|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1030
tal-25 ta’ Mejju 2023
li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45, u l-Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ma hemmx iffissati livelli massimi speċifiċi (“MRLs”) għall-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2, għall-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45, u għall-Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11. Għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1455 (2) approva s-sustanza attiva b’riskju baxx, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2. Waqt ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet (4) li rigward il-valutazzjoni tar-riskju dijetetiku għall-konsumaturi kien hemm xi informazzjoni nieqsa u għalhekk kienet meħtieġa aktar kunsidrazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Kif ġie stabbilit fir-rapport ta’ rieżami dwar dik is-sustanza (5) fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2 mhijiex patoġenika għall-bnedmin, mhuwiex mistenni li tipproduċi tossini li huma rilevanti għas-saħħa tal-bniedem, u r-riskju għall-bnedmin minn metaboliti huwa negliġibbli. Meta jitqiesu r-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2, ir-rapport ta’ rieżami, u l-Artikolu 5 u l-Artikolu 14(2), il-punti (a), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ma hemmx għalfejn jiġu stabbiliti MRLs għal din is-sustanza, u għalhekk jixraq li l-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2 tiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/159 (6) approva s-sustanza attiva b’riskju baxx, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45. Waqt ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità kkonkludiet (7) li rigward il-valutazzjoni tar-riskju dijetetiku għall-konsumaturi kien hemm xi informazzjoni nieqsa u għalhekk kienet meħtieġa aktar kunsidrazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Kif ġie stabbilit fir-rapport ta’ rieżami dwar dik is-sustanza (8) fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45 mhijiex patoġenika għall-bnedmin, mhuwiex mistenni li tipproduċi tossini li huma rilevanti għas-saħħa tal-bniedem, u r-riskju għall-bnedmin minn metaboliti huwa negliġibbli. Meta jitqies ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva l-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45, ir-rapport ta’ rieżami, u l-Artikolu 5 u l-Artikolu 14(2), il-punti (a), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ma hemmx għalfejn jiġu stabbiliti MRLs għal din is-sustanza, u għalhekk jixraq li l-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45 tiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/4 (9) approva s-sustanza attiva b’riskju baxx, il-Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11. Waqt ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità kkonkludiet (10) li rigward il-valutazzjoni tar-riskju dijetetiku għall-konsumaturi kien hemm xi informazzjoni nieqsa u għalhekk kienet meħtieġa aktar kunsidrazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Kif ġie stabbilit fir-rapport ta’ rieżami dwar dik is-sustanza (11), fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11 mhijiex patoġenika għall-bnedmin, u r-riskju għall-bnedmin minn metaboliti huwa negliġibbli. Meta jitqiesu r-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva, il-Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11, ir-rapport ta’ rieżami, u l-Artikolu 5 u l-Artikolu 14(2), il-punti (a), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ma hemmx għalfejn jiġu stabbiliti MRLs għal din is-sustanza, u għalhekk jixraq li l-Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11 tiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f’ordni alfabetika: Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2, Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45 u Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1455 tas-6 ta’ Settembru 2021 li japprova s-sustanza attiva b’riskju baxx, il-Bacillus amyloliquefaciens tar-razza AH2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 315, 7.9.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(4) Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Bacillus amyloliquefaciens strain AH2. EFSA Journal 2020; 18(7):6156. Doi: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6156.
(5) Ir-Rapport ta’ rieżami tas-sustanza attiva, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza AH2 [iffinalizzat fil-laqgħa tal-5 ta’ Lulju 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf] SANTE/11938/2020 Rev. 4, tas-6 ta’ Lulju 2021. https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/start/screen/active-substances/details/1257.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/159 tal-4 ta’ Frar 2022 li japprova s-sustanza attiva b’riskju baxx, il-Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 26, 7.2.2022, p. 7).
(7) Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Bacillus amyloliquefaciens strain IT-45. EFSA Journal 2021; 19(5):6594. Doi: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6594.
(8) Ir-Rapport ta’ rieżami tas-sustanza attiva, il-Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza IT-45 [iffinalizzat fil-laqgħa tal-1 u t-2 ta’ Diċembru 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf] SANTE/10762/2021 Rev. 1, tal-1 u t-2 ta’ Diċembru 2021. https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/start/screen/active-substances/details/1333.
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/4 tal-4 ta’ Jannar 2022 li japprova s-sustanza attiva Purpureocillium lilacinum tar-razza PL11 bħala sustanza b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 1, 5.1.2022, p. 5)
(10) Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Bacillus amyloliquefaciens strain PL11. EFSA Journal 2022; 20(5):6393. Doi: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.6393.
(11) Ir-Rapport ta’ rieżami tas-sustanza attiva l-Purpureocillium lilacinum, ir-razza PL11 [iffinalizzat fil-laqgħa tat-22 ta’ Ottubru 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf] SANTE/10418/2021 Rev. 4. https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/start/screen/active-substances/details/1285.