<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑3/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0003</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:209">EU:C:2017:209</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>smicjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20170315">15.3.2017</DATE> – KAWŻA C‑3/16</P><P>AQUINO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet mogħtija lill-individwi</KEYWORD><KEYWORD>Ksur minn qorti</KEYWORD><KEYWORD>Domandi preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑3/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-hof van beroep te Brussel (qorti tal-appell ta’ Brussell, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160104">4 ta’ Jannar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lucio Cesare Aquino</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Belgische Staat,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Lucio Cesare Aquino, minn M. Verwilghen u H. Vandenberghe, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet u M. Jacobs, bħala aġenti, assistiti minn E. Matterne, D. Lindemans u F. Judo, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J.-P. Keppenne u H. Kranenborg, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, kif ukoll tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’ il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Lucio Cesare Aquino u l-Belgische Staat (l-Istat Belġjan) dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-Koninklijk besluit tot vaststelling van de cassatie-procedure bij de Raad van State (Digriet Irjali li jistabbilixxi l-proċedura ta’ kassazzjoni quddiem il-Kunsill tal-Istat), tat-<DATE ISO="20061130">30 ta’ Novembru 2006</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, <DATE ISO="20061201">1 ta’ Diċembru 2006</DATE>, p. 66844), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-auditoraat (awtorità ta’ investigazzjoni) tiddeċiedi favur l-inammissibbiltà jew iċ-ċaħda tar-rikors, ir-rapport għandu jiġi nnotifikat mir-reġistratur prinċipali lir-rikorrent, li għandu tletin ġurnata sabiex jitlob it-tkomplija tal-proċedura sabiex jinstema’.</ALINEA><ALINEA>Jekk ir-rikorrent ma jitlobx li jinstema’, ir-reġistratur prinċipali għandu jibgħat il-proċess lill-awla, sabiex din tordna r-rinunzja għall-atti tal-istanza. […] Ir-rapport tal-auditoraat għandu jiġi nnotifikat fl-istess ħin bħas-sentenza lill-partijiet li ma jkunux għadhom irċevewh.</ALINEA><ALINEA>Jekk ir-rikorrent jitlob li jinstema’, il-konsulent jistabbilixxi, permezz ta’ digriet, id-data li fiha l-partijiet ikollhom jidhru.</ALINEA><ALINEA>Ir-reġistratur prinċipali għandu jsemmi dan il-paragrafu waqt in-notifika lir-rikorrent tar-rapport li jiddeċiedi favur l-inammissibbiltà jew iċ-ċaħda tar-rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-auditoraat ma tiddeċidix favur l-inammissibbiltà jew iċ-ċaħda tar-rikors, il-President tal-Awla jew il-konsulent li dan jiddelega għandu jiffissa direttament, permezz ta’ digriet, id-data tas-seduta li fiha jkun ser jiġi eżaminat ir-rikors.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Is-seba’ paragrafu tal-Artikolu 21 tal-gecoördineerde wetten op de Raad van State (Liġijiet Ikkoordinati dwar il-Kunsill tal-Istat), tat-<DATE ISO="19730112">12 ta’ Jannar 1973</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, <DATE ISO="19730321">21 ta’ Marzu 1973</DATE>, p. 3461), fil-verżjoni tagħhom applikabbli għall-kawża prinċipali, applikabbli kemm għar-rikorsi għal annullament kif ukoll għar-rikorsi ta’ kassazzjoni kontra d-deċiżjonijiet ta’ qrati amministrattivi, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Teżisti preżunzjoni ta’ rinunzja għall-atti tal-istanza fir-rigward tar-rikorrent meta dan ma jippreżenta l-ebda talba ta’ tkomplija tal-proċedura fi żmien terminu ta’ tletin ġurnata min-notifika tar-rapport tal-auditoraat jew waqt in-notifika li skontha l-paragrafu 3 tal-Artikolu 30(1) għandu jiġi applikat u li fiha hija proposta ċ-ċaħda jew id-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 39/60 tal-Wet betreffende de toegang tot het grondgebied, het verblijf, de vestiging en de verwijdering van vreemdelingen (liġi dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tkeċċija tal-barranin), tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, <DATE ISO="19801231">31 ta’ Diċembru 1980</DATE>, p. 14584), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-partijiet u l-avukat tagħhom jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom oralment fis-seduta. Ma jistgħux jiġu invokati motivi oħra minbarra dawk indikati fir-rikors jew fin-nota.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 39/67 tal-liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Id-deċiżjonijiet tar-[Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin)] ma huma suġġetti la għal oppożizzjoni, la għal oppożizzjoni ta’ terzi u lanqas għal reviżjoni. Huma jistgħu jkunu suġġetti biss għal appell ta’ kassazzjoni previst fl-Artikolu 14(2) tal-Liġijiet Ikkoordinati dwar il-Kunsill tal-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, li huwa ta’ nazzjonalità Taljana, ilu jgħix il-Belġju sa mis-sena 1970.