|
18.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/3 |
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros
Artikolu 1
Il-perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd
1. Għal perjodu ta’ 3 snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd huma stabbiliti kif ġej:
|
— |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun: 45 bastiment |
|
— |
bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: 25 bastiment. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd hija stabbilita, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, għal EUR 1 845 750.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:
|
(a) |
ammont annwali għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Komoros ta’ EUR 315 250 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 4 850 tunnellata fis-sena, u |
|
(b) |
ammont speċifiku ta’ EUR 300 000 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Komoros. |
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 titħallas mill-Unjoni Ewropea bir-rata ta’ EUR 615 250 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll li tikkorrispondi għat-total tal-ammonti annwali msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b).
5. Jekk il-kwantità globali tal-qabdiet magħmula mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet Komorjani tkun ogħla minn 4 850 tunnellata fis-sena, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) (EUR 630 500). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.
6. Il-ħlas isir mhux aktar tard minn 30 jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin segwenti.
7. L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet Komorjani.
8. Il-kontribuzzjoni finanzjarja kollha indikata fl-Artikolu 2(2) ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi ttrasferita f’kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Komoros.
9. Minn dan il-kont uniku, l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(b) għandu jiġi ttrasferit fil-kont TR 5006 miftuħ fil-Bank Ċentrali mill-Ministeru responsabbli għas-sajd.
Artikolu 3
Il-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet Komorjani
1. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, dwar Programm Settorjali Multiannwali, u l-metodi tal-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari:
|
— |
il-linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b); |
|
— |
l-għanijiet, kemm annwali kif ukoll multiannwali, li għandhom jintlaħqu sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Komoros fil-politika nazzjonali tas-sajd u ta’ politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli; |
|
— |
il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. |
2. Kwalunkwe emenda proposta għall-Programm Settorjali Multiannwali teħtieġ l-approvazzjoni taż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt.
3. Kull sena, il-Komoros għandhom jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni, jekk ikun il-każ, ta’ ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) bil-għan li jiġi implimentat il-Programm Multiannwali. Din l-allokazzjoni trid tiġi kkomunikata lill-Unjoni Ewropea.
4. Jekk l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multiannwali tiġġustifikah, il-Kummissjoni Ewropea tirriserva d-dritt li, wara konsultazzjoni maż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunti, tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tal-Protokoll, bil-għan li taġġusta l-ammont allokat għall-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell tar-riżultati.
Artikolu 4
Il-kooperazzjoni xjentifika dwar sajd responsabbli
1. Iż-żewġ Partijiet b’dan jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet Komorjani fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet.
2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros għandhom jagħmlu ħilithom biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd Komorjana.
3. Iż-żewġ Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell tas-subreġjun rigward il-ġestjoni responsabbli tas-sajd.
4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-IOTC u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw flimkien fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika u bi ftehim komuni, miżuri ta’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
L-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd bi ftehim komuni
L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim komuni sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC jikkonfermaw li dan l-aġġustament jiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Komoros. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2a) għandha tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont annwali totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(2a).
Artikolu 6
L-opportunitajiet ġodda tas-sajd
1. Fil-każ li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin qabel tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Komorjani. Jekk ikun il-każ, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet ġodda tas-sajd u, jekk meħtieġ, jagħmlu emendi għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.
2. Il-Partijiet għandhom iħeġġu s-sajd sperimentali. Għal dan il-għan u fuq talba ta’ waħda miż-żewġ Partijiet, dawn għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin u jiddeterminaw każ b’każ l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametru ieħor rilevanti.
3. Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-leġiżlazzjoni Komorjana fis-seħħ u skont id-dispożizzjonijiet amministrattivi u xjentifiċi miftiehma, jekk ikun il-każ. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali jingħataw għal perjodi massimi ta’ sitt xhur.
4. F’każ li l-Partijiet jikkunsidraw li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, l-awtoritajiet Komorjani, waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jistgħu jallokaw opportunitajiet ta’ sajd ta’ speċijiet ġodda lill-flotta tal-Unjoni Eworpea sakemm jiskadi dan il-Protokoll. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2a) ta’ dan il-Protokoll tiżdied b’konsegwenza ta’ dan.
