|
8.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1097
tat-8 ta' April 2015
dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mid-Danimarka skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE,
Billi:
|
(1) |
B'ittra tas-6 ta' Jannar 2015, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar ċerti miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur minn meta waslitilha din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kumpatibbli mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta' konsultazzjoni nazzjonali. |
|
(3) |
Fl-istħarriġ tal-miżuri, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli dwar is-suq awdjoviżiv Daniż, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt fuq is-suq televiżiv. |
|
(4) |
Il-lista tal-avvenimenti ta' importanza maġġuri għas-soċjetà ġiet elenkata mid-Danimarka b'mod ċar u trasparenti, wara konsultazzjoni estensiva. |
|
(5) |
Abbażi ta' evidenza dettaljata u ta' ċifri dwar l-għadd ta' telespettaturi mwassla mill-awtoritajiet Daniżi, il-Kummissjoni vverfikat li l-lista ta' avvenimenti nominati li ġiet elenkata skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE ssodisfat tal-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin li jitqiesu bħala indikaturi affidabbli tal-importanza tat-tali avvenimenti fis-soċjetà: (i) għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhumiex sinifikanti biss għal dawk li normalment isegwu l-isport jew l-attività konċernata; (ii) għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni tal-Istat Membru, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta' kompetizzjoni jew turnew ta' importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment minn dejjem ixxandar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u kien segwit minn udjenza televiżiva kbira. |
|
(6) |
Il-lista notifikata ta' avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà fiha għadd ta' avvenimenti magħżula, li jitqiesu bħala avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà, bħall-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa. Kif intwera mill-awtoritajiet Daniżi, l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa jsegwuhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru fuq kanali televiżivi mingħajr ħlas. Barra minn hekk, dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fid-Danimarka, għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma' dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi. |
|
(7) |
Il-finali u s-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol tal-irġiel u tal-Kampjonat Ewropew tal-futbol tal-irġiel huma meqjusa wkoll bħala avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà. Il-lista tinkludi wkoll il-partiti kollha li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż fi ħdan dawk l-avvenimenti, kif ukoll il-partiti ta' kwalifika tat-tim nazzjonali Daniż. Kif intwera mill-awtoritajiet Daniżi, dawn l-avvenimenti jsegwuhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru fuq kanali televiżivi mingħajr ħlas. Barra minn hekk, dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fid-Danimarka, għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma' dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi. Jinvolvu tim nazzjonali f'turnew internazzjonali ta' importanza ewlenija. |
|
(8) |
Il-finali, is-semifinali u l-partiti kollha li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż, kif ukoll il-partiti ta' kwalifikazzjoni li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż tal-Kampjonati Ewropew u tad-Dinja tal-handball tan-nisa, jarawhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru bla ħlas fuq it-televiżjoni. Barra minn hekk, dawn iqanqlu interess partikolari u estensiv fid-Danimarka, anki fost udjenzi li mhux soltu jsegwu dan l-isport. Jinvolvu tim nazzjonali f'turnew internazzjoni ta' importanza ewlenija. L-interess partikolari u estensiv jissaħħaħ mill-fatt li t-tim nazzjonali Daniż għamel kisbiet sinifikanti f'dawn it-tornej. |
|
(9) |
Il-finali, is-semifinali u l-partiti kollha li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż. kif ukoll l-partiti ta' kwalifikazzjoni li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż tal-Kampjonati Ewropew u tad-Dinja tal-handball tan-irġiel, jarawhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru bla ħlas fuq it-televiżjoni. Barra minn hekk, dawn iqanqlu interess partikolari u estensiv fid-Danimarka, anki fost udjenzi li mhux soltu jsegwu dan l-isport. Jinvolvu tim nazzjonali f'turnew internazzjoni ta' importanza ewlenija. L-interess partikolari u estensiv jissaħħaħ mill-fatt li t-tim nazzjonali Daniż għamel kisbiet sinifikanti f'dawn it-tornej. |
|
(10) |
