|
3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 183/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9851 — Naturgy/Sonatrach/BlackRock/Medgaz)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 183/05)
1.
Fil-25 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Naturgy Energy Group S.A. (“Naturgy”, Spanja), |
|
— |
SONATRACH S.p.A (“SONATRACH”, l-Alġerija), |
|
— |
Global Energy & Power Infrastructure Fund III L.P. (“GEPIF III”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ġestita minn BlackRock Alternatives Management (“BAM”, l-Istati Uniti tal-Amerka) li tappartjeni għall-BlackRock Group (“BlackRock”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Medgaz S.A. (“Medgaz”, Spanja). |
Naturgy, SONATRACH u BlackRock jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Medgaz kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Naturgy hija attiva fis-swieq tal-elettriċità kif ukoll fis-swieq midstream u downstream tal-gass, kif ukoll fin-negozji tal-ħażna, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-gass, |
|
— |
Sonatrach hija kumpanija nazzjonali parastatali taż-żejt u l-gass tal-Alerġija u hija attiva tul il0katina kollha tal-idrokarbuni, |
|
— |
GEPIF III huwa fond li jiffoka fuq investimenti fl-enerġija u fil-katina tal-valur tal-infrastruttura tal-enerġija. Huwa ġestit minn BAM, |
|
— |
Medgaz hija proprjetarja u tħaddem il-pipeline tal-ass bejn l-Alġerija u l-Ewropa li jġorr il-gass naturali mill-Alerġija għal Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9851 — Naturgy/Sonatrach/BlackRock/Medgaz
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).