Artikolu 7
Il-kundizzjonijiet li jiggvernaw l-attivitajiet tas-sajd – Il-klawżola ta’ esklussività
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet Komorjani biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll u skont il-metodi deskritti fl-Anness għal dan il-Protokoll.
2. Għall-kategoriji ta’ sajd li mhumiex koperti b’dan il-Protokoll kif ukoll għas-sajd sperimentali, l-awtoritajiet Komorjani jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lil bastimenti tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-għoti ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tal-Unjoni tal-Komoros bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.
Artikolu 8
Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja hekk kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tista’ tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk:
|
(a) |
Ċirkostanzi li mhumiex normali, għajr fenomeni naturali, iwaqqfu l-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd Komorjani; |
|
(b) |
Wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati; |
|
(c) |
L-Unjoni Ewropea tinnota li l-Komoros kiser xi elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif ipprovduti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù. |
2. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi parti minn jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll:
|
(a) |
Meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar wara evalwazzjoni magħmula mill-Kumitat Konġunt; |
|
(b) |
F’każ li ma ssirx il-kontribuzzjoni finanzjarja. |
3. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh.
Artikolu 9
Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll
1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet wara konsultazzjoni li tkun saret fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk:
|
(a) |
Ċirkostanzi li mhumiex normali, għajr fenomeni naturali, iwaqqfu l-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd Komorjani; |
|
(b) |
Wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati; |
|
(c) |
L-Unjoni Ewropea tinnota li l-Komoros kisru xi elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif ipprovduti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù; |
|
(d) |
L-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2a), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll; |
|
(e) |
Tinqala’ xi tilwima dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn iż-żewġ Partijiet; |
|
(f) |
Waħda miż-żewġ Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. |
2. L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta t-tilwima bejn iż-żewġ Partijiet titqies bħala waħda serja u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt ma jkunux wasslu għal soluzzjoni bonarja.
3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u ta’ mhux inqas minn tliet xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni.
4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwima ta’ bejniethom. Meta tinkiseb tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.
Artikolu 10
Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw fl-ilmijiet Komorjani għandhom ikunu regolati mil-liġi applikabbli fil-Komoros, sakemm il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dan il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu ma jistipulawx mod ieħor.
2. L-awtoritajiet Komorjani għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe tibdil jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li tirrgwarda s-settur tas-sajd.
Artikolu 11
It-tul ta’ żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 3 snin li jibda mill-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 13, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 12.
Artikolu 12
It-terminazzjoni
1. Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni.
2. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
Artikolu 13
L-applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw b’mod provviżorju mid-data tal-firma tagħhom.
Artikolu 14
Id-dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa f’dan ir-rigward.
ANNESS
Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet Komorjani
KAPITOLU I
IL-FORMALITAJIET APPLIKABBLI GĦALL-APPLIKAZZJONI U L-ĦRUĠ TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD
TAQSIMA 1
Il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd fl-ilmijiet Komorjani. |
|
2. |
Biex bastiment ikun eliġibbli, sid il-bastiment, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti milli jistadu fil-Komoros. Huma għandhom ikollhom kollox regolari fir-rigward tal-amministrazzjoni Komorjana, fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ sajd tagħhom fil-Komoros skont il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huma għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd. |
|
3. |
Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent residenti fil-Komoros. L-isem u l-indirizz ta’ dak l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
4. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad skont il-Ftehim, mill-anqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba. |
|
5. |
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani skont il-mudell tal-formola li jinsab fl-Appendiċi 1. |
|
