|
12.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.10330 — Masdar/Taaleri/KYOTO/Autohellas/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 277/04)
1.
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Abu Dhabi Future Energy Company PJSC (“Masdar”, l-Emirati Għarab Magħquda), li fl-aħħar mill-aħħar hija proprjetà sħiħa ta’ Mubadala Investment Company PJSC (“Mubadala”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Taaleri Energia Ltd. (“Taaleri Energia”, il-Finlandja), parti mill-Grupp Taaleri (il-Finlandja), |
|
— |
KYOTO S.A. (“KYOTO”, il-Greċja), parti mill-Grupp Constantakopoulos (il-Greċja), |
|
— |
Autohellas Tourist and Trading Societe Anonyme (“Autohellas”, il-Greċja), parti mill-Grupp Vassilakis (il-Greċja), |
|
— |
L-Impriża Konġunta, impriża konġunta ġdida (il-Greċja). |
Masdar, Taaleri Energia, Kyoto u Autohellas jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Asopia Solar Power Plant.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Masdar: kumpanija tal-enerġija rinnovabbli u tas-sostenibbiltà li tippromwovi soluzzjonijiet fis-setturi tal-enerġija, tal-ilma, tal-iżvilupp urban u tat-teknoloġiji nodfa fl-Emirati Għarab Magħquda u madwar id-dinja, |
|
— |
għal Taaleri Energia: żviluppatur tar-riħ u tax-xemx u maniġer tal-fondi li jinvesti f’parks eoliċi u impjanti solari fuq skala utilitarja, |
|
— |
għal KYOTO: l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ proprjetà immobbli u tal-enerġija, |
|
— |
għal Autohellas: kumpanija attiva fis-suq tal-kiri, l-importazzjoni u l-kummerċ tal-karozzi, |
|
— |
għall-Impriża Konġunta: l-iżvilupp, il-finanzjament, il-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-proġett ta’ Asopia Solar Power Plant fuq bażi fit-tul u affidabbli. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10330 — Masdar/Taaleri/KYOTO/Autohellas/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).