|
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/160 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/918
tal-4 ta’ Mejju 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aclonifen, ametoktradin, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, captan, kletodim, ċiklossidim, ċiflumetofen, dażomet, diklofop, dimethomorph, ethephon, fenażakwin, fluopicolide, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, imessażol, aċidu indolilbutiriku, mandipropammid, metalaxyl, metaldeid, metam, metazachlor, metribuzin, milbemectin, paklobutrażol, penoxsulam, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, S-metolachlor, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, Trichoderma asperellum ir-razza T34 u Trichoderma atroviride ir-razza I-1237
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (2) jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). Is-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma elenkati fil-Parti B ta’ dak l-Anness. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/708 (4) jestendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva fluworokloridonsal-31 ta’ Mejju 2023. Dak ir-Regolament jestendi wkoll il-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva metam sat-30 ta’ Ġunju 2023 u tas-sustanzi attivi aclonifen, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, captan, dimethomorph, ethephon, fluoxastrobin, folpet, formetanate, metazachlor, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, proquinazid, prothioconazole u S-metolachlor sal-31 ta’ Lulju 2023. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1266 (5) jestendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, fenazakwin, imssażol, aċidu indolilbutiriku, metaldeid u paklobutrażol sal-31 ta’ Mejju 2023. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1527 (6) jestendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva fluopicolide sal-31 ta’ Mejju 2023. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 (7) jestendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva metalaxyl sat-30 ta’ Ġunju 2023, u tas-sustanza attiva penoxsulam sal-31 ta’ Lulju 2023. |
|
(6) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ametoktradin se tiskadi fil-31 ta’ Lulju 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2013 (8). |
|
(7) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċiflumetofen se tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2013 (9). |
|
(8) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus se tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2013 (10). |
|
(9) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva mandipropamid se tiskadi fil-31 ta’ Lulju 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2013 (11). |
|
(10) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus se tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2013 (12). |
|
(11) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva Trichoderma asperellum ir-razza T34 se tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1238/2012 (13). |
|
(12) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva Trichoderma atroviride ir-razza I-1237 se tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2013 (14). |
|
(13) |
L-applikazzjonijiet u d-dossiers supplimentari għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi tressqu f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (15), li jkompli japplika għal dawn is-sustanzi attivi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (16). Dawn ġew iddikjarati ammissibbli mill-Istati Membri relaturi rispettivi. |
|
(14) |
Għas-sustanzi attivi aclonifen, ametoktradin, beflubutamid, kletodim, ċiklossidim, ċiflumetofen, dażomet, diklofop, fenazakwin, fluopicolide, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, imessażol, mandipropamid, metalaxyl, metaldeid, metam, il-metazachlor, paklobutrażol, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 tat-Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 tat-Trichoderma atroviride, il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi. |
|
(15) |
Għas-sustanzi attivi boscalid, flurochloridone, aċidu indolilbutiriku, penoxsulam, u proquinazid, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) se jkollha bżonn aktar żmien, f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, biex tadotta konklużjoni u fejn xieraq torganizza konsultazzjoni mal-esperti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ żmien addizzjonali għad-deċiżjoni sussegwenti dwar il-ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. |
|
(16) |
Fil-każ tas-sustanza attiva prothioconazole, informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji ta’ approvazzjoni ffissati fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal- Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 intalbet mill-Awtorità skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, bi skadenza fil-15 ta’ April 2023. Fil-każ tas-sustanzi attivi dimethomorph, fluoxastrobin, folpet, formetanat, metribużin, milbemectin, paklobutrażol, penoxsulam, fenmedifam, pirimiphos-methyl u propamocarb, informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji ta’ approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, intalbet mill-Awtorità skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u tressqet mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali għall-evalwazzjoni tagħha u għall-konklużjoni relatata kif ukoll għad-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta f’konformità mal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. |
|
(17) |
Fil-każ tas-sustanzi attivi benthiavalicarb u captan, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet dwar dawk is-sustanzi attivi fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u fir-rigward tal-captan, ippreżentat ir-rapport tat-tiġdid u l-abbozz tar-Regolament li jġedded l-approvazzjoni tiegħu. Sakemm tingħata l-opinjoni ta’ dan il-Kumitat dwar dak l-abbozz ta’ Regolament, huwa meħtieġ żmien addizzjonali għad-deċiżjoni sussegwenti dwar il-ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. |
|
(18) |
Fit-3 ta’ Frar 2023, għas-sustanza attiva S-metolachlor, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, minbarra l-valutazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. |
|
(19) |
Għalhekk huwa probabbli li ma tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi qabel l-iskadenza tal-perjodi ta’ approvazzjoni rispettivi tagħhom fil-31 ta’ Mejju 2023, fit-30 ta’ Ġunju 2023 u fil-31 ta’ Lulju 2023. Ir-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri ta’ tiġdid huma wkoll lil hinn mill-kontroll tal-applikanti rispettivi. |
|
(20) |
Peress li aktarx li l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi mhi se tkun tista’ tittieħed qabel l-iskadenza tal-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom u minħabba li r-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri tat-tiġdid mhumiex fil-kontroll tal-applikanti rispettivi, jenħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u sabiex jiġu ffinalizzati l-proċeduri regolatorji tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet rispettivi għat-tiġdid tal-approvazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(21) |
F’każ li l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni trid tiffissa d-data tal-iskadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Rigward każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tara li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli. |
|
(22) |
Filwaqt li jitqies li l-approvazzjoni attwali tal-kletodim, iċ-ċiklossidim, iċ-cyflumetofen, id-dażomet, id-diklofop, il-Fenażakwin, il-fluopicolide, il-fluworoklordon, il-Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, l-imessażol, l-aċidu indolilbutiriku, il-metaldeid, il-paklobutrażol, l-iSpodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 tat-Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 tat-Trichoderma atroviride tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
|
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/708 tal-5 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aclonifen, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, calcium carbide, captan, cymoxanil, dimethomorph, dodemorph, ethephon, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi ta’ distilazzjoni tax-xaħam, aċidi xaħmin C7 sa C20, fluoxastrobin, flurochloridone, folpet, formetanate gibberellic acid, gibberellins, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, metam, metamitron, metazachlor, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, piretrini, ir-ramel kwarz, żejt tal-ħut, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 133, 10.5.2022, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1266 tal-20 ta’ Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, karbossinu, kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, ditijanon, dodina, fenażakwin, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imessażol, aċidu indolilbutriku, isossaben, kubrit tal-ġir, metaldeid, paklobutrażol, penċikuron, sintofen, tau fluvalinat u tebufenożur (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 81).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1527 tas-6 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi ċiflufenammid, fluopicolide, ettamaloksiloglukan u malatijon (ĠU L 231, 7.9.2017, p. 3).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 tat-13 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalaxyl, penoxsulam u proquinazid (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 51).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2013 tat-8 ta’ Marzu 2013 li japprova s-sustanza attiva ametoctradina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 67, 9.3.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li japprova s-sustanza attiva cyflumetofen, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 8).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2013 tat-22 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 36).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 li japprova s-sustanza attiva mandipropamid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 13).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2013 tat-22 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 33).
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1238/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li japprova s-sustanza attiva Trichoderma asperellum (razza T34), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 59).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2013 tad-14 ta’ Jannar 2013 li japprova s-sustanza attiva r-razza I-1237 tat-Trichoderma atroviride, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 9, 15.1.2013, p. 5).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat- 18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
2. |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|