IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.3.2023
COM(2023) 142 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta’ skart
Il-ġenerazzjoni, it-trattament u l-vjeġġi transkonfinali ta’ skart perikoluż u skart ieħor fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit fil-perjodu ta' bejn l-2016 u l-2019
{SWD(2023) 56 final}
1.Introduzzjoni
L-Unjoni Ewropea (“l-UE”) hija parti mill-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta’ Riskju u d-Disponiment minnhom tat-22 ta’ Marzu 1989 (“il-Konvenzjoni”). Il-Konvenzjoni hija maħsuba biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra l-effetti negattivi tal-iskart perikoluż.
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar Vjeġġi ta’ Skart (“ir-Regolament”) jittrasponi l-Konvenzjoni fi dritt tal-Unjoni.
F’Novembru 2021, il-Kummissjoni pproponiet li tissostitwixxi dan ir-Regolament b’Regolament ġdid
. Din il-proposta qiegħda tiġi diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri tal-UE.
Kull sena kalendarja, kull Stat Membru jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar is-sena kalendarja preċedenti lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni. Kopja ta’ dan ir-rapport (“ir-rapport ta’ Basel”) tintbagħat ukoll lill-Kummissjoni, flimkien ma’ informazzjoni addizzjonali kif meħtieġ permezz tal-Anness IX tar-Regolament (“il-kwestjonarju tal-UE”).
Kull tliet snin, il-Kummissjoni tfassal rapport ta’ implimentazzjoni bbażat fuq ir-rapporti ta’ Basel u l-kwestjonarji tal-UE. Dan huwa s-sitt rapport ta’ implimentazzjoni li jkopri l-perjodu bejn l-2016 u l-2019; dan ir-rapport ta’ erba’ snin huwa eċċezzjoni għall-iskeda ta’ rapportar tas-soltu ta’ tliet snin. Id-dettalji tar-rapporti tal-Istati Membri jistgħu jinstabu fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Il-Konvenzjoni tuża t-termini “importazzjoni” u “esportazzjoni” għal vjeġġi lejn jew minn Partijiet għall-Konvenzjoni. Skont id-dritt tal-Unjoni, dawn it-termini japplikaw biss għal vjeġġi lejn jew mill-UE. F’dan id-dokument, it-termini jintużaw f’konformità mar-Regolament.
Dan ir-rapport ta’ implimentazzjoni jippreżenta informazzjoni dwar il-vjeġġi ta’ skart notifikat, jiġifieri skart li huwa soġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skont ir-rekwiżiti tar-Regolament. Dan ikopri vjeġġi ta’ skart ikkategorizzati bħala skart perikoluż, skart ieħor notifikat, u skart mhux elenkat. Dan ma jkoprix l-iskart, li huwa kklassifikat bħala skart fil-“lista ekoloġika”, peress li l-Istati Membri ma humiex meħtieġa jirrapportaw dwar il-kummerċ ta’ tali skart. Għalhekk, ir-rapport ma jipprovdix ħarsa ġenerali lejn l-ammont kumplessiv ta’ skart li jinġarr fl-UE, li jiġi esportat mill-UE u li jiġi importat fl-UE. Iċ-ċifri kollha f’dan ir-rapport huma approssimattivi u ġew aġġustati ’l fuq.
2.Rapportar mill-Istati Membri
26 Stat Membru lestew rapporti li jappartjenu għall-Konvenzjoni għall-erba’ snin kollha tal-perjodu ta’ rapportar ta’ bejn l-2016 u l-2019 (skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament). Xi Stati Membri ppreżentaw ir-rapporti wara l-iskadenza. Dettalji ulterjuri dwar liema Stati Membri ppreżentaw ir-rapporti tard jistgħu jinstabu fid-dokument tal-anness ta’ akkumpanjament.
25 Stat Membru lestew ir-rapporti li jappartjenu għar-Regolament għall-erba’ snin kollha tal-perjodu ta’ rapportar ta’ bejn l-2016 u l-2019 (skont l-Artikolu 51(2) tar-Regolament). Xi Stati Membri ppreżentaw ir-rapporti wara l-iskadenza. Dettalji ulterjuri dwar liema Stati Membri ppreżentaw ir-rapporti tard jistgħu jinstabu fid-dokument tal-anness ta’ akkumpanjament.
Ġew osservati diskrepanzi fl-ammonti ta’ skart irrapportati bħala trasportati minn u lejn l-Istati Membri tal-UE kemm għall-iskart perikoluż kif ukoll għall-iskart kollu notifikat. Għall-iskart kollu notifikat, is-sena ta’ rapportar l-inqas akkurata kienet l-2018, fejn l-ammonti li ġew trasportati ’l barra mill-Istati Membri kienu 3,7 miljun tunnellata ogħla mill-ammonti li ntbagħtu lejn l-Istati Membri. Għall-iskart perikoluż, is-sena l-inqas akkurata kienet l-2016, fejn l-ammonti li ġew trasportati ’l barra mill-Istati Membri kienu 1,1 miljun tunnellata ogħla mill-ammonti li ntbagħtu lejn l-Istati Membri.
3.Ġenerazzjoni ta’ Skart Perikoluż u Skart Ieħor Notifikat
L-aktar ċifri riċenti u rilevanti dwar il-ġenerazzjoni ta’ skart perikoluż fl-UE jistgħu jinstabu fil-pubblikazzjonijiet u fil-bażijiet tad-data miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea. Skont id-data rrapportata mill-Istati Membri skont ir-regolament dwar il-vjeġġi ta’ skart, l-UE ġġenerat 95 miljun tunnellata ta’ skart perikoluż fl-2016 u 102 miljun tunnellata fl-2018. Il-ġenerazzjoni ta’ skart perikoluż per capita fl-UE kienet ta’ 197 kg fl-2016 u ta’ 210 kg fl-2018.
Fl-2016, ġew iġġenerati 2,2 biljun tunnellata ta’ skart notifikat fl-UE fl-2016 u l-istess ammont fl-2018.
4.Vjeġġi ta’ Skart ’il barra mill-Istati Membri
Skart perikoluż
Bejn l-2016 u l-2019, l-ammont annwali medju tal-iskart notifikat kollu li ġie trasportat mill-EU27 kien ta’ 19,3-il miljun tunnellata, li medja ta’ 6,9 miljun tunnellata (36 %) minnhom kienu skart perikoluż. Mill-2001 sal-2019, l-ammont totali ta’ skart perikoluż li ġie trasportat kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE rdoppja.
65 % tal-iskart perikoluż li ġie trasportat ’il barra mill-Istati Membri tal-UE bejn l-2016 u l-2019 ġie ttrattat f’operazzjoni ta’ rkupru (jiġifieri riċiklat jew ittrattat f’operazzjoni ta’ rkupru oħra). Iċ-ċifra ta’ bejn l-2016 u l-2019 ta’ 65 % hija aktar baxxa minn dik tal-perjodu ta’ rapportar ta’ bejn l-2013 u l-2015, li kienet ta’ 76 %. Peress li l-proporzjon ta’ skart perikoluż li ġie trasportat ’il barra mill-Istati Membri u ttrattat f’operazzjoni ta’ rkupru kien preċedentement pjuttost kostanti bejn il-perjodi ta’ rapportar ta’ bejn l-2010 u l-2012 u bejn l-2013 u l-2015, iċ-ċifra aktar baxxa għall-perjodu bejn l-2016 u l-2019 tirrappreżenta bidla fix-xejra.
Sadanittant, il-proporzjon ta’ skart perikoluż trasportat l=-agħar-rimi baqa’ kważi kostanti: 21 % bejn l-2016 u l-2019 meta mqabbel ma’ 22 % bejn l-2013 u l-2015. Matul l-istess perjodu, kien hemm żieda fil-proporzjon irrapportat bħala trasportat għal trattament “imħallat” (jiġifieri taħlita ta’ rimi u rkupru) (2 % sa 13 %).
It-Tabella 1 turi l-operazzjonijiet tal-immaniġġar tal-iskart li għalihom l-iskart perikoluż ġie trasportat ’il barra mill-Istati Membri.
Tabella 1. Skart perikoluż li jiġi trasportat ’il barra mill-Istati Membri permezz ta’ operazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart, (1 000 tunnellata)
|
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
|
Rimi
|
1 594
|
1 710
|
1 477
|
1 299
|
|
Irkupru
|
688
|
847
|
602
|
677
|
|
Riċiklaġġ
|
3 012
|
4 107
|
3 723
|
4 279
|
|
Taħlita
|
802
|
907
|
1 059
|
878
|
|
Mhux Speċifikat
|
1
|
0
|
1
|
0
|
Bħal fil-perjodi ta’ rapportar preċedenti, Franza u l-Italja kienu ż-żewġ Stati Membri li ttrasportaw l-akbar ammonti ta’ skart perikoluż bejn l-2016 u l-2019, b’6,8 miljun tunnellata u bi 3,9 miljun tunnellata rispettivament matul il-perjodu ta’ erba’ snin. Il-Ġermanja kienet l-Istat Membru li ttrasporta t-tielet l-akbar ammont, bi 3,6 miljun tunnellata.
Esportazzjoni mill-UE
Fil-perjodu ta’ rapportar ta’ bejn l-2016 u l-2019, 10 % tal-iskart perikoluż ġie esportat mill-UE. Dan l-iskart ġie esportat esklużivament lejn il-pajjiżi tal-OECD, peress li l-esportazzjoni tiegħu lejn pajjiżi mhux tal-OECD hija pprojbita.
Skart Ieħor Notifikat
Tab
ella
2 turi vjeġġi ta’ skart ieħor notifikat skont it-tip ta’ skart. Innota li l-iskart tal-Y46 (jiġifieri l-iskart miġbur mill-unitajiet domestiċi) u l-iskart tal-Y47 (residwi li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni tal-iskart domestiku) huma subsettijiet tal-kategorija “skart ieħor notifikat”.
Tabella 2. Skart ieħor notifikat li jintbagħat ’il barra mill-Istati Membri, 2016–2019 (1 000 tunnellata)
|
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
|
Skart ieħor notifikat
|
10 462
|
11 960
|
10 927
|
9 693
|
|
Y46
|
1 268
|
1 355
|
872
|
826
|
|
Y47
|
639
|
546
|
646
|
739
|
Mill-2001 sal-2019, l-ammont totali ta’ skart ieħor notifikat li ġie ttrasportat kemm ġewwa l-UE kif ukoll li ġie esportat minnha żdied b’463 %.
Tab
ella
3 turi vjeġġi ta’ skart ieħor notifikat permezz ta’ operazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart.
Tabella 3. Skart ieħor notifikat ttrasportat ’il barra mill-Istati Membri permezz ta’ operazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart, (1 000 tunnellata)
|
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
|
Rimi
|
508
|
542
|
410
|
350
|
|
Irkupru
|
3 113
|
3 342
|
2 460
|
2 714
|
|
Riċiklaġġ
|
6 223
|
7 539
|
7 397
|
6 451
|
|
Taħlita
|
617
|
528
|
660
|
178
|
|
Mhux Speċifikat
|
0
|
9
|
0
|
0
|
Skart Mhux Elenkat
Din it-taqsima tippreżenta data dwar il-vjeġġi ta’ skart mhux elenkat. Dan l-iskart huwa inkluż jew fid-data dwar il-vjeġġi ta’ skart perikoluż jew fid-data dwar il-vjeġġi ta’ skart ieħor notifikat, abbażi jew tal-klassifikazzjoni permezz ta’ kodiċi fil-Lista tal-Iskart tal-UE (LoW) jew inkella permezz ta’ informazzjoni oħra rrapportata fid-data dwar il-vjeġġ li tidentifika l-vjeġġi bħala perikolużi jew mhux perikolużi. Fil-perjodu ta’ bejn l-2016 u l-2019, bħala medja ġew ittrasportati 9,5 miljun tunnellata ta’ skart mhux elenkat. Il-biċċa l-kbira ta’ dan kien destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru.
5.Vjeġġi ta’ Skart fl-Istati Membri
L-Istati Membri kollha ppreżentaw informazzjoni dwar l-iskart li jinġarr fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament għall-erba’ snin kollha tal-perjodu ta’ rapportar ta’ bejn l-2016 u l-2019. 26 Stat Membru rrapportaw tali vjeġġi ta’ skart matul il-perjodu bejn l-2016 u l-2019 u Malta biss irrapportat li ma rċeviet l-ebda vjeġġ ta’ skart perikoluż jew ieħor notifikat.
Fl-2001, 7 miljun tunnellata tal-iskart kollu nnotifikat ġew ittrasportati lejn l-Istati Membri tal-UE, filwaqt li fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019; l-ammont medju ta’ tali vjeġġi ta’ skart notifikat kien ta’ 24 miljun tunnellata fis-sena. Din hija żieda ta’ 231 % mill-2001 għall-perjodu bejn l-2016 u l-2019. Filwaqt li l-ammont ivarja minn sena għal oħra, il-medja għall-perjodu bejn l-2013 u l-2015 kienet ta’ 22 miljun tunnellata, għalhekk kien hemm żieda ta’ 10 % meta mqabbla mal-aħħar perjodu ta’ rapportar. Barra minn hekk, l-2016 (26,1 miljun tunnellata) u l-2017 (26,6 miljun tunnellata) juru l-ogħla livelli ta’ vjeġġi fl-Istati Membri mill-2001. Dan ikompli x-xejra ġenerali li kulma jmur, il-vjeġġi ta’ skart li jidħlu qed jiżdiedu.
Bħal fil-perjodi ta’ rapportar preċedenti, l-Istat Membru li kellu jirċievi l-akbar ammont ta’ skart notifikat kien il-Ġermanja li rċeviet 24 miljun tunnellata matul il-perjodu bejn l-2016 u l-2019. Matul il-perjodu ta’ erba’ snin, Franza kklassifikat fit-tieni post, fejn irċeviet 18-il miljun tunnellata, filwaqt li l-Iżvezja kklassifikat fit-tielet post billi rċeviet 12-il miljun tunnellata.
Filwaqt li kompla fuq xejra li dehret matul il-perjodi ta’ rapportar preċedenti, kważi l-iskart perikoluż kollu u skart ieħor notifikat kollu li ġie ttrasportat lejn l-Istati Membri tal-UE fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019 ġie minn ġewwa l-UE jew mill-pajjiżi tal-EFTA. Flimkien, dawn iż-żewġ sorsi kienu jirrappreżentaw 99 % tat-tali vjeġġi kollha ta’ skart notifikat.
Skart Perikoluż
Fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019, bħala medja annwali ġew ittrasportati 10,2 miljun tunnellata ta’ skart perikoluż (43 % tal-iskart notifikat “importat”) lejn l-Istati Membri. L-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA flimkien irrappreżentaw 98 % tal-iskart perikoluż li ġie ttrasportat lejn l-Istati Membri tal-UE bejn l-2016 u l-2019, żieda żgħira meta mqabbla mal-perjodu bejn l-2013 u l-2015, li fih irrappreżentaw 97 %.
L-ammont ta’ skart perikoluż importat minn pajjiżi terzi mhux tal-OECD bħala proporzjon tat-total tal-vjeġġi ta’ skart deħlin ivarja bejn 1 % u 2 % matul is-snin.
L-ammont ta’ skart perikoluż li ġie trasportat lejn l-UE żdied b’265 % mill-2001 sal-2019, kemxejn ogħla miż-żieda perċentwali għall-iskart kollu notifikat li nġarr lejn l-Istati Membri (214 %).
Fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019, l-Istati Membri bagħtu 2,6 miljun tunnellata ta’ skart perikoluż mill-UE filwaqt li matul l-istess perjodu ġew trasportati 11-il miljun tunnellata lejn l-UE minn pajjiżi terzi. Għalhekk, l-UE tibqa’ importatur nett tal-iskart perikoluż.
Franza kien il-pajjiż li rċieva l-akbar ammont ta’ skart perikoluż matul il-perjodu bejn l-2016 u l-2019 (17-il miljun tunnellata), filwaqt li l-Ġermanja kienet fit-tieni post (10 miljun tunnellata).
Fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019, 78 % tal-iskart perikoluż li jinġarr fl-Istati Membri ġie ttrattat f’operazzjoni ta’ rkupru u 16 % f’operazzjoni ta’ rimi, filwaqt li 6 % ġie kklassifikat bħala li għaddej minn trattament “imħallat”. Il-proporzjon irrapportat bħala destinat għar-rimi naqas bi ftit mill-2013 sal-2015 (bi 3 %), filwaqt li l-proporzjon irrapportat bħala destinat għall-irkupru żdied bi ftit (b’1 %).
Fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019, 53 % tal-iskart perikoluż kollu li ġie ttrasportat għar-rimi fl-UE kien destinat għall-Ġermanja. Din hija żieda meta mqabbla mal-perjodu bejn l-2013 u l-2015 fejn 46 % tal-iskart perikoluż kollu ttrasportat għar-rimi kien destinat għall-Ġermanja. L-ammont proporzjonalment għoli ta’ skart perikoluż għar-rimi destinat għall-Ġermanja huwa probabbilment dovut għall-fatt li l-pajjiż għandu għadd proporzjonalment akbar ta’ faċilitajiet għar-rimi ta’ skart perikoluż meta mqabbel ma’ Stati Membri oħrajn.
49 % tal-iskart perikoluż li ġie ttrasportat għall-irkupru kien destinat għal Franza. Din hija żieda kbira mill-perjodu bejn l-2013 u l-2015, li matulu Franza, filwaqt li għadha d-destinazzjoni li ġie ttrasportat lejha l-akbar ammont ta’ skart perikoluż għall-irkupru, irċeviet 32 % tal-iskart għal dan il-għan.
Skart Ieħor Notifikat
59 % tal-iskart kollu notifikat li ġie ttrasportat lejn l-Istati Membri kien skart ieħor notifikat. Mill-2001 sal-2019, l-ammont totali ta’ skart ieħor notifikat li ġie trasportat lejn l-Istati Membri żdied b’189 %.
6. Vjeġġi Illegali, Spezzjonijiet u Miżuri ta’ Infurzar
Vjeġġi Illegali
Kien hemm 5 502 vjeġġi illegali ta’ skart irrapportati mill-Istati Membri fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019, b’żieda fl-għadd ta’ vjeġġi illegali li ġew irrapportati kull sena meta mqabbla mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti. Filwaqt li għall-perjodu bejn l-2013 u l-2015 kien hemm 933 vjeġġ illegali rrapportati bħala medja kull sena, għall-perjodu bejn l-2016 u l-2019 ġew irrapportati 1 376 vjeġġ illegali kull sena.
Kien hemm titjib fir-rapportar dwar l-għadd ta’ kontrolli/spezzjonijiet fuq il-post li saru meta mqabbla mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti. Għall-perjodu bejn l-2013 u l-2015, 11-il Stat Membru biss irrapportaw fil-format ipprovdut mill-kwestjonarju tal-UE, filwaqt li għall-perjodu bejn l-2016 u l-2019, 27 Stat Membru użaw il-format korrett.
L-illegalità tal-vjeġġi rrapportati tvarja minn dawk li jistgħu jkunu żbalji amministrattivi ġenwini għal imġiba ċara li tagħmel ħsara lill-ambjent. Fost il-kwistjonijiet amministrattivi, l-Istati Membri jirrapportaw b’mod komuni vjeġġi li ma jkollhomx id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament. Id-Danimarka b’mod partikolari tirrapporta ħafna każijiet ta’ ħruġ ta’ multi għal formoli tal-Anness VII mhux kompluti. Kwistjoni oħra rrapportata hija n-nuqqas ta’ notifika xierqa. Kemm Franza kif ukoll il-Ġermanja (tnejn mill-Istati Membri bl-ogħla rapportar ta’ vjeġġi illegali) jirrapportaw bosta każijiet ta’ trasport mingħajr notifika.
Fir-rigward ta’ każijiet kriminali, jissemmew ta’ spiss l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u l-vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELVs). Pereżempju, il-maġġoranza tal-vjeġġi illegali rrapportati fil-Belġju huma ta’ WEEE perikoluż, filwaqt li r-Repubblika Ċeka tirrapporta l-WEEE identifikat ħażin bħala tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) għall-użu mill-ġdid (mhux skart); ir-Repubblika Ċeka tirrapporta wkoll l