6. |
Kull talba għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:
|
|
7. |
Il-ħlas għandu jsir fil-kont speċifikat mill-awtoritajiet tal-Komoros. |
|
8. |
Il-ħlasijiet għandhom jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port u l-ispejjeż għas-servizzi. |
|
9. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu, sa mhux aktar tard minn 15-il jum minn meta tasal id-dokumentazzjoni kollha stipulata fil-punt 6 ta’ hawn fuq għand l-awtoritajiet kompetenti Komorjani lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju. |
|
10. |
Jekk fil-mument tal-iffirmar tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu magħluqin, din għandha tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment flimkien ma’ kopja tagħha lid-Delegazzjoni. |
|
11. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u mhijiex trasferibbli. |
|
12. |
Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ force majeure, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi ssostitwita minn awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida stabbilita f’isem bastiment ieħor bl-istess karatteristiċi tal-bastiment li ser ikun sostitwit, mingħajr ma titħallas ebda tariffa ġdida. |
|
13. |
Is-sid tal-bastiment li ser ikun jiġi ssostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jibgħat lura l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imħassra lill-awtoritajiet Komorjani permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
|
14. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fl-istess data li sid il-bastiment jirritorna l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Mawrizju għandha tkun infurmata dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
15. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord f’kull ħin, mingħajr preġudizzju għal dak li huwa previst fil-Kapitolu VI, il-punt 1, ta’ dan l-Anness. |
TAQSIMA 2
Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sajd – il-pagamenti u l-ħlasijiet bil-quddiem
|
1. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom validità ta’ sena. Dawn jistgħu jiġġeddu. |
|
2. |
Il-ħlas għandu jkun ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fl-ilmijiet Komorjani. |
|
3. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jingħataw meta dawn l-ammonti jkunu tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
|
|
4. |
Il-fattura finali tal-ammonti dovuti skont il-vjaġġ hija deċiża mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid magħmula minn kull sid ta’ bastiment u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-qbid fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), u l-IPIMAR (Instituto Português de Investigação Marítima). |
|
5. |
Dan il-kalkolu għandu jiġi kkomunikat fl-istess waqt lill-awtorità kompetenti tal-Komoros u lis-sidien tal-bastimenti. |
|
6. |
Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastiment lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti Komorjani sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara, fil-kont imsemmi fil-paragrafu 7 tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu. |
|
7. |
Madanakollu, jekk it-tnaqqis finali jkun inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem skont il-punt 3 tat-Taqsima preżenti, l-ammont residwu korrispondenti ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment. |
TAQSIMA 3
Il-bastimenti ta’ appoġġ
|
1. |
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni Komorjana. |
|
2. |
Ma għandu jintalab l-ebda ħlas għall-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-bastimenti ta’ appoġġ. Dawn għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ikunu parti minn kumpanija Ewropea. |
|
3. |
L-awtoritajiet kompetenti Komorjani għandhom jibagħtu regolarment il-lista ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet lill-Kummissjoni permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju. |
KAPITOLU II
IŻ-ŻONI TAS-SAJD
Biex ma ssirx ħsara lis-sajd artiġjanali fl-ilmijiet Komorjani, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea mhumiex awtorizzati li jistadu ‘il ġewwa minn 10 mili nawtiċi madwar kull gżira, lanqas f’raġġ ta’ 3 mili nawtiċi madwar kwalunkwe rkaptu fiss (ankrat) biex jinġemal-ħut imqiegħed mill-Ministeru responsabbli għas-sajd fil-Komoros u li l-pożizzjoni tiegħu tkun ġiet innotifikata lir-rappreżentant tal-Unjoni Ewropea fil-Mawrizju.
Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.
KAPITOLU III
IL-MONITORAĠĠ U S-SORVELJANZA
TAQSIMA I
Is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-qbid
|
1. |
Il-bastimenti kollha li huma awtorizzati jistadu fl-ilmijiet Komorjani skont il-Ftehim huma meħtieġa jibagħtu notifika dwar il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Komoros, skont kif ġej:
|
|
2. |
Għall-perjodi meta l-bastiment ma jkunx fl-ilmijiet Komorjani, jeħtieġ li fil-ġurnal ta’ abbord jitniżżel il-kliem “Barra ż-żoni tas-sajd Komorjani”. |
|
3. |
Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqara faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment. |
|
4. |
F’każ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma jiġux rispettati, il-gvern tal-Komoros jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li jkun wettaq in-nuqqas sakemm jitwettqu l-formalitajiet u tiġi applikata is-sanzjoni stabbilita fir-regolamenti attwali fil-Komoros fuq sid il-bastiment. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi infurmata b’dan. |
