص على خلاف ذلك صراحة Artikolu 4 (Presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni) Il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 96: "Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jkun ippresjedut b’sistema ta’ rotazzjoni minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija". IT-TIENI KAPITOLU: DISPOżIZZJONIJIET TRANŻITORJI Artikolu 5 (Provi ta' l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva) It-talbiet ta' verifika retrospettiva tal-provi ta' oriġini maħruġa f'isem il-ftehimiet preferenzjali jew tas-sistemi awtonomi applikati bejn l-Alġerija u Stat Membru ġdid ma jistgħux jiġu ppreżentati mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta' l-Alġerija jew ta' l-Istati Membri ġodda u huma aċċettati minn dawn l-awtoritajiet matul perjodu ta' tliet snin wara li tintbagħat il-prova ta' oriġini kkonċernata. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 6 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju. L-Annessi u d-dikjarazzjoni għal dan il-Protokoll għandhom jifformaw parti integrali minnu. Artikolu 7 1. Dan il-Protokoll ser jiġi approvat mill-Komunità, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, skond il-proċeduri tagħhom. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni ser jiġu ddepożitati fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 8 1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni. 2. Dan il-Protokoll japplika b'mod proviżorju, b'effett mill-1 ta' Settembru 2005. Artikolu 9 Dan il-Protokoll inkiteb f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti u kull test huwa ugwalment awtentiku. Artikolu 10 It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, li jinkludi l-Annessi u l-Protokolli li jifformaw parti integrali minnu, u l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu għandhom jiġu redatti fil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena u dawn it-testi għandhom ikunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-testi. GĦALL-ISTATI MEMBRI... GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA... GĦAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-POPLU TA' L-ALĠERIJA