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-hof van beroep te Antwerpen (qorti tal-appell ta’ Antwerpen, il-Belġju) tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ seba’ snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta talba għal reġistrazzjoni mal-muniċipalità ta’ Maasmechelen (Il-Belġju). Fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, id-Dienst Vreemdelingenzaken (uffiċċju tal-barranin, il-Belġju) innotifikalu deċiżjoni ta’ rifjut ta’ residenza u ordni ta’ tkeċċija mit-territorju nazzjonali għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà nazzjonali, tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem ir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin, il-Belġju). Fil‑<DATE ISO="20120515">15 ta’ Mejju 2012</DATE>, abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam ikkunsidrat, il-persuna interessata talbet lil din il-qorti tagħmel domanda preliminari fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(4) u tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20120824">24 ta’ Awwissu 2012</DATE>, ir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) ċaħdet ir-rikors ippreżentat quddiemha bħala inammissibbli minħabba li r-rikors ma kien fih l-ebda motiv. B’mod partikolari, din il-qorti rrifjutat li tilqa’ t-talba tar-rikorrent fil-kawża prinċipali intiża għat-tressiq ta’ domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba li din it-talba kienet tressqet eżattament qabel is-seduta u li l-persuna interessata ma kienet invokat ebda raġuni li setgħet tistabbilixxi li l-imsemmija talba ma setgħetx tiġi mressqa qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120924">24 ta’ Settembru 2012</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali appella minn din is-sentenza quddiem ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat, il-Belġju). Wara li l-auditoraat iddeċidiet favur l-inammissibbiltà tal-appell minħabba l-assenza ta’ aggravji ammissibbli, il-persuna interessata astjeniet milli titlob, fit-terminu previst, it-tkomplija tal-proċedura sabiex tinstema’. Konsegwentement, fl-<DATE ISO="20130404">4 ta’ April 2013</DATE>, fuq il-bażi tas-seba’ paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Liġijiet Ikkoordinati dwar il-Kunsill tal-Istat, ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat) ikkonstata l-eżistenza ta’ preżunzjoni ta’ rinunzja għall-atti tal-istanza fit-talba tar-rikorrent fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sadattant, fis-<DATE ISO="20100627">27 ta’ Ġunju 2010</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kien beda proċedura quddiem is-strafuitvoeringsrechtbank van de Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-eżekuzzjoni tal-pieni tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell, il-Belġju), sabiex jingħata sorveljenza elettronika. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE>, l-imsemmija qorti kienet ċaħdet it-talba. Permezz ta’ deċiżjoni oħra, tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>, din l-istess qorti kienet ukoll ċaħdet talba tar-rikorrent fil-kawża prinċipali għall-għoti ta’ libertà kundizzjonata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta appell minn din l-aħħar deċiżjoni quddiem il-Hof van Cassatie (qorti ta’ kassazzjoni, il-Belġju). Fih huwa sostna, b’mod partikolari, li l-aġir tal-qorti kiser l-Artikoli 16 u 28 tad-Direttiva 2004/38, u talab li l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi mistoqsija dwar dan is-suġġett. Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-ewwel waħda minn dawn il-qrati ċaħdet l-appell billi enfasizzat li hija ma kinitx obbligata tibda proċedura għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-aggravji mressqa mir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma kinux ammissibbli għal raġuni speċifikament inerenti għall-proċedura quddiem il-Hof van Cassatie (qorti ta’ kassazzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Is-strafuitvoeringsrechtbank van de Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-eżekuzzjoni tal-pieni tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell) awtorizzat, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE>, is-sorveljanza elettronika tar-rikorrent fil-kawża prinċipali u, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130814">14 ta’ Awwissu 2013</DATE>, awtorizzat fir-rigward tiegħu l-libertà kundizzjonata mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabel dan, fis-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kien ressaq talba ġdida għal reġistrazzjoni mal-muniċipalità ta’ Maasmechelen. Fit-<DATE ISO="20130422">22 ta’ April 2013</DATE>, din il-muniċipalità ħarġitlu permess ta’ residenza validu sat-<DATE ISO="20180403">3 ta’ April 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta kawża quddiem in-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell), sabiex din:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tordna lill-Istat Belġjan jannulla d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE>, peress li din id-deċiżjoni kienet tikser id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara li s-strafuitvoeringsrechtbank van de Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-eżekuzzjoni tal-pieni tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell), fid-deċiżjoni tagħha tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>, u l-Hof van Cassatie (qorti ta’ kassazzjoni), fid-deċiżjoni tagħha