|
5. |
Id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet li jkunu saru mill-bastiment waqt kull vjaġġ. Dawn għandhom ikunu notifikati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Komoros permezz tal-posta elettronika flimkien ma’ kopja lill-Kummissjoni Ewropea, fi tmiem kull vjaġġ u, fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-ilmijiet Komorjani. L-irċevuti għandhom jintbagħtu elettronikament mingħajr dewmien lill-bastiment minn kull destinatarju b’kopja reċiproka. |
|
6. |
L-oriġinali tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta b’mezz elettroniku matul il-perjodu annwali ta’ validità tal-liċenzja fis-sens tal-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punt 1 ta’ dan l-Anness għandhom jintbagħtu lill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Komoros fi żmien 45 jum minn tmiem l-aħħar vjaġġ f’dak il-perjodu. Kopji fuq karta għandhom jintbagħtu fl-istess waqt lill-Kummissjoni Ewropea. |
|
7. |
Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz sabiex idaħħlu sistema għad-dikjarazzjoni tal-qbid imsejsa esklużivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha: għalhekk iż-żewġ Partijiet għandhom jaħsbu għas-sostituzzjoni rapida tad-dikjarazzjoni tal-qbid bil-miktub permezz ta’ verżjoni f’forma elettronika. |
|
8. |
Ladarba s-sistema ta’ dikjarazzjoni elettronika tal-qbid tiġi implimentata u f’każ li din ikollha ħsara teknika, id-dikjarazzjonijiet tal-qbid għandhom isiru b’mod konformi mal-paragrafi 5 u 6 hawn fuq u dan sakemm is-sistema tkun stabbilita mill-ġdid. |
TAQSIMA 2
Il-komunikazzjoni tal-qbid: id-dħul fl-ilmijiet Komorjani u l-ħruġ minnhom
|
1. |
It-tul ta’ vjaġġ ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa definit kif ġej:
|
|
2. |
Il-bastimenti Ewropej għandhom jinnotifikaw, ta’ mill-inqas 3 sigħat bil-quddiem, lill-awtoritajiet Komorjani responsabbli mill-kontroll tas-sajd dwar l-intenzjoni tagħhom li jidħlu fl-ilmijiet Komorjani jew li joħorġu minnhom. |
|
3. |
Meta jinnotifika d-dħul u/jew il-ħruġ, kull bastiment għandu jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet li jkollu abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru preferibbilment b’mezz elettroniku skont il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 4, jew inkella b’feks, b’notifika tal-wasla lill-bastimenti. F’każ ta’ ħsara, dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru bir-radju. |
|
4. |
Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Komoros jitqies bħala bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
5. |
L-indirizz tal-posta elettronika, in-numri tal-feks u tat-telefown kif ukoll il-koordinati tar-radju għandhom jingħataw ukoll meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
TAQSIMA 3
It-trażbord u l-ħatt l-art
|
1. |
Il-bastimenti Ewropej kollha li jixtiequ jittrażbordaw jew iħottu l-art il-qabdiet fl-ilmijiet Komorjani għandhom jagħmlu dan fil-portijiet tal-Komoros.
|
|
2. |
It-trażbord u l-ħatt l-art huma meqjusa bħala ħruġ mill-ilmijiet Komorjani. Il-bastimenti għalhekk għandhom jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qbid lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani u jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom, jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu mill-ilmijiet Komorjani. |
|
3. |
Kwalunkwe trażbord jew ħatt l-art ta’ qabdiet mhux kopert fil-punti hawn fuq huwa pprojbit fl-ilmijiet Komorjani. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti attwali tal-Komoros. |
TAQSIMA 4
Il-monitoraġġ bis-satellita
Il-bastimenti Ewropej għandhom ikunu mmonitorjati, fost oħrajn, permezz tas-sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita, mingħajr distinzjoni, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.
|
1. |
Għall-finijiet tal-monitoraġġ bis-satellita, il-pożizzjonijiet ġeografiċi tal-limiti taż-żona tas-sajd Komorjana għandhom ikunu ġew ikkomunikati lir-rappreżentanti jew l-aġenti tas-sidien tal-bastimenti kif ukoll liċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tar-reġistrazzjoni. |
|
2. |
Il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi https u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tagħhom b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4 u 6. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-feks u l-indirizzi elettroniċi li jistgħu jkunu utli għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ. |
|
3. |
Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tkun determinata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500 m u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %. |
|
4. |
Meta bastiment li jkun qed jistad taħt il-Ftehim bejn l-UE u l-Komoros u li jkun suġġett għall-monitoraġġ bis-satellita fit-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jidħol mill-ġdid fiż-żona tas-sajd tal-Komoros, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Komoros (CNCSP), b’intervalli massimi ta’ sagħtejn (2). Dawn il-messaġġi għandhom jiġu identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.
