|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2368 |
25.3.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/951 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/952 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(C/2024/2368)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/951 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/952 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi għandhom jiddaħħlu fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/951 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/952.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta' Lulju 2024, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi deżinjati.
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(2) ĠU L, 2024/951, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/951/oj
(3) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(4) ĠU L, 2024/952, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/952/oj
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2368/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)