tad-<DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, bi żball, ikklassifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>temporanju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> id-dritt ta’ residenza tiegħu u rrifjutawlu, ukoll bi żball, l-għoti ta’ libertà kundizzjonata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Istat Belġjan għall-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-istrafuitvoeringsrechtbank van de Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-eżekuzzjoni tal-pieni tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell), mill-Hof van Cassatie (qorti ta’ kassazzjoni) kif ukoll mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin), minħabba li dawn il-qrati, li ddeċidew fl-aħħar istanza, kienu kisru d-dritt tal-Unjoni u naqsu milli josservaw l-obbligu tagħhom li jressqu rinviju preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130527">27 ta’ Mejju 2013</DATE>, in-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell) ċaħdet dan ir-rikors bħala parzjalment inammmissibbli u parzjalment infondat. Għalhekk, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE>, il-hof van beroep te Brussel (qorti tal-appell ta’ Brussell) ikkonstatat li din kienet ibbażata biss fuq l-eżistenza tal-kundanni kriminali preċedenti tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, bi ksur tal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/38. Għaldaqstant, din il-qorti kkundannat lill-Istat Belġjan iħallsu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dannu li jirriżulta mill-allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin), il-qorti tar-rinviju ssostni li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien stieden lil din il-qorti tressaq domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’nota ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu u li din it-talba ġiet miċħuda bħala<?PAGE NO="5"?> tardiva permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20120824">24 ta’ Awwissu 2012</DATE>. Il-qorti tar-rinviju tfakkar ukoll li r-rikors ta’ kassazzjoni ppreżentat kontra din is-sentenza quddiem ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat) ġie miċħud minħabba rinunzja għall-atti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-hof van beroep te Brussel (qorti tal-appell ta’ Brussell) tindika li tqum għalhekk il-kwistjoni ta’ jekk, għal kull waħda minn dawn it-tliet qrati msemmija mir-rikorrent fil-kawża prinċipali, humiex issodisfatti r-rekwiżiti għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-strafuitvoeringsrechtbank van de Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-eżekuzzjoni tal-pieni tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell), il-qorti tar-rinviju tikkonstata li ma jirriżulta minn ebda att tal-proċess li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien talab lill-imsemmija qorti tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Id-deċiżjonijiet sussegwenti meħuda minnha, li kollha saru definittivi, ma kienu s-suġġett ta’ ebda proċedura ta’ tħassir u li għalhekk, il-persuna interessata ma setgħetx iġġarrab dannu minn dan. Għaldaqstant, ma teżisti l-ebda bażi sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istat Belġjan minħabba l-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja tal-imsemmija qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin), il-qorti tar-rinviju tirrileva li s-sentenza tal-<DATE ISO="20120824">24 ta’ Awwissu 2012</DATE> ċaħdet it-talba għat-tressiq ta’ talba għal domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li din it-talba kienet tressqet f’att proċedurali li wasal eżattament qabel is-seduta u minħabba li ma ġiet invokata ebda raġuni sabiex jiġi stabbilit li l-imsemmija talba ma setgħetx tiġi fformulata qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, madankollu, tosserva li l-appell ippreżentat minn din is-sentenza quddiem ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat) ma ġie eżaminat la fuq il-mertu u lanqas fir-rigward tal-ammissibbiltà tiegħu, sa fejn, peress li t-tkomplija tal-proċedura ma ġietx mitluba fit-terminu legali wara n-notifika tar-rapport tal-auditoraat, ġiet ikkonstatata l-eżistenza ta’ preżunzjoni ta’ rinunzja għall-atti tal-istanza fit-talba tar-rikorrent fil-kawża prinċipali. Għalhekk, tqum il-kwistjoni ta’ jekk, f’tali ċirkustanzi, l-imsemmija sentenza għandhiex tiġi kkunsidrata bħala li ngħatat minn qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, minħabba l-fatt li l-proċedura ta’ appell ma involvietx evalwazzjoni fuq il-mertu. It-talba tar-rikorrent fil-kawża prinċipali sabiex ir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kienet, fil-fatt, ġiet miċħuda minħabba li din kienet ġiet ifformulata f’att proċedurali li, minħabba d-data tal-preżentata tiegħu, ma setax jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li tista’ tiġi stabbilita responsabbiltà tal-Istat Belġjan għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minħabba żball evantwali mwettaq fl-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja, meta dan ikun jikkostitwixxi ksur manifest. Rifjut li jingħata bidu għal proċedura preliminari jista’ jikkostitwixxi tali ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi ddeterminat jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ir-rifjut tal-Hof