<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-610/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0610</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:565">EU:C:2020:565</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawża C‑610/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">AFMB <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 1408/71</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>persuna li tagħmel parti mill-persunal sewwieq ta’ impriża<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Xufiera ta’ trakkijiet li normalment jeżerċitaw attività bħala persuna impjegata f’żewġ jew f’iktar Stati Membri jew Stati tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA)</KEYWORD><KEYWORD>Xufiera ta’ trakkijiet li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol ma’ impriża iżda li huma taħt l-awtorità effettiva ta’ impriża oħra stabbilita fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ dawn ix-xufiera</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-impriża li għandha l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑610/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20180925">25 ta’ Settembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AFMB Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, E. Regan (Relatur), P. G. Xuereb, L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, M. Ilešič, J. Malenovský, T. von Danwitz, C. Toader, C. Lycourgos u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: M.‑A. Gaudissart, Assistent Reġistratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20190917">17 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal AFMB Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn M. van Dam, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank, minn H. van der Most u M. Wickenhagen, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman, P. Huurnink u J. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u J. Pavliš, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn A.‑L. Desjonquères, A. Daly u R. Coesme, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċiprijott, minn N. Ioannou u D. Kalli, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, M. Tátrai u V. Kiss, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u G. Hesse, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn Z. Lavery, bħala aġent, assistita minn K. Apps, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1)(a) u tal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat‑<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 10) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kif ukoll tal-Artikolu 12 u tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 149, p. 4</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolament Nru 883/2004<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, AFMB Ltd, kumpannija stabbilita f’Ċipru, u diversi xufiera internazzjonali ta’ trakkijiet u, min-naħa l-oħra, ir-Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (il-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Fond tas-Sigurtà Soċjali, il-Pajjiżi l-Baxxi, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Svb<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), dwar deċiżjonijiet li permezz tagħhom is-Svb iddikjara l-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali applikabbli għal dawn ix-xufiera ta’ trakkijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1408/71</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jinkludi l-Artikoli 13 sa 17 tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk ikun jabita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju reġistrat inkella post tan-negozju ta’ l-impriża jew ta’ l-individwu li jimpjegah huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[Ir-regola stabbilita f]l-Artikolu 13(2)(a) japplika suġġett għall-eċċezzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru minn impriża li magħha normalment ikollu x’jaqsam li tkun ippostjata minn dik l-impriża fit-territorju ta’ Stat ieħor biex twettaq xogħol hemm minn dik l-impriża tkompli tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-ewwel Stat Membru, basta li t-tul antiċipat ta’ dak ix-xogħol ma jkunx jaqbeż tnax-il xahar u li ma tkunx intbagħtet hemm biex tieħu post persuna oħra li tkun temmet iż-żmien tal-postazzjoni tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar tkun suġġetta għal-leġislazzjoni li tkun determinata kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Persuna li tifforma parti minn <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>personnel<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> vjaġġanti jew tat-titjir ta’ impriża li, b’kera jew b’għoti jew inkella minn jedda, topera servizzi ta’ trasport internazzjonali għall-passiġġieri jew għall-merċa bit-tren, fuq it-triq, bl-ajru jew fuq il-kanali u li għandha l-uffiċċju tagħha reġistrat jew post tan-negozju fit-territorju ta’ Stat Membru tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat ta’ l-aħħar, bir-restrizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>fejn persuna hija impjegata prinċipalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru li fih tabita, hija tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat, anke jekk l-impriża li timpjegah m’għandha ebda uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju jew fergħa jew rappreżentazzjoni permanenti fit-territorju.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 84a tar-Regolament Nru 1408/71, l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn dan ir-regolament għandhom obbligu reċiproku ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 12a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal‑<DATE ISO="19720321">21 ta’ Marzu 1972</DATE> li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament<?PAGE NO="4"?> Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="117" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 117, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Regolament Nru 574/72<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprevedi, b’mod partikolari, regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 4, 18a u 45 tar-Regolament Nru 883/2004 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.P><TXT>Ir-regoli għall-kordinazzjoni tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali jaqgħu taħt il-qafas tal-moviment liberu ta’ persuni u għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-livell ta’ għajxien tagħhom u tal-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li l-karatteristiċi speċjali ta’ leġislazzjoni nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali jkunu rispettati u li tkun ippreparata biss sistema ta’ kordinazzjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18a)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ leġiżlazzjoni unika applikabbli huwa ta’ importanza kbira u għandu jissaħħaħ. