Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0047 - 0047
Artikolu 46 1. Għaxar imħallfin għandhom ikunu maħtura għall-Qorti tal-Ġustizzja u għaxar imħallfin għandhom ikunu maħtura għall-Qorti ta' Prim'Istanza. 2. (a) Il-mandat tal-ħatra ta' ħamsa mill-imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja li jkunu maħtura skond il-paragrafu 1 għandu jiskadi fis- 6 ta' Ottubru 2006. Dawn l-imħallfin għandhom jintgħażlu bix-xorti. Il-mandat tal-ħatra ta' l-imħallfin l-oħra jiskadi fis- 6 ta' Ottubru 2009. (b) Il-mandat tal-ħatra ta' ħamsa mill-imħallfin fil-Qorti tal-Prim'Istanza li jkunu maħtura skond il-paragrafu 1 għandu jiskadi fil- 31 ta' Awissu 2004. Dawk l-imħallfin għandhom jintgħażlu bix-xorti. Il-mandat tal-ħatra ta' l-imħallfin l-oħra jiskadi fil- 31 ta' Awissu 2007. 3. (a) Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel dawk it-tibdiliet għar-Regoli tal-Proċedura tagħha skond kif isir meħtieġ bl-adeżjoni. (b) Il-Qorti tal-Prim'Istanza, bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tagħmel dawk it-tibdiliet għar-Regoli tal-Proċedura tagħha skond kif isir meħtieġ bl-adeżjoni. (ċ) Ir-Regoli tal-Proċedura kif adattati jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni unanima tal-Kunsill. 4. Għall-iskopijiet ta' deċiżjoni ta' każijiet pendenti quddiem il-Qrati fil-jum ta' l-adeżjoni li bdew jinstemgħu oralment qabel dik id-data, il-Qrati plenari jew l-Awli għandhom ikunu kostitwiti bħal ma kienu qabel l-Adeżjoni u għandhom japplikaw ir-Regoli ta' Proċedura li kienu fis-seħħ fil-jum ta' qabel il-jum ta' l-adeżjoni. --------------------------------------------------