8.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/23

tal-5 ta' Jannar 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda L-Unjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oħħett tal-azzar fil-forma ta' “T”. Id-dijametru estern tal-ispalel hu 23 mm u l-ikbar dijametru tal-parti ċentrali tal-oġett hu 40 mm. It-truf laterali tiegħu huma mxenglin, addattati għall-welding tarf ma' tarf, u t-tielet tarf tiegħu għandu l-kaminfuq ġewwa.

It-truf laterali għandhom jiġu wweldjati f'bejn il-bordijiet tar-radjatur. It-tielet tarf jintuża għal installazzjoni jew b'valv ta' ventilazzjoni jew valv ta' regolazzjoni, jew għall-konnessjoni r-radjatur b'pajp li tikkonnettja lilha biex, pereżempju, kaldarun.

 (*1) Ara l-istampa.

7307 93 19

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(a) tat-Taqsima XV u tat-test tal-kodiċijiet tan-NM 7307 , 7307 93 u 7307 93 19 .

L-oġġett għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta' fittings ta' tubi u pajpijiet kklassifikati taħt titlu 7307 . L-oġġetti tal-intestatura 7307 huma, skont in-nota 2(a) tat-Taqsima XV, partijiet ta' użu ġenerali. Peress li r-referenzi għal partijiet fost l-oħrajn f'Kapitolu 73 ma jinkludux referenzi għal partijiet ta' użu ġenerali kif definit f'dik in-nota, il-lassifikazzjoni tal-oġġett taħt l-intestatura 7322 bħala parti minn radjaturi għal tisħin ċentrali hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 7322 , punt (2) (a)).

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7307 93 19 bħala aċċessorji tal-welding tat-truf għal tubi jew aċċessorji tal-pajpijiet tal-azzar bl-akbar dijametru ta' barra mhux aktar minn 609,6 mm

Image 1

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.