van Cassatie (qorti ta’ kassazzjoni) li tilqa’ t-talba intiża għat-tressiq ta’ domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 267 TFUE, moqri fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 52(3), meħudin flimkien, tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-proċedura li żvolġiet quddiem ir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) kisritx it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 52(3), meħudin flimkien, tal-Karta, peress li din iddeċidiet li regola ta’ proċedura ipprekludiet li tintlaqa’ t-talba intiża għat-tressiq ta’ domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Din it-talba kienet, fil-fatt, ġiet miċħuda minħabba li din kienet ġiet ifformulata f’att proċedurali li, minħabba d-data tal-preżentata tiegħu, ma setax jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar tibqa’ l-kwistjoni dwar jekk din iċ-ċaħda saritx bi ksur tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-hof van beroep te Brussel (qorti tal-appell ta’ Brussell) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Köbler (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/01</NO.CASE> [<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>]) u Traghetti del Mediterraneo (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060613">13 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/03</NO.CASE> [<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:391">EU:C:2006:391</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>]) fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-Istat għal aġir żbaljat mill-qrati li jinvolvi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għandha titqies bħala qorti tal-aħħar istanza l-qorti li d-deċiżjoni tagħha ma ġietx eżaminata fil-kuntest ta’ appell ta’ kassazzjoni għaliex ir-rikorrent, li ppreżenta nota fil-proċedura ta’ kassazzjoni, huwa preżunt b’mod inkonfutabbli li rtira ruħu mill-proċeduri b’applikazzjoni ta’ regola proċedurali nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa kompatibbli mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tal-Artikolu 52(3), moqrija flimkien, tal-Karta […] li qorti nazzjonali marbuta taħt din id-dispożizzjoni tat-Trattat [FUE] li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, tiċħad talba intiża sabiex titressaq talba għal deċiżjoni preliminari għas-sempliċi raġuni li t-talba hija fformulata f’nota li, skont ir-regoli proċedurali applikabbli, għandha tiġi miċħuda minħabba li ġiet ippreżentata tard?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ogħla fost il-qrati ordinarji ma teżaminax talba intiża sabiex tintalab deċiżjoni preliminari, għandu jitqies li twettaq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tal-Artikolu 52(3), moqrija flimkien, tal-Karta […], meta din il-qorti tiċħad it-talba għas-sempliċi raġuni li t-talba mhux ser issir “peress li l-aggravji ma humiex ammissibbli għal raġuni speċifika għall-proċedura quddiem il-Hof?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha jeżisti rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, tistax madankollu tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, fil-każijiet fejn l-appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn deċiżjoni ta’ din il-qorti ma ġietx eżaminata minħabba r-rinunzja għall-atti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, qabelxejn, li skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, il-qrati nazzjonali li kontra d-deċiżjonijiet tagħhom ma jkun jeżisti ebda rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, għandhom l-obbligu li jressqu kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821006">6 ta’ Ottubru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Cilfit <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>283/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:335">EU:C:1982:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligu li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, jaqa’ fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni t-tajba u l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha bejn il-qrati nazzjonali, fil-kwalità tagħhom ta’ qrati responsabbli għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u l-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>X u van Dijk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/14 u C‑197/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:564">EU:C:2015:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-obbligu ta’ rinviju previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu, b’mod partikolari, l-għan li jiġi evitat li ġurisprudenza nazzjonali li tkun inkonsistenti mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni tiġi stabbilita fi Stat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Intermodal Transports</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑495/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:552">EU:C:2005:552</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif ġie enfasizzat mill-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi, qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tikkostitwixxi, mid-definizzjoni tagħha stess, l-aħħar istanza li quddiemha l-individwi jistgħu jinvokaw id-drittijiet mogħtija lilhom mid-dritt tal-Unjoni. Il-qrati li jiddeċiedu fl-aħħar istanza għandhom