|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1558 |
27.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 12/2024
tat-2 ta' Frar 2024
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1558]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1426 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (1) (ADS) ta’ vetturi awtomatizzati kompletament għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 52d (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1341) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“52e. |
32022 R 1426: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1426 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (ADS) ta’ vetturi awtomatizzati kompletament (ĠU L 221, 26.8.2022, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, fil-punt 5.4. tal-Parti 2 tal-Anness III, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward ta’ manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 221, 26.8.2022, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1558/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)