|
|
5. |
Il-messaġġi msemmija fil-punt 4 għandhom ikunu trażmessi b’mod elettroniku fil-format https, mingħajr ebda protokoll ieħor. Dawn il-messaġġi għandhom isiru dak il-ħin stess, skont il-format tat-tabella fl-Appendiċi 4.
|
|
6. |
F’każ li l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita permanenti installat abbord tal-bastiment tas-sajd iġarrab xi ħsara teknika jew mekkanika, il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jittrażmetti kemm jista’ jkun malajr l-informazzjoni stipulata fil-punt 4 liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ikun jeħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni kull 4 sigħat, sakemm il-bastiment idum fl-ilmijiet Komorjani.
|
|
7. |
It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jiġi ssostitwit malli l-bastiment itemm is-sajda tiegħu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien massimu ta’ xahar. Jekk jiskadi dan iż-żmien, dan il-bastiment ma jkunx jista’ jagħmel sajda oħra qabel ma jissewwa jew jiġi ssostitwit l-apparat. |
|
8. |
Il-ħardwer u s-softwer tas-sistema għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma għandhomx ikunu falsifikabbli, jiġifieri ma għandhomx jippermettu l-introduzzjoni jew it-tneħħija ta’ pożizzjonijiet foloz jew li jiġu mmanipulati. Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u mixgħula f’kull ħin mingħajr kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, jwaqqaf milli taħdem jew jinterferixxi mas-sistema għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita.
|
|
9. |
Iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tar-reġistrazzjoni għandhom jimmonitorjaw iċ-ċaqliq tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet Komorjani. F’każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skont il-kundizzjonijiet previsti, is-CNCSP għandu jiġi infurmat minnufih dwar dan u l-proċedura prevista fil-punt 6 tkun applikabbli. |
|
10. |
Iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tar-reġistrazzjoni u s-CNCSP tal-Komoros għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Jekk is-CNCSP jistabbilixxi li Stat tar-reġistrazzjoni ma jittrażmettix informazzjoni skont il-punt 4, il-Parti l-oħra għandha tkun infurmata minnufih. Kif tirċievi din in-notifika, din il-Parti għandha twieġeb fi żmien 24 siegħa billi tinforma lis-CNCSP dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ trażmissjoni u tindika żmien raġonevoli li fih tkun sejra tikkonforma ma’ dawn id-dispożizzjonijiet. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità fiż-żmien preskritt, iż-żewġ Partijiet għandhom isolvu t-tilwima bil-miktub jew kif meħtieġ fil-punt 14 hawn taħt. |
|
11. |
Id-dejta tas-sorveljanza kkomunikata lill-Parti l-oħra, b’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun destinata esklużivament għall-monitoraġġ u s-sorveljanza mill-awtoritajiet Komorjani tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tkun qiegħda tistad skont il-Ftehim tas-Sajd bejn l-UE u l-Komoros. Din l-informazzjoni bl-ebda mod ma tista’ tiġi kkomunikata lil xi terza persuna. |
|
12. |
Il-Partijiet jaqblu li, fuq talba, isir skambju tal-informazzjoni rigward l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita użat, sabiex ikun verifikat li kull apparat huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-eżiġenzi tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
13. |
Il-Partijiet għandhom jaqblu li jirrevedu dawn id-dispożizzjonijiet meta dan ikun meħtieġ, l-aktar f’każ ta’ ħsara jew difetti relatati mal-bastiment. Dawn il-każijiet għandhom ikunu notifikati mill-awtorità Komorjana kompetenti lill-Istat tar-reġistrazzjoni mill-inqas 15-il jum qabel il-laqgħa ta’ reviżjoni. |
|
14. |
Kull tilwima li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għal konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros. |
KAPITOLU IV
L-IMBARK TAL-BAĦRIN
|
1. |
Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu, bi spejjeż tiegħu, itella’ abbord mill-inqas baħri wieħed (1) Komorjan ikkwalifikat waqt attività fl-ilmijiet Komorjani. |
|
2. |
Is-sidien għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord aktar baħrin tal-AKP. |
|
3. |
Is-sidien jistgħu jagħżlu liberament il-baħrin li jridu jtellgħu abbord il-bastiment tagħhom fost dawk magħżula f’lista ppreżentata mill-awtorità kompetenti tal-Komoros. |
|
4. |
Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin lokali mtellgħin abbord il-bastiment ikkonċernat lill-awtorità kompetenti tal-Komoros, b’referenza għall-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. |
|
5. |
Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari din tirrigwarda d-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol. |