jiżguraw li, fuq livell nazzjonali, tingħata interpretazzjoni uniformi tar-regoli ta’ dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060613">13 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:391">EU:C:2006:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-atti tal-proċess sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont l-Artikolu 39/67 tal-ligi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>, id-deċiżjonijiet tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) jistgħu jkunu suġġetti għal appell ta’ kassazzjoni previst fl-Artikolu 14(2) tal-Liġijiet Ikkoordinati dwar il-Kunsill tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) ma tistax tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, sa fejn id-deċiżjonijiet tagħha jistgħu jiġu mistħarrġa minn istanza superjuri li quddiemha l-individwi jistgħu jinvokaw id-drittijiet mogħtija lilhom mid-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, id-deċiżjonijiet li din tieħu ma jingħatawx minn qorti nazzjonali li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma jkun jeżisti ebda rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-fatt li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tad-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="20061130">30 ta’ Novembru 2006</DATE> li jistabbilixxi l-proċedura ta’ kassazzjoni quddiem il-Kunsill tal-Istat, rikorrent li jkun ippreżenta appell ta’ kassazzjoni minn deċiżjoni tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) huwa meqjus b’mod inkonfutabbli li jkun irtira ruħu mill-proċeduri fil-każ fejn huwa ma jkunx talab it-tkomplija tal-proċeduri f’terminu ta’ tletin ġurnata minn meta huwa jkun ġie nnotifikat bir-rapport tal-auditoraat li ddeċidiet favur l-inammissibbiltà jew iċ-ċaħda tar-rikors, bl-ebda mod ma jeffettwa l-fatt li d-deċiżjonijiet tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) jistgħu jiġu kkontestati quddiem istanza superjuri u, għaldaqstant, jingħataw minn qorti li ma tiddeċidix fl-aħħar istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha jeżisti rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, fil-każijiet fejn l-appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn deċiżjoni ta’ din il-qorti ma jkunx ġie eżaminat minħabba r-rinunzja għall-atti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, moqri fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 52(3) tal-Karta, għandux jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil qorti tiċħad talba intiża sabiex issir domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għas-sempliċi raġuni li din it-talba ġiet ifformulata f’nota li, skont id-dritt proċedurali applikabbli, għandha tiġi miċħuda minħabba li ġiet ippreżentata tard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sa fejn, kif jirriżulta mir-risposta għall-ewwel domanda, ir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (qorti tal-kawżi tal-barranin) ma tistax tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza u sa fejn it-tieni domanda hija bbażata fuq il-premessa inversa, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ tastjeni milli tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja meta appell ta’ kassazzjoni għandu jiġi miċħud għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà inerenti għall-proċedura quddiem din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn għandu jitfakkar li, sa fejn ma jeżisti ebda rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali, din tal-aħħar hija, bħala prinċipju, marbuta li tressaq talba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE meta tiġi invokata quddiemha domanda relattiva għall-interpretazzjoni tat-Trattat FUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Consiglio Nazionale dei Geologi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑136/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:489">EU:C:2013:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mir-relazzjoni bejn it-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jirriżulta li l-qrati msemmija mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jgawdu mill-istess setgħa diskrezzjonali bħall-qrati nazzjonali kollha l-oħra f’dak li jirrigwarda l-punt jekk hijiex neċessarja deċiżjoni fuq punt ta’ liġi tal-Unjoni sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu d-deċiżjoni tagħhom. Għalhekk, dawn il-qrati ma humiex marbuta li jirreferu kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma quddiemhom jekk id-domanda ma tkunx rilevanti, jiġifieri fil-każijiet fejn ir-risposta għal din id-domanda, tkun xi tkun, ma jkun jista’ jkollha ebda influwenza fuq is-soluzzjoni tal-kawża (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Consiglio Nazionale dei Geologi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑136/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:489">EU:C:2013:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-każ fejn, konformement mar-regoli proċedurali tal-Istat Membru kkonċernat, il-motivi mqajma quddiem qorti msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli, talba għal deċiżjoni preliminari ma tistax tiġi kkunsidrata bħala neċessarja u rilevanti sabiex din il-qorti tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ġustifikazzjoni ta’ domanda preliminari ma hijiex