|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2981 |
26.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11954 — SOLINA / PORTOBELLO / EUROCEBOLLAS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2981)
1.
Fis-16 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Solina France SASU (“Solina”, Franza), ikkontrollata minn Astorg Asset Management S.à r.l. (“Astorg”, Franza), |
|
— |
Portobello Capital Gestion, SGEIC, S.A. (“Portobello”, Spanja) |
|
— |
Solions Ingredients, S.L. (“Eurocebollas”, Spanja), ikkontrollata minn Grupo Alimentario Alberola S.L.U. (“GAA”, Spanja) u Portobello. |
Solina u Portobello se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Eurocebollas.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Solina hija kumpanija Franċiża attiva fil-provvista ta’ ingredjenti aromatiċi u funzjonali għall-industrija tal-ipproċessar tal-ikel, kif ukoll għall-klijenti tas-servizzi tal-ikel u tal-forniment tal-ikel bl-imnut, u fl-industrija tan-nutrizzjoni fl-Ewropa, |
|
— |
Portobello hija kumpanija Spanjola indipendenti ta’ ekwità privata ta’ nofs is-suq. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Eurocebollas huma dawn li ġejjin: it-tfassil, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet u ingredjenti veġetali lesti għall-użu fi Spanja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11954 — SOLINA / PORTOBELLO / EUROCEBOLLAS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2981/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)