|
6. |
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom flimkien mal-awtorità kompetenti tal-Komoros. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f’każ ta’ inċident. |
|
7. |
Is-salarju tal-baħrin AKP għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Dan għandu jiġi stabbilit, bi qbil komuni bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew il-junjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin AKP ma għandhomx ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux inqas mill-istandards tal-ILO. |
|
8. |
Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandu jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment indikat lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jirrappurtax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment awtomatikament jinħall mill-obbligu li jtella’ lil dan il-baħri abbord. |
|
9. |
Fil-każ li l-baħrin lokali ma jittellgħux abbord għal raġunijiet oħrajn apparti dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti kkonċernati huma obbligati jħallsu somma totali ta’ EUR 20, għal kull jum ta’ sajd fl-ilmijiet Komorjani għal kull jum u għal kull bastiment. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jseħħ sa mhux aktar tard mil-limiti stabbiliti fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punt 6 ta’ dan l-Anness. |
|
10. |
Din is-somma għandha tintuża għat-taħriġ ta’ baħrin-sajjieda lokali u għandha tiġi ddepożitata fil-kont indikat mill-awtoritajiet Komorjani. |
KAPITOLU V
L-OSSERVATURI
|
1. |
Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet Komorjani taħt il-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi maħtura mill-awtoritajiet Komorjani responsabbli għas-sajd taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin.
|
|
2. |
L-osservatur għandu jibqa’ abbord matul vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-awtoritajiet kompetenti Komorjani, dan l-imbark jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani meta jiġi kkomunikat l-isem tal-osservatur maħtur sabiex jitla’ abbord il-bastiment ikkonċernat. |
|
3. |
Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur huma definiti bi ftehim komuni bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet Komorjani. |
|
4. |
L-imbark tal-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment u għandu jsir fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet Komorjani wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula. |
|
5. |
Is-sidien ikkonċernati għandhom jikkomunikaw fi żmien ġimagħtejn u b’avviż bil-quddiem ta’ għaxart ijiem id-dati u l-portijiet tal-Komoros previsti għall-imbark tal-osservaturi. |
|
6. |
F’każ li l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur Komorjan joħroġ mill-ilmijiet Komorjani, għandha tittieħed kull miżura sabiex l-osservatur jittieħed lura pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bi spejjeż għal sid il-bastiment. |
|
7. |
F’każ li l-osservatur ma jippreżentax ruħu fil-post u fil-ħin miftiehma u sa tnax-il siegħa wara, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur. |
|
8. |
L-osservatur għandu jiġi ttrattat abbord bħala uffiċjal. Huwa għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
|
9. |
Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. |
|
10. |
L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet ta’ sajd tal-bastimenti, inkluż b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment neċessarji biex jiġi ffaċilitat it-twettiq tax-xogħol tiegħu. |
|
11. |
Matul iż-żjara tiegħu abbord, l-osservatur:
|
|
12. |
Fit-tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport dwar l-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani b’kopja lill-Kummissjoni Ewropea. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan mal-iżbark tal-osservatur xjentifiku. |
|
13. |
Sid il-bastiment għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservaturi taħt il-kundizzjonijiet mogħtija lill-uffiċjali, skont il-possibbiltajiet tal-bastiment. |
|
14. |
Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani. |
KAPITOLU VI
IL-KONTROLL
Il-bastimenti tas-sajd Ewropej għandhom jirrispettaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni tat-Tonn fl-Oċean Indjan (IOTC) f’dak li jirrigwarda l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kwalunkwe miżura oħra applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
1. Il-lista tal-bastimenti
|
1.1. |
L-Unjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet Komorjani responsabbli għall-kontroll tas-sajd, malli tkun lesta u mbagħad kull darba li tiġi aġġornata. |
|
