18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Novembru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros

(2010/783/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1563/2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (1).

(2)

Il-Protokoll anness mal-imsemmi Ftehim jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(3)

L-Unjoni Ewropea nnegozjat mal-Unjoni tal-Komoros (minn issa “il-Komoros”) Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom il-Komoros jeżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu fir-rigward tas-sajd. Sabiex jassigura li l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-UE jkunu jistgħu ikomplu, l-Artikolu 13 tal-Protokoll il-ġdid jipprevedi illi dan ikun applikat f’titolu provviżorju.

(4)

Fi tmiem in-negozjati, il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fil-21 ta’ Mejju 2010, u ġie emendat permezz ta’ Skambju ta’ Ittri fis-16 ta’ Settembru 2010.

(5)

Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jiġu konklużi l-proċeduri li jirrigwardaw il-konklużjoni formali tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew il-persunii mogħtija s-setgħa biex jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

LIl-Protokoll huwa applikat fuq bażi provviżorja skont l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm jiġu konklużi l-proċeduri li jirrigwardaw il-konklużjoni formali tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 290, 20.10.2006, p. 6.