|
29.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 139/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 465/2008
tat-28 ta' Mejju 2008
li jimponi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93, ir-rekwiżiti ta’ l-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi u l-manifatturi ta’ ċerti sustanzi li jistgħu jkunu persistenti, bijoakkumulanti u tossiċi u huma mniżżlin fl-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-manifatturi u l-importaturi ta’ ċerti sustanzi fl-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (2) jistgħu jkunu meħtieġa jagħtu iktar tagħrif li jkollhom u/jew jgħaddu s-sustanzi eżistenti minn test meta jkun hemm biżżejjed raġunijiet validi biex jinftiehem li s-sustanza preżenti hija ta’ riskju serju għall-bniedem jew għall-ambjent. Sustanzi persistenti, bioakkumulanti u tossiċi jistgħu jkunu ta’ riskju bħal dan. |
|
(2) |
Il-manifatturi u l-importaturi involuti għandhom għalhekk ikunu meħtieġa jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom dwar dawk is-sustanzi. |
|
(3) |
Il-manifatturi u l-importaturi kkonċernati għandhom ikollhom jittestjaw is-sustanzi involuti, jiktbu rapport dwar dawk it-testijiet u jibagħtuhom, flimkien mar-riżultati tat-testijiet, lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Manifatturi u importaturi ta’ sustanza waħda jew iktar minn dawk li jistgħu jkunu persistenti, bioakkumulanti u tossiċi, imniżżla fl-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti u stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jibagħtu t-tagħrif speċifikat fl-Anness lill-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fih u għandhom iwettqu t-testijiet indikati fl-Anness skond il-protokolli li fih għal kull waħda minn dawn is-sustanzi.
Għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'rapport dwar kull test, inklużi r-riżultati tiegħu, sa mhux aktar tard mit-termini ta' skadenza stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
Einecs Nru |
Nru CAS |
Isem is-sustanza |
Ir-Rekwiżiti għall-Ittestjar/ l-Informazzjoni |
Il-limitu ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament |
|
1 |
204-279-1 |
118-82-1 |
2,2′,6,6′-tetra-tert-butyl-4,4′-methylenediphenol |
Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (OECD 305 jew studju tad-dieta) |
18-il xahar |
|
2 |
239-622-4 |
15571-58-1 |
2-ethylhexyl 10-ethyl-4,4-dioctyl-7-oxo-8-oxa-3,5-dithia-4-stannatetradecanoate |
Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (OECD 305 jew studju tad-dieta) |
18-il xahar |
|
3 |
222-583-2 |
3542-36-7 |
Dichlorodioctylstannane |
Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (li għandu jitwettaq fuq is-sustanza Nru 2 (CAS 15571-58-1)) |
18-il xahar |
|
4 |
256-798-8 |
50849-47-3 |
5-Nonylsalicylaldehyde oxime |
Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (OECD 305 jew studju tad-dieta) |
18-il xahar |
|
5 |
281-018-8 |
83846-43-9 |
Aċidu benżojku, 2-hydroxy-, mono-C>13-alkyl derivs, imluħa tal-kalċju (2:1) |
Bijodegradazzjoni bil-lest mtejba |
18-il xahar |
|
6 |
250-702-8 |
31565-23-8 |
Di(tert-dodecyl) pentasulphide |
Iktar riċerka dwar l-assorbiment potenzjali fil-ħut Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (studju tad-dieta) |
18-il xahar |
|
7 |
284-578-1 |
84929-98-6 |
Magnesium, bis(2-hydroxybenzoato-O1,O2)-, ar,ar′-di-C>13-alkyl derivs. |
Bijodegradazzjoni bil-lest mtejba (li għandu jitwettaq fuq is-sustanza Nru.5 (CAS 83846-43-9)) |
18-il xahar |
|
8 |
209-136-7 |
556-67-2 |
Octamethylcyclotetrasiloxane |
Programm ta’ monitoraġġ ta’ l-ambjent (flimkien mas-sustanza Nru 15 (CAS 541-02-6)) |
18-il xahar |
|
9 |
262-975-0 |
61788-44-1 |
Phenol, stirenat |
Test ta’ riproduzzjoni Daġhnia ta’ 21 ġurnata (Linja Gwida OECD 211) li jitwettaq fuq Tristyrenatedphenol (CAS 18254-13-2) Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (studju tad-dieta) |
18-il xahar |
|
10 |
262-967-7 |
61788-32-7 |
Terphenyl, idroġenat |
Test tad-degradazzjoni tal-ħamrija (OECD 307) għat-terphenyls idroġenati magħżula. Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut għall-quaterphenyls Skond ir-riżultati – studju fuq il-kriterju T (biex jinqara mat-terphenyls (CAS 26140-60-3)) |
18-il xahar |
|
11 |
222-733-7 |
3590-84-9 |
Tetraoctyltin |
Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (li għandu jitwettaq fuq is-sustanza Nru 2 (CAS 15571-58-1)) |
18-il xahar |
|
12 |
246-619-1 |
25103-58-6 |
tert.-Dodecanethiol |
Test imejjeb tal-bijodegradazzjoni Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut |
18-il xahar |
|
13 |
248-227-6 |
27107-89-7 |
2-Ethylhexyl 10-ethyl-4-[[2-[(2-ethylhexyl)oxy]-2-oxoethyl]-thio]-4-octyl-7-oxo-8-oxa-3,5-dithia-4-stannatetradecanoate |
Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (li għandu jitwettaq fuq is-sustanza Nru 2 (CAS 15571-58-1)) |
18-il xahar |
|
14 |
250-709-6 |
31570-04-4 |
Tris(2,4-di-tert-butylphenyl)phosphite |
Studju ta’ bijokonċentrazzjoni fuq il-ħut (studju tad-dieta) |
18-il xahar |
|
15 |
208-764-9 |
541-02-6 |
Decamethylcyclopentasiloxan Skrining: PBT &vPvB |
Programm ta’ monitoraġġ ta’ l-ambjent (flimkien mas-sustanza Nru 8 (CAS 556-67-2)) |
18-il xahar |
|
16 |
254-052-6 |
38640-62-9 |
DIPN |
Studju ta’ bijodegradazzjoni bil-lest fuq il-materjal li jitqiegħed fis-suq (OECD 301B) |
18-il xahar |