il-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi fuq domandi ġenerali jew ipotetiċi, iżda hija l-ħtieġa inerenti għas-soluzzjoni effettiva ta’ kawża (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Elshani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑459/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:224">EU:C:2009:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-Hof van Cassatie (qorti ta’ kassazzjoni) iddeċidiet li, minħabba l-inammissibbiltà tal-appell ippreżentat mis-sentenza tas-strafuitvoeringsrechtbank van de Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-eżekuzzjoni tal-pieni tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell) tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-formulazzjoni ta’ domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja kienet irrilevanti, peress li r-risposta għal din id-domanda ma seta’ jkollha l-ebda influwenza fuq is-soluzzjoni tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li r-regoli nazzjonali ta’ proċedura la jistgħu jippreġudikaw il-kompetenza li qorti nazzjonali għandha taħt l-Artikolu 267 TFUE u lanqas jeħilsuha mill-obbligi tagħha skont din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-assenza ta’ regoli tal-Unjoni fil-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-proċeduri tal-azzjonijiet ġudizzjarji intiżi sabiex jiggarantixxu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, sakemm madankollu dawn il-proċeduri ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza), u ma jirrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bensada Benallal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:175">EU:C:2016:175</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri l-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandhom jiġu ssodisfatti sabiex Stat Membru jkun jista’ jinvoka l-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali f’sitwazzjonijiet li huma rregolati mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bensada Benallal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:175">EU:C:2016:175</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jitfakkar li dan jirrikjedi li r-regoli kollha applikabbli għar-rikorsi japplikaw mingħajr distinzjoni għar-rikorsi bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk, simili, ibbażati fuq il-ksur tad-dritt intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pohl</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:12">EU:C:2014:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda element li jippermettilha li tiddubita l-konformità tar-regoli ta’ proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandhiex tkun ta’ natura li tirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li f’kull każ fejn tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-post ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tagħha u l‑partikolaritajiet tagħha quddiem id-diversi istanzi nazzjonali. F’din il-perspettiva, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun neċessarju, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħalma huma l-ħarsien tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment korrett tal-proċedura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Tele2 Telecommunication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑426/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:103">EU:C:2008:103</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari u mill-osservazzjonijiet tal-partijiet jirriżulta li, abbażi tar-regoli proċedurali interni, il-Hof van Cassatie (qorti ta’ kassazzjoni) iddikjarat inammissibbli l-motivi mressqa mir-rikorrent fil-kawża prinċipali insostenn tal-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tas-strafuitvoeringsrechtbank van de Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (qorti tal-eżekuzzjoni tal-pieni tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ lingwa Olandiża ta’ Brussell) tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>, minħabba li, minkejja li, permezz ta’ dawn il-motivi, il-persuna interessata kkontestat waħda mill-kontro-indikazzjonijiet adottati minn din il-qorti tal-aħħar sabiex tiġi miċħuda t-talba tiegħu għal libertà kundizzjonata, il-kontro‑indikazzjonijiet l-oħra adottati mill-imsemmija qorti, waħedhom, kienu ta’ natura li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jidhirx li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija tali li tirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ tastjeni milli tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja meta appell ta’ kassazzjoni huwa miċħud għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà inerenti għall-proċedura quddiem din il-qorti, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha jeżisti rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, fil-każijiet fejn l-appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn deċiżjoni ta’ din il-qorti ma jkunx ġie eżaminat minħabba r-rinunzja għall-atti tar-rikorrent.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ tastjeni milli tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja meta appell ta’ kassazzjoni huwa miċħud għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà inerenti għall-proċedura quddiem din il-qorti, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>