|
18.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/5 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2017/C 16/04)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
L-IŻVEZJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 77 tal-15 ta’ Marzu 2014
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi
|
— |
Permanent uppehållstillstånd (Permess ta’ residenza permanenti fil-forma ta’ karta ID1 mill-20 ta’ Mejju 2011 mingħajr ma hemm xi żmien limitat ta’ validità) |
|
— |
Uppehållstillstånd (Permess ta’ residenza temporanju fil-forma ta’ karta ID1 mill-20 ta’ Mejju 2011 bi żmien limitat ta’ validità) It-tip ta’ permess jidher fl-ispazjugħan-noti fuq il-karta (“PUT” għal premess ta’ residenza permanenti u permess tax-xogħol, żjara temporanja, AT għall-permess tax-xogħol, il-Karta Blu tal-UE eċċ.) Il-Karta Blu tal-UE hija permess ta’ residenza u xogħol flimkien għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew jew kienu offruti impjieg kwalifikat fi Stat tal-UE. Dan ifisser li jingħataw kemm il-permess ta’ residenza kif ukoll il-permess tax-xogħol iżda jissejjaħ il-Karta Blu tal-UE. |
|
— |
Uppehållskort (Karta tar-residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni) |
|
— |
Uppehållskort (Karta tar-residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni) |
|
— |
Regeringskansliet/Utrikesdepartementet (Permess ta’ residenza fil-forma ta’ karta ID1 maħruġ mill-Uffiċċji tal-Gvern/il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għad-diplomatiċi barranin, il-membri tal-persunal tekniku/amministrattiv, il-persunal ta’ servizz u l-membri tal-familja tagħhom, u għal uffiċjali privati marbuta mal-ambaxxati jew ma’ karigi konsulari fl-Iżvezja) u għall-membri tal-persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Iżvezja. |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.