Il-miżuri magħżula ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, jiġifieri l-protezzjoni tad-dritt ta' informazzjoni u ta' aċċess wiesa' tal-pubbliku għax-xandir televiżiv ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà. Din il-konklużjoni tqis il-modalitajiet li skonthom se jixxandru l-avvenimenti inkwistjoni, id-definizzjoni ta' “xandâr li jikkwalifika”, ir-rwol ta' arbitraġġ fir-riżoluzzjoni ta' tilwim li jqum waqt l-implimentazzjoni tal-miżuri, u l-fatt li l-ordni eżekuttiva li fiha l-lista ta' avvenimenti se tapplika għal avvenimenti li għalihom il-kuntratti dwar drittijiet esklussivi jiġu konklużi wara li l-ordni eżekuttiva tkun daħlet fis-seħħ. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-effetti tad-dritt għall-proprjetà, kif previsti fl-Artikolu 17 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, ma jmorrux lil hinn minn dak li hu intrinsikament marbut mal-inklużjoni tal-avveniment fil-lista prevista fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(11) |
Għall-istess raġunijiet, il-miżuri Daniżi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mill-prinċipju fundamentali tal-liberta li jiġu pprovduti servizzi kif stipulat fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-interess pubbliku superjuri għandu jiżgura aċċess estensiv għall-pubbliku għal xandiriet ta' avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà. Barra minn hekk, il-miżuri Daniżi ma jikkostitwixxu l-ebda diskriminazzjoni jew esklużjoni mis-suq kontra xi xandara, detenturi tad-drittijiet jew operaturi ekonomiċi oħra ta' Stati Membri oħra. |
|
(12) |
Il-miżuri magħżula huma, barra minn hekk, kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Id-definizzjoni tax-xandara li jikkwalifikaw għax-xandir tal-avvenimenti elenkati ssejset fuq kriterji oġġettivi, li jippermettu kompetizzjoni reali u potenzjali għall-akkwist tad-drittijiet biex jixxandru dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, l-għadd ta' avvenimenti magħżula mhuwiex tant sproporzjonat li jwassal għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-swieq downstream tat-televiżjoni mingħajr ħlas u tat-televiżjoni bi ħlas. Għaldaqstant, jista' jitqies li l-effetti tal-libertà tal-kompetizzjoni ma jmorrux lil hinn minn dak li hu intrinsikament marbut mal-inklużjoni tal-avveniment fil-lista prevista fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li se jittieħdu mid-Danimarka, u ppreżentat ir-riżultati tal-verifika tagħha lill-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE. Il-Kumitat adotta opinjoni favorevoli, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
(1) Il-miżuri li għandhom jittieħdu mid-Danimarka, skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, u nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(2) ta' dik id-Direttiva, huma kompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni.
(2) Il-miżuri, kif mittieħda mid-Danimarka, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
ID-DIGRIET DWAR L-UŻU TAD-DRITTIJIET TELEVIŻIVI TA' AVVENIMENTI TA' IMPORTANZA KBIRA GĦAS-SOĊJETÀ
Dan li ġej hu stabbilit skont it-Taqsimiet 90(1) u 93(2) tal-Att dwar ix-Xandir bir-Radju u t-Televiżjoni, ara l-Att ta' Konsolidazzjoni Nru 255 tal-20 ta' Marzu 2014:
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
It-Taqsima 1 |
|
AVVENIMENTI TA' IMPORTANZA KBIRA GĦAS-SOĊJETÀ
|
It-Taqsima 2 |
F'dan id-Digriet “avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà” tfisser avveniment sportiv li jissodisfa tal-anqas tnejn mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||
|
It-Taqsima 3 |
Dawn l-avvenimenti li ġejjin jtiqiesu li għandhom importanza kbira għas-soċjetà:
|
L-UŻU TAD-DRITTIJIET TELEVIŻIVI
|
It-Taqsima 4 |
Proporzjon sostanzjali tal-pubbliku titqies li qed tiċċaħħad milli ssegwi avveniment fuq it-televiżjoni bla ħlas sakemm:
|
||||||||||||
|
It-Taqsima 5 |
|
||||||||||||
|
It-Taqsima 6 |
|
||||||||||||
|
It-Taqsima 7 |
|
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
|
It-Taqsima 8 |
Tilwim relatat mal-ftehim skont it-Taqsima 5 (1)-(3) sabiex jixxandar avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà, inklużi kwistjonijiet marbut mal-prezz, għandu jiġi riżolt permezz ta' arbitraġġ, ara l-Att dwar l-Arbitraġġ. |
|
It-Taqsima 9 |
Il-Ministeru tal-Kultura se jevalwa d-Digriet fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu. L-evalwazzjoni ser tkopri l-iżviluppi f'forom ta' distribuzzjoni u diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. |
KSUR
|
It-Taqsima 10 |
|
||||
|
It-Taqsima 11 |
|
DĦUL FIS-SEĦĦ
|
It-Taqsima 12 |
Dan id-Digriet jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015 u japplika għal avvenimenti li għalihom jiġi konkluż ftehim dwar l-użu tad-drittijiet esklussivi wara dik id-data. |
Il-Ministeru tal-Kultura, id-19 ta' April 2015.
Marianne JELVED/Lars M. BANKE