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(45)</NO.P><TXT>Minħabba li l-objettiv ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-miżuri ta’ kordinazzjoni sabiex jiggarantixxu li d-dritt ta’ moviment liberu ta’ persuni jkun jista’ jiġi eżerċitat b’mod effettiv, ma jistax jintlaħaq kif suppost mill-Istati Membri u jista’ għaldaqstant, minħabba l-livell u l-effetti ta’ dik l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Persuni koperti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Dan ir-Regolament għandhu japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li huma jew li kienu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jew ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għall-membri tal-familji tagħhom u għas-superstiti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-Titolu II tal-imsemmi regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Determinazzjoni ta’ liema leġislazzjoni tapplika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jinkludi l-Artikoli 11 sa 16 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-istess regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regoli speċjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem min iħaddem, li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha hemmhekk, u li tintbagħat minn dak li jħaddem fi Stat Membru ieħor biex taħdem f’isem minn iħaddem, għandha tibqa’ soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm ix-xogħol mhux maħsub li jdum aktar minn 24 xahar u sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa’ suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-ewwel Stat Membru sakemm l-attività mhix maħsuba li ddum aktar minn 24 xahar.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha f’dak l-Istat Membru, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk ma twettaqx parti sostanzjali tal-attività tagħha fl-Istat Membru tar-residenza:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew ta’ min iħaddem jekk hija impjegata minn impriża jew persuna li tħaddem waħda, jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-Titolu V tal-imsemmi regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Disposizzjonijiet mixxellanji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi, fl-Artikolu 76 tiegħu, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Koperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, b’mod partikolari, diversi possibbiltajiet u obbligi reċiproċi ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni għall-istituzzjonijiet u għall-persuni koperti mill-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-Titolu VI tal-istess regolament, dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali, jinkludi l-Artikoli 87 sa 91 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 883/2004, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Revoka<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Ir-Regolament [Nru 1408/71] għandu jkun revokat mill-jum ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA><P>Madanakollu, ir-Regolament [Nru 1408/71] għandu jibqa’ jgħodd u għandu jibqa’ jkollu effett legali għall-għanijiet:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[, tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3)] u tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa waħda, u l-Konfiderazzjoni ta’ l-Isvizzera, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu ta’ persuni[, iffirmat fil-Lussemburgu fil‑<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>, approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika tal‑<DATE ISO="20020404">4 ta’ April 2002</DATE> dwar il-konklużjoni ta’ seba’ ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 89, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 210, p. 38</REF.DOC.OJ>),] u ftehim oħra li fihom referenza għar-Regolament [Nru 1408/71], sakemm dawn il-ftehim ma kienux modifikati fid-dawl ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprevedi, hekk kif jirriżulta mit-titolu tiegħu, proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>AFMB, kumpannija kkostitwita fl‑<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE> f’Ċipru, ikkonkludiet ma’ impriżi ta’ trasport stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi ftehimiet ta’ amministrazzjoni tal-flotta li bis-saħħa tagħhom hija impenjat ruħha, kontra l-ħlas ta’ kummissjoni, tamministra t-trakkijiet operati minn dawn l-impriżi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, għan-nom u għar-riskju tal-imsemmija impriżi. AFMB ikkonkludiet ukoll, għal perijodi differenti, inklużi bejn l‑<DATE ISO="20111001">1 ta’ Ottubru 2011</DATE> u s‑<DATE ISO="20150526">26 ta’ Mejju 2015</DATE>, kuntratti ta’ xogħol ma’ xufiera internazzjonali ta’ trakkijiet residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Skont dawn il-kuntratti, AFMB kienet indikata bħala l-persuna li timpjega lil dawn il-ħaddiema u d-dritt tax-xogħol Ċiprijott kien iddikjarat applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, qabel il-konklużjoni ta’ dawn il-kuntratti ta’ xogħol, ix-xufiera internazzjonali ta’ trakkijiet ikkonċernati qatt ma kienu għexu u lanqas ħadmu f’Ċipru. Matul l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kuntratti, huma komplew jgħixu fil-Pajjiżi l-Baxxi u eżerċitaw, għan-nom tal-imsemmija impriżi ta’ trasport, l-attività tagħhom f’żewġ jew f’iktar Stati Membri, jew, għal uħud minn dawn ix-xufiera ta’ trakkijiet, ukoll fi Stat jew f’diversi Stati tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA). Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li, matul dan il-perijodu, dawn ix-xufiera ta’ trakkijiet ma kinux jeżerċitaw parti sostanzjali mill-attivitajiet tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi. Barra minn hekk, uħud minnhom kienu preċedentement impjegati ta’ dawn l-istess impriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>AFMB, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 987/2009, talbet lis-Svb jikkonferma li, fir-rigward ta’ dan l-istess perijodu, ix-xufiera internazzjonali ta’ trakkijiet li magħhom hija kienet ikkonkludiet l-imsemmija kuntratti ta’ xogħol ma kinux jaqgħu, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 883/2004, taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali. F’dan ir-rigward hija indikat, b’mod partikolari, li l-istituzzjoni Ċiprijotta kompetenti ma setgħetx toħroġ ċertifikati A 1 għal dawn ix-xufiera ta’ trakkijiet sakemm is-Svb ma kienx ikkonferma li l-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali ma kinitx applikabbli għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet meħuda matul ix-xahar ta’ Ottubru 2013, is-Svb iddikjara l-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali applikabbli għax-xufiera ta’ trakkijiet u ħareġ ċertifikati A 1 f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Dawn id-deċiżjonijiet ġew ikkonfermati, wara lment imressaq minn AFMB, permezz ta’ deċiżjonijiet tas-Svb adottati matul ix-xahar ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>AFMB u ċertu numru ta’ xufiera ta’ trakkijiet li kkonkludew kuntratti ta’ xogħol magħha ppreżentaw rikors kontra dawn l-aħħar deċiżjonijiet tas-Svb quddiem ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi). Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20160325">25 ta’ Marzu 2016</DATE>, dik il-qorti ċaħdet dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>AFMB u parti minn dawn ix-xufiera ta’ trakkijiet appellaw quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara l-imsemmi rikors, il-proċedura ta’ djalogu u ta’ konċiljazzjoni li kienet inbdiet, dwar iċ-ċertifikati A 1 maħruġa mis-Svb, mill-istituzzjoni Ċiprijotta kompetenti skont id-Deċiżjoni A 1 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Siġurtà Soċjali tat‑<?PAGE NO="7"?><DATE ISO="20090612">12 ta’ Ġunju 2009</DATE> dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament Nru 883/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="106" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 106, p. 1</REF.DOC.OJ>), ġiet sospiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, dwar jekk ix-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali għandhomx jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>li jagħmlu parti mill-persunal<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ AFMB jew tal-impriżi ta’ trasport, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, u bħala li għandhom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> lill-ewwel jew lit-tieni, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 883/2004. Għalhekk, dik il-qorti tfittex tiddetermina l-impriża jew l-impriżi li għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala l-persuna li timpjega lill-imsemmija xufiera għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan il-għan. Din id-domanda hija ta’ importanza deċiżiva għat-tilwima fil-kawża prinċipali sa fejn din tippermetti li tiġi identifikata l-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali applikabbli għal dawn ix-xufiera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li r-Regolamenti Nri 1408/71 u 883/2004 ma jiddefinixxux il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u lanqas ma jirreferu għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, dik il-qorti tqis li jeżistu diversi fatturi li jimmilitaw favur interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens li, f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, l-impriżi ta’ trasport għandhom jiġu rrikonoxxuti l-kwalità ta’ persuna li timpjega lix-xufiera ta’ trakkijiet, iżda hija tosserva li tali interpretazzjoni tippreżenta wkoll inkonvenjenzi f’termini ta’ identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li impriża li kkonkludiet kuntratti ta’ xogħol max-xufiera ta’ trakkijiet, bħal AFMB, għandha titqies bħala li hija l-persuna li timpjegahom, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar eventwali applikazzjoni b’analoġija għas-sitwazzjoni ta’ dan il-każ tal-kundizzjonijiet speċifiċi għas-sistema ta’ kollokament prevista mir-Regolamenti Nri 1408/71 u 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fl-ipoteżi msemmija fil-punt preċedenti u fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux abbuż ta’ dritt. F’dan ir-rigward, hija tosserva li, f’dan il-każ, minkejja li d-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi l-libertà ta’ stabbiliment, l-impriżi ta’ trasport fil-kawża prinċipali u AFMB kellhom manifestament bħala għan essenzjali komuni li jevitaw il-leġiżlazzjoni u r-regoli Olandiżi billi joħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet li jippermettu li jittieħed vantaġġ mid-dritt tal-Unjoni. Fil-każ li tali abbuż jiġi kkonstatat, din il-qorti tistaqsi dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu għar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament […] Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-[kawża] prinċipali, ix-xufier ta’ trakkijiet impjegat fit-trasport internazzjonali bit-triq huwa meqjus bħala li jagħmel parti mill-persunal sewwieq:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>tal-impriża ta’ trasport li rreklutat il-persuna kkonċernata, li l-persuna kkonċernata hija effettivament għad-dispożizzjoni sħiħa tagħha għal żmien indeterminat, li teżerċita l-awtorità effettiva fuq il-persuna kkonċernata u li fuqha effettivament jaqgħu l-ispejjeż tas-salarji, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>tal-impriża li tkun uffiċjalment ikkonkludiet kuntratt ta’ xogħol max-xufier ta’ trakkijiet u li ħallset lill-persuna kkonċernata salarju skont ftehim konkluż mal-impriża ta’ trasport imsemmija taħt (a) u f’dan ir-rigward ħallset kontribuzzjonijiet fl-Istat Membru fejn tinsab is-sede ta’ din l-impriża u mhux fl-Istat Membru fejn tinsab is-sede tal-impriża ta’ trasport imsemmija taħt (a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>kemm tal-impriża msemmija taħt (a) kif ukoll tal-impriża msemmija taħt (b)?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament […] Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-[kawża] prinċipali, il-persuna li timpjega x-xufier ta’ trakkijiet impjegat fit-trasport internazzjonali bit-triq hija meqjusa li hija:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-impriża ta’ trasport li rreklutat il-persuna kkonċernata, li l-persuna kkonċernata hija effettivament għad-dispożizzjoni tagħha għal żmien indeterminat, li teżerċita l-awtorità effettiva fuq il-persuna kkonċernata u li fuqha effettivament jaqgħu l-ispejjeż tas-salarji, jew.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>l-impriża li tkun uffiċjalment ikkonkludiet kuntratt ta’ xogħol max-xufier ta’ trakkijiet u li ħallset lill-persuna kkonċernata salarju skont ftehim konkluż mal-impriża ta’ trasport imsemmija taħt (a) u f’dan ir-rigward ħallset kontribuzzjonijiet fl-Istat Membru fejn tinsab is-sede ta’ din l-impriża u mhux fl-Istat Membru fejn tinsab is-sede tal-impriża ta’ trasport imsemmija taħt (a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>kemm tal-impriża msemmija taħt (a) kif ukoll tal-impriża msemmija taħt (b)?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-[kawża] prinċipali, l-impriża msemmija fid-domanda 1.A(b) u fid-domanda 1.B(b) hija kkunsidrata bħala l-persuna li timpjega:</TXT><P>Il-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom il-persuni li jimpjegaw, bħal aġenziji temporanji u intermedjarji oħra, jistgħu jinvokaw l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-Istat ta’ impjeg, stabbiliti fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament […] Nru 1408/71 u fl-Artikolu 12 tar-Regolament […] Nru 883/2004, japplikaw ukoll b’analoġija fil-[kawża] prinċipali, totalment jew parzjalment, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament […] Nru 1408/71 u tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament […] Nru 883/2004?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-[kawża] prinċipali, l-impriża msemmija fid-domanda 1.A(b) u fid-domanda 1.B(b) hija kkunsidrata bħala l-persuna li timpjega u fejn id-domanda 2 titlob risposta negattiva:</TXT><P>il-fatti u ċirkustanzi [li jikkaratterizzaw il-kawża prinċipali] jikkostitwixxu sitwazzjoni li għandha tiġi kklassifikata bħala abbuż ta’ liġi tal-Unjoni jew bħala abbuż tad-dritt tal-EFTA? Jekk ikun il-każ, x’inhija l-konsegwenza?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Ċek, Ċiprijott, Awstrijak u dak tar-Renju Unit jikkontestaw l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-Regolament Nru 1408/71 għat-tilwima fil-kawża prinċipali minħabba li l-perijodi ta’ attività kkonċernati kollha seħħew wara d-data li fiha dan ir-regolament ġie ssostitwit bir-Regolament Nru 883/2004. Huma jqisu li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha, għaldaqstant, tirrispondi għad-domandi magħmula biss sa fejn dawn jirrigwardaw ir-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, hekk kif jirriżulta mill-punt 18 ta’ din is-sentenza, il-perijodi li matulhom ix-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali kienu marbuta ma’ AFMB permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol huma kollha sussegwenti għall‑<DATE ISO="20100501">1 ta’ Mejju 2010</DATE>, data li fiha r-Regolament Nru 1408/71 tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dan l-aħħar regolament huwa applikabbli għas-sitwazzjoni tax-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali li kienu jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’żewġ jew f’iktar Stati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tax-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali li kienu jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom kemm fi Stat jew f’diversi Stati Membri kif ukoll fi Stat jew f’diversi Stati tal-EFTA, hemm lok li jitfakkar li, skont l-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 883/2004, ir-Regolament Nru 1408/71 baqa’ fis-seħħ u l-effetti ġuridiċi tiegħu nżammu, għall-finijiet, b’mod partikolari, tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, sakemm l-imsemmija ftehimiet ma ġewx emendati skont ir-Regolament Nru 883/2004. Issa, dan l-aħħar regolament sar applikabbli, wara tali emendi, biss mill‑<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE> għall-Konfederazzjoni Svizzera u mill‑<DATE ISO="20120601">1 ta’ Ġunju 2012</DATE> għall-Islanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-Regolament Nru 1408/71 kien għadu fis-seħħ, f’dawn l-Istati tal-EFTA, matul parti mill-perijodi inkwistjoni fil-kawża prinċipali u li, jekk, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, xufiera ta’ trakkijiet eżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju ta’ wieħed minn dawn l-Istati matul perijodi preċedenti għal waħda minn dawn id-dati, dan ir-regolament ikun applikabbli f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok, sabiex jiġu pprovduti l-elementi kollha ta’ risposta utli lill-qorti tar-rinviju, li jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ din il-kawża, kemm ir-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll ir-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 u l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 883/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li timpjega lil xufier internazzjonali ta’ trakkijiet, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, hija l-impriża ta’ trasport li rreklutat lil dan ix-xufier, li huwa effettivament jinsab għad-dispożizzjoni sħiħa tagħha, li teżerċita awtorità effettiva fuq l-imsemmi xufier u li hija effettivament responsabbli għall-piż tas-salarju korrispondenti, jew l-impriża li magħha l-imsemmi xufier ta’ trakkijiet ikkonkluda kuntratt ta’ xogħol u li tħallsu s-salarju tiegħu abbażi ta’ ftehim konkluż mal-impriża ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din id-domanda tirriżulta minn nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali applikabbli għax-xufiera internazzjonali ta’ trakkijiet, li għandhom kuntratt ta’ xogħol ma’ AFMB iżda li jeżerċitaw l-attività tagħhom għan-nom tal-impriżi ta’ trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, is-Svb iqis li biss dawn l-impriżi ta’ trasport, stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, għandhom jiġu kklassifikati bħala persuni li jimpjegaw lil dawn ix-xufiera, b’tali mod li l-leġiżlazzjoni Olandiża hija applikabbli fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, filwaqt li AFMB u l-imsemmija xufiera ta’ trakkijiet iqisu li AFMB għandha tiġi kklassifikata bħala persuna li timpjega u li, sa fejn is-sede tagħha tinsab f’Ċipru, il-leġiżlazzjoni Ċiprijotta hija applikabbli għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, li minnu jagħmel parti l-Artikolu 14(2)(a) tiegħu, kif ukoll dawk tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, li minnu jagħmel parti l-Artikolu 13(1)(b) tiegħu, jikkostitwixxu sistemi kompleti u uniformi ta’ regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet. Dawn id-dispożizzjonijiet fil-fatt għandhom bħala għan mhux biss li tiġi evitata l-applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali u li jiġu evitati l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn dan, iżda wkoll li jiġi prekluż li l-persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ wieħed minn dawn ir-regolamenti jiġu mċaħħda minn protezzjoni<?PAGE NO="10"?> fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għalihom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tolley</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:74">EU:C:2017:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Walltopia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, meta persuna taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-Regolament Nru 1408/71 jew tar-Regolament Nru 883/2004, hekk kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti, ir-regola tal-uniċità stabbilita, rispettivament, fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71 u fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004 hija, bħala prinċipju, applikabbli u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli hija ddeterminata konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II ta’ wieħed minn dawn ir-regolamenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tolley</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:74">EU:C:2017:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Walltopia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 u l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 jistabbilixxu l-prinċipju li l-persuna li teżerċita attività bħala persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju huwa madankollu fformulat, fl-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[s]uġġetti għall-Artikoli 14 sa 17<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tar-Regolament Nru 1408/71, u, fit-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[b]la ħsara għall-Artikolu 12 sa 16<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tar-Regolament Nru 883/2004. Fil-fatt, f’ċerti sitwazzjonijiet partikolari, l-applikazzjoni pura u sempliċi tal-imsemmi prinċipju tissogra mhux li jiġu evitati, iżda, għall-kuntrarju, li jinħolqu, kemm għall-ħaddiem kif ukoll għall-persuna li timpjega u għall-organi ta’ sigurtà soċjali, kumplikazzjonijiet amministrattivi li l-effett tagħhom jista’ jkun li jiġi ostakolat l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-persuni koperti minn dawn ir-regolamenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑570/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:674">EU:C:2017:674</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180206">6 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Altun <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑359/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:63">EU:C:2018:63</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fost dawn is-sitwazzjonijiet partikolari hemm dik, prevista, rispettivament, fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71 u fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004, tal-persuna li normalment teżerċita attività bħala persuna impjegata f’żewġ jew f’iktar Stati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, il-persuna li tagħmel parti mill-persunal sewwieq ta’ impriża li twettaq, għall-ħaddieħor jew għaliha stess, trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq u li għandha s-sede tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat jekk, hekk kif huwa l-każ għax-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali li għalihom dan ir-regolament huwa intiż li japplika, din il-persuna ma tkunx impjegata b’mod predominanti fit-territorju tal-Istat Membru li fih hija tirrisjedi, f’liema każ hija għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004, dan jipprevedi, fil-punt (b)(i) tiegħu, li l-persuna li normalment teżerċita attività bħala persuna impjegata f’żewġ jew f’iktar Stati Membri u li ma teżerċitax parti sostanzjali minn din l-attività fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih l-impriża jew il-persuna li timpjega għandha s-sede tagħha jew il-post tan-negozju tagħha, jekk din tkun impjegata minn impriża jew minn persuna li timpjega. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li persuna tista’ taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 13 biss bil-kundizzjoni li hija teżerċita abitwalment attivitajiet sinjifikattivi fit-territorju ta’ żewġ jew ta’ iktar Stati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑570/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:674">EU:C:2017:674</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hekk kif jirriżulta mill-fajl li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha, din il-kundizzjoni hija ssodisfatta fil-każ tax-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-impriżi ta’ trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali kollha għandhom is-sede tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fir-rigward ta’ AFMB, din il-qorti tenfasizza li s-sede tagħha għandha titqies bħala li tinsab f’Ċipru, b’tali mod li wieħed għandu jibbaża ruħu fuq din il-premessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u hekk kif osservat, essenzjalment, il-qorti tar-rinviju, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>persuna li tagħmel parti mill-persunal […] ta’ impriża<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, u tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004, kunċett li miegħu għandu jiġi assimilat, f’dan il-kuntest, dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, użat mill-istess dispożizzjoni ta’ dan l-aħħar regolament, hija ta’ importanza deċiżiva għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ sigurtà soċjali applikabbli għax-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-tifsira tal-imsemmija kunċetti, dawn ir-regolamenti ma jagħmlu ebda riferiment għal-leġiżlazzjonijiet jew għall-prattiki nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmilx riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sens u tal-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tinsab billi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha iżda wkoll il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200319">19 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Compañía de Tranvías de La Coruña</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑45/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:224">EU:C:2020:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-kunċetti msemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza għandhom rwol determinanti fl-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont ir-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet previsti, rispettivament, fl-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1408/71 u fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 883/2004, interpretazzjoni awtonoma ta’ dawn il-kunċetti hija iktar u iktar essenzjali, hekk kif essenzjalment irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, minħabba r-regola tal-uniċità mfakkra fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, li abbażi tagħha għandha tiġi indikata bħala applikabbli l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-kliem użat, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni s-sens abitwali tiegħu fil-lingwaġġ ta’ kuljum fl-assenza ta’ kull definizzjoni, fir-Regolament Nru 1408/71 jew fir-Regolament Nru 883/2004, tal-kunċetti korrispondenti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>persuna li tagħmel parti mill-persunal […] ta’ impriża<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Deckmyn u Vrijheidsfonds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2132">EU:C:2014:2132</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sens abitwali ta’ dan il-kliem, għandu jiġi osservat li, bħala regola ġenerali, ir-relazzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>persunal<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> impjegat tagħha timplika l-eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Sussegwentement, għal dak li jirrigwarda l-kuntest li taħtu jaqgħu l-kunċetti previsti fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, hemm lok, qabelxejn, li jitfakkar li l-applikazzjoni tas-sistema ta’ regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet stabbilita mir-regolamenti li taħthom jaqgħu dawn il-kunċetti tiddependi biss mis-sitwazzjoni oġġettiva li fiha jinsab il-ħaddiem ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fischer–Lintjens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:359">EU:C:2015:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest tal-interpretazzjoni tar-regolamenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali li ppreċedew ir-Regolament Nru 883/2004, b’mod partikolari ta’ dik tad-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet fil-każ ta’ kollokament tal-ħaddiema, inklużi fl-Artikolu 13(a) tar-Regolament<?PAGE NO="12"?> Nru 3 tal-Kunsill KEE tal‑<DATE ISO="19580925">25 ta’ Settembru 1958</DATE> dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="561" DATE.PUB="1958">ĠU 1958, 30, p. 561</REF.DOC.OJ>), u sussegwentement fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment iddeċidiet li l-impriża li taħtha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>normalment jaqa’<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> il-ħaddiem, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet, hija dik li taħt l-awtorità tagħha dan jinsab, fejn tali kundizzjoni hija dedotta miċ-ċirkustanzi kollha tal-impjieg inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19671205">5 ta’ Diċembru 1967</DATE>, <NAME.CASE>van der Vecht</NAME.CASE>, <NO.CASE>19/67</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1967:49">EU:C:1967:49</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 457, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000210">10 ta’ Frar 2000</DATE>, <NAME.CASE>FTS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑202/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:75">EU:C:2000:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari ddeċidiet li impriża li kkollokat ħaddiem impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk huwa jwettaq xogħol ma’ entità oħra kellha titqies bħala l-unika persuna li timpjega lil dan il-ħaddiem, b’mod partikolari fid-dawl tal-kontinwità, għat-tul kollu tal-impjieg, tar-rabta ta’ subordinazzjoni bejn l-imsemmi ħaddiem u din il-persuna li timpjega, b’tali mod li dan ix-xogħol kellu jitqies bħala li twettaq għal din l-impriża, fis-sens tal-Artikolu 13(a) tar-Regolament Nru 3. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li din ir-rabta ta’ subordinazzjoni kienet tirriżulta, b’mod partikolari, mill-fatt li l-impriża inkwistjoni kienet tħallas is-salarju u setgħet tkeċċi lil dan l-istess ħaddiem minħabba nuqqasijiet li huwa jkun wettaq fit-twettiq tax-xogħol tiegħu mal-entità utenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19701217">17 ta’ Diċembru 1970</DATE>, <NAME.CASE>Manpower</NAME.CASE>, <NO.CASE>35/70</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1970:120">EU:C:1970:120</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li, sabiex jiġi evalwat jekk ħaddiem jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71, kunċett li issa jinsab fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni l-eżistenza eventwali ta’ diverġenza bejn, minn naħa, l-informazzjoni prevista fil-kuntratti ta’ xogħol inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, il-mod li bih l-obbligi twettqu fil-prattika fil-kuntest ta’ dawn il-kuntratti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE> <NAME.CASE>Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:606">EU:C:2012:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-istituzzjoni kkonċernata tista’, jekk ikun il-każ, tieħu inkunsiderazzjoni, minbarra l-kliem tad-dokumenti kuntrattwali, fatturi bħall-mod li bih il-kuntratti ta’ xogħol bejn il-persuna li timpjega kkonċernata u l-ħaddiem ikkonċernat kienu ġew eżegwiti fil-prattika fil-passat, iċ-ċirkustanzi madwar il-konklużjoni ta’ dawn il-kuntratti u, b’mod iktar ġenerali, il-karatteristiċi u l-modalitajiet tal-attivitajiet eżerċitati mill-impriża kkonċernata, sa fejn dawn il-fatturi jistgħu jiċċaraw in-natura vera tax-xogħol inkwistjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Format Urządzenia i Montaże Przemysłow</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:606">EU:C:2012:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li, jekk minn fatturi rilevanti għajr minn dokumenti kuntrattwali jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ ħaddiem impjegat hija effettivament differenti minn dik deskritta f’tali dokumenti, l-obbligu li jiġi applikat korrettament ir-Regolament Nru 1408/71 jimplika li l-istituzzjoni kkonċernata, irrispettivament mill-kliem tad-dokumenti kuntrattwali, għandha tibbaża il-konstatazzjonijiet tagħha fuq is-sitwazzjoni reali tal-ħaddiem impjegat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:606">EU:C:2012:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatturi msemmija fil-punti 52 sa 59 ta’ din is-sentenza, hemm lok, fir-rigward tal-kunċetti msemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, li jittieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni oġġettiva li fiha jinsab il-ħaddiem impjegat ikkonċernat u ċ-ċirkustanzi kollha tal-impjieg tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għalkemm il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol bejn il-ħaddiem impjegat u impriża tista’ tkun indikatur tal-eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni bejn dak tal-ewwel u dik tat-tieni, dan il-fatt ma jistax, waħdu, jippermetti li tiġi konkluża b’mod deċiżiv l-eżistenza ta’ tali rabta. Fil-fatt, għall-finijiet ta’ tali konklużjoni, jeħtieġ ukoll li tittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss l-informazzjoni li tinsab formalment fil-kuntratt ta’ xogħol iżda wkoll il-mod li bih l-obbligi imposti kemm fuq il-ħaddiem kif ukoll fuq l-impriża inkwistjoni jitwettqu fil-prattika fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt.<?PAGE NO="13"?> Għalhekk, irrispettivament mill-kliem tad-dokumenti kuntrattwali, hemm lok li tiġi identifikata l-entità li taħt l-awtorità effettiva tagħha jinsab il-ħaddiem, li tkun effettivament responsabbli għall-piż tas-salarju korrispondenti u li jkollha s-setgħa effettiva tkeċċi lil dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni esposta fil-punti 60 u 61 ta’ din is-sentenza hija sostnuta mill-għanijiet imfittxija mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, mir-Regolamenti Nri 1408/71 u 883/2004 fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-għan tar-Regolament Nru 1408/71 huwa li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema impjegati u tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġu osservati l-karatteristiċi speċifiċi għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ta’ sigurtà soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Piatkowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑493/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:167">EU:C:2006:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-premessi 1 u 45 tiegħu, ir-Regolament Nru 883/2004 huwa intiż li jiżgura koordinazzjoni bejn is-sistemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri sabiex jiġi ggarantit l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-persuni u, għaldaqstant, li jikkontribwixxi għat-titjib tal-livell ta’ għajxien u tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jiċċaqilqu fi ħdan l-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Szoja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:538">EU:C:2017:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, dan l-aħħar regolament immodernizza u ssemplifika r-regoli inklużi fir-Regolament Nru 1408/71, filwaqt li żamm l-istess għan ta’ dan tal-aħħar (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>V</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:470">EU:C:2019:470</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-punti 42 sa 44 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71 jaqa’ taħt dan l-għan inkwantu dan jipprevedi regoli derogatorji mir-regola tal-Istat Membru ta’ impjieg prevista fl-Artikolu 13(2)(a) ta’ dan ir-regolament preċiżament sabiex jiġu evitati il-kumplikazzjonijiet li, inkella, jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din l-aħħar regola għal sitwazzjonijiet li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet f’żewġ jew f’iktar Stati Membri. L-istess japplika għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004, li ssemplifika r-regoli inklużi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71 filwaqt li huwa intiż, bħal din l-aħħar dispożizzjoni, li jevita dawn l-istess kumplikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, ir-regoli derogatorji previsti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza huma intiżi li jiżguraw li, skont ir-regola tal-uniċità mfakkra fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, il-ħaddiema impjegati li jeżerċitaw attivitajiet f’żewġ jew f’iktar Stati Membri jkunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss, billi jistabbilixxu għal dan il-għan kriterji ta’ konnessjoni li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni oġġettiva ta’ dawn il-ħaddiema sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni tal-kunċetti użati f’dawn id-dispożizzjonijiet li ma tkunx tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni oġġettiva tal-ħaddiem impjegat iżda li tkun ibbażata biss fuq kunsiderazzjonijiet formali, bħall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol, tkun twassal sabiex tippermetti lill-impriżi jċaqilqu l-post li għandu jitqies bħala rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ sigurtà soċjali applikabbli, mingħajr ma tali ċaqliq ikun jaqa’, fir-realtà, taħt l-għan li jiġi ggarantit l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-impriżi jitħallew iċaqilqu l-post li għandu jitqies bħala li huwa rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ sigurtà soċjali applikabbli, bil-mod indikat fil-punt preċedenti, ikun iwassal sabiex jiġi injorat il-fatt li, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 54 ta’ din is-sentenza, ir-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet previsti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71 u fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ma jiddependux fuq l-għażla libera tal-ħaddiem impjegat, tal-impriżi jew tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, iżda fuq is-sitwazzjoni oġġettiva li fiha jinsab dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Ċertament, is-sistema stabbilita minn kull wieħed minn dawn ir-regolamenti hija biss sistema ta’ koordinazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà soċjali u mhux armonizzazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjonijiet. Issa, huwa inerenti għal tali sistema li jkun hemm differenzi bejn is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-livell tal-kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ attività partikolari. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860115">15 ta’ Jannar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Pinna</NAME.CASE>, <NO.CASE>41/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:1">EU:C:1986:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Piatkowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑493/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:167">EU:C:2006:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Madankollu, l-għan tal-imsemmija regolamenti, hekk kif imfakkar fil-punt 63 ta’ din is-sentenza, jissogra li jiġi kompromess jekk l-interpretazzjoni adottata tal-kunċetti previsti fil-punt 48 ta’ din is-sentenza tkun tiffaċilita l-possibbiltà għall-impriżi li jagħmlu użu minn arranġamenti purament artifiċjali sabiex jużaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bl-uniku għan li jieħdu vantaġġ mid-differenzi eżistenti bejn is-sistemi nazzjonali. B’mod partikolari, tali użu ta’ din il-leġiżlazzjoni jissogra li tiġi eżerċitata pressjoni ’l isfel fuq is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri u eventwalment, fl-aħħar mill-aħħar, fuq il-livell ta’ protezzjoni offrut minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti ma jistgħux jiġu kkontestati permezz tal-argument li dawn il-kunċetti għandhom ikunu bbażati esklużivament fuq il-kriterju tal-eżistenza ta’ kuntratt ta’ xogħol, peress li dan il-kriterju, li huwa faċli li jiġi vverifikat, jippreżenta vantaġġi f’termini ta’ ċertezza legali sa fejn jippermetti li tiġi ggarantita prevedibbiltà aħjar tas-sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif sostna ġustament il-Gvern Olandiż, il-fatt li l-imsemmija kunċetti jiġu interpretati permezz ta’ kriterji li huma intiżi li jiddeterminaw is-sitwazzjoni reali tal-ħaddiem ikkonċernat jippermetti preċiżament li tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kemm ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 kif ukoll ir-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009 jipprevedu mekkaniżmi ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni intiżi li jiżguraw l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, minn naħa, minbarra l-fatt li l-Artikolu 84a tar-Regolament Nru 1408/71 jimponi fuq l-istituzzjonijiet u fuq il-persuni koperti minnu obbligu reċiproku ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni, l-Artikolu 12a tar-Regolament Nru 574/72 jipprevedi, b’mod partikolari, regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-possibbiltajiet u l-obbligi reċiproċi ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni previsti mir-Regolament Nru 883/2004 għall-istituzzjonijiet u għall-persuni koperti minn dan ir-regolament, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 76 tal-imsemmi regolament, u l-proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta’ dan l-istess regolament, prevista fl-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 987/2009, huma intiżi li jippermettu lill-istituzzjonijiet u lill-persuni kkonċernati jkollhom l-elementi neċessarji sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, kemm għall-finijiet tal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll għall-finijiet tal-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004, xufier internazzjonali ta’ trakkijiet għandu jitqies bħala li huwa impjegat, mhux mill-impriża li magħha huwa formalment ikkonkluda kuntratt ta’ xogħol, iżda mill-impriża ta’ trasport li teżerċita awtorità effettiva fuqu, li, effettivament, hija responsabbli għall-piż tas-salarju korrispondenti u li għandha s-setgħa effettiva li tkeċċih.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li x-xufiera ta’ trakkijiet ikkonċernati kienu marbuta, matul il-perijodi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma’ AFMB permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol li fihom AFMB kienet indikata bħala l-persuna li timpjega lil dawn il-ħaddiema u d-dritt tax-xogħol Ċiprijott kien iddikjarat applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li dawn ix-xufiera ta’ trakkijiet, li dejjem żammew ir-residenza tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi matul dawn il-perijodi, kienu ġew magħżula, qabel il-konklużjoni tal-kuntratti ta’ xogħol ma’ AFMB, mill-impriżi ta’ trasport infushom u li huma eżerċitaw, wara l-konklużjoni tal-imsemmija kuntratti, l-attività professjonali tagħhom għan-nom u għar-riskju ta’ dawn l-impriżi ta’ trasport. Barra minn hekk, għalkemm il-ftehimiet ta’ amministrazzjoni tal-flotta konklużi bejn l-imsemmija impriżi ta’ trasport u AFMB kienu jafdaw lil din tal-aħħar l-amministrazzjoni tat-trakkijiet u għalkemm AFMB kienet inkarigata mill-amministrazzjoni tas-salarji, mill-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li, fir-realtà, il-piż effettiv ta’ dawn is-salarji kien sostnut, permezz tal-kummissjoni mħallsa lil AFMB, mill-impriżi ta’ trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta’ impriża ta’ trasport li ma tirrikorrix iktar għas-servizzi ta’ xufier ta’ trakkijiet kienet, bħala regola ġenerali, twassal għat-tkeċċija immedjata ta’ dan tal-aħħar minn AFMB b’mod li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, l-impriża ta’ trasport kellha s-setgħa effettiva ta’ tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jingħad ukoll li parti mix-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali kienu, qabel il-konklużjoni tal-kuntratti ta’ xogħol ma’ AFMB, diġà impjegati tal-impriżi ta’ trasport u li, skont il-konstatazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>l-andament ta’ kuljum tal-affarijiet ma nbidilx jew bilkemm inbidel wara l-intervent ta’ AFMB fir-relazzjoni bejn ix-[xufiera ta’ trakkijiet] u [dawn l-impriżi]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, peress li dawn ikomplu, fil-fatt, ikunu għad-dispożizzjoni sħiħa u taħt l-awtorità tal-imsemmija impriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Mill-indikazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, irrispettivament mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li taħtha jaqgħu x-xufiera ta’ trakkijiet fil-kawża prinċipali, jiġifieri r-Regolament Nru 1408/71 jew ir-Regolament Nru 883/2004, dawn tal-aħħar jidhru li kienu parti, matul il-perijodi inkwistjoni, mill-persunal tal-impriżi ta’ trasport u kellhom lil dawn l-impriżi bħala persuni li jimpjegaw, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 14(2)(a) ta’ dan l-ewwel regolament u tal-Artikolu 13(1)(b) tat-tieni regolament, b’tali mod li l-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom tidher li hija l-leġiżlazzjoni Olandiża, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mil-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 u l-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li timpjega lil xufier internazzjonali ta’ trakkijiet, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, hija l-impriża li teżerċita awtorità effettiva fuq dan ix-xufier ta’ trakkijiet, effettivament issostni l-piż tas-salarju korrispondenti u għandha s-setgħa effettiva li tkeċċih, u mhux l-impriża li magħha l-imsemmi xufier ta’ trakkijiet ikkonkluda kuntratt ta’ xogħol u li hija formalment indikata f’dan il-kuntratt bħala l-persuna li timpjega lil dan l-istess xufier.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u t-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat‑<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, kif ukoll l-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li timpjega lil xufier internazzjonali ta’ trakkijiet, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, hija l-impriża li teżerċita awtorità effettiva fuq dan ix-xufier ta’ trakkijiet, effettivament issostni l-piż tas-salarju korrispondenti u għandha s-setgħa effettiva li tkeċċih, u mhux l-impriża li magħha l-imsemmi xufier ta’ trakkijiet ikkonkluda kuntratt ta’ xogħol u li hija formalment indikata f’dan il-kuntratt bħala l-persuna li timpjega lil dan l-istess xufier.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>