12004V122

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU I - DISPOSIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI - Artikolu III-122

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0056 - 0056


Artikolu III-122

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli I-5, III-166, III-167 u III-238, u meta jitqies il-post okkupat minn servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali bħal servizzi li kulħadd fl-Unjoni jattribwilhom valur kif ukoll ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni u l-Istati Membri, kullħadd fil-kompetenzi rispettivi tiegħu u fil-kamp ta' l-applikazzjoni tal-Kostituzzjoni, għandhom jieħdu ħsieb li dawn is-servizzi joperaw fuq bażi ta' prinċipji u kondizzjonijiet, b'mod partikolari kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, li jippermettulhom li jwettqu l-missjonijiet tagħhom. Il-liġi Ewropea għandha tistabbilixxi dawn il-prinċipji u jiffissaw kondizzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri, skond il-Kostituzzjoni, li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw dawn is-servizzi.

--------------------------------------------------