European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/825

4.2.2025

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(C/2025/825)

Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 215, tiddaħħal in-Nota ta’ Spjegazzjoni li ġejja:

“4401 49 10

Qoxra u skart tal-produzzjoni, skrapp, rifjuti u residwi

Din is-subintestatura tinkludi prodotti sekondarji, li ma jistgħux jintużaw bħala injam, tal-ipproċessar industrijali tal-injam tond u tal-manifattura tal-prodotti tal-injam.

Pereżempju, rifjuti mill-impjanti tal-issegar jew tal-inċanar (ċangaturi, borduri, tirqim, eċċ.); skart ieħor tal-manifattura (qlub taz-zkuk għall-fuljetti, rifjuti tal-fuljetti, eċċ.); planki miksura; qoxra u ċana; skart u skrapp ieħor tax-xogħol tal-injam ħieles minn kontaminazzjoni (pereżempju, minn viti, imsiemer, żebgħa).

Injam li jerħi ż-żebgħa eżawrit u injam tal-ikkonzar huma inklużi wkoll f’din is-subintestatura.

Image 1

Image 2

4401 49 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-iskart u l-iskrapp tal-injam ta’ wara l-konsum bħal ċestuni u pallets qodma li ma jistgħux jintużaw bħala tali, l-iskart u l-iskrapp tal-injam segregati mill-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni (kemm jekk ikkontaminati mekkanikament jew kimikament kif ukoll jekk le) u li ma jistgħux jintużaw bħala injam.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).

(2)   ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/825/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)