1.2. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jinkitbu fuq il-lista msemmija fil-punt preċedenti hekk kif tasal in-notifika dwar il-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punt 3 ta’ dan l-Anness. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tista’ tinkiseb mis-sid tal-bastiment u tinżamm minflok l-awtorizzazzjoni tas-sajd sakemm tinħareġ din tal-aħħar. |
2. Il-proċeduri ta’ kontroll
|
2.1. |
Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet Komorjani, għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal Komorjan responsabbli mill-ispezzjoni u mill-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd. |
|
2.2. |
Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali ma għandhiex taqbeż iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom. |
|
2.3. |
Wara kull spezzjoni u kontroll fil-port, kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment. |
|
2.4. |
Biex jiġu ffaċilitati proċeduri ta’ spezzjoni siguri u dan mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komorjana, l-imbark u l-ispezzjoni għandhom isiru b’mod li l-pjattaformi ta’ spezzjoni u l-ispetturi jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati mill-Komoros. |
|
2.5. |
Il-kaptani tal-bastimenti Ewropej involuti f’attivitajiet tal-ħatt l-art jew tat-trażbord f’port Komorjan għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-kontroll ta’ dawn l-attivitajiet mill-ispetturi Komorjani. |
KAPITOLU VII
IT-TLUGĦ ABBORD U L-ISPEZZJONI
1. It-tlugħ abbord u l-ispezzjoni
|
1.1. |
L-awtoritajiet kompetenti Komorjani għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istat tar-reġistrazzjoni, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa ta’ xogħol b’kull tlugħ abbord u spezzjoni u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għal bastiment Ewropew, li jkunu seħħew fl-ilmijiet Komorjani. |
|
1.2. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirċievi fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li jkunu wasslu għal dan it-tlugħ abbord u spezzjoni. |
2. Id-dikjarazzjoni tat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni
|
2.1. |
Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti tal-Komoros, għandu jiffirma dan id-dokument. |
|
2.2. |
Din il-firma ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jinvoka f’każ ta’ ksur li bih jiġi akkużat. |
|
2.3. |
Il-kaptan għandu jdaħħal il-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet Komorjani. F’każ ta’ ksur minuri, l-awtorità kompetenti tal-Komoros tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat sabiex ikompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu. |
3. Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ spezzjoni
|
3.1. |
Qabel ma tiġi kkunsidrata kwalunkwe miżura fil-konfront tal-kaptan jew l-ekwipaġġ tal-bastiment jew kwalunkwe azzjoni kontra t-tagħbija u l-apparat tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi li jirrigwardaw il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni, fi żmien jum ta’ xogħol wara li tasal l-informazzjoni msemmija qabel, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti Komorjani, bil-parteċipazzjoni possibbli ta’ rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
3.2. |
Waqt din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom kwalunkwe dokument jew informazzjoni utli li tista’ tgħin sabiex tiċċara ċ-ċirkustanzi tal-fatti misjuba. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta’ din il-laqgħa kif ukoll dwar kwalunkwe miżura li tista’ tirriżulta mill-ispezzjoni. |
4. Regolazzjoni tal-ispezzjoni
|
4.1. |
Qabel kull proċedura legali, il-ksur allegat għandu jiġi rregolat permezz ta’ soluzzjoni bonarja. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara l-ispezzjoni. |
|
4.2. |
F’każ ta’ proċedura bonarja, it-total tal-multa applikata għandu jiġi ddeterminat skont ir-regolamenti Komorjani. Dan l-ammont għandu jiġi rreġistrat, iffirmat u mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Istat tar-reġistrazzjoni. |
|
4.3. |
F’każ li l-kwistjoni ma tkunx tista’ tiġi solvuta bonarjament, u din titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jiddepożita garanzija bankarja, iffissata skont l-ispejjeż tal-ispezzjoni kif ukoll l-ammont tal-multi u tat-tiswijiet li għandhom ikunu imposti fuq il-persuni responsabbli għall-ksur, fil-bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani. |
|
4.4. |
Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Din tiġi rilaxxata wara li tintemm il-proċedura mingħajr kundanna. Ukoll, fil-każ ta’ kundanna li twassal għal multa aktar baxxa mill-garanzija bankarja depożitata, il-bilanċ li jifdal għandu jiġi rilaxxat mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani. |
|
4.5. |
Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:
|