Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) Adolf Würth GmbH & Co. KG u Arnold Fasteners (Shenyang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL.

3) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.