22.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/794

tad-19 ta' Mejju 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Chevrotin (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chevrotin”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1357/2005 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhix emenda minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'rabta mad-denominazzjoni “Chevrotin” (DPO) b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1357/2005 tat-18 ta' Awwissu 2005 li jikkompleta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 f'dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-“Reġistru tad-denominazzonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” Chevrotin (DPO) (ĠU L 214, 19.8.2005, p. 6).

(3)   ĠU C 468, 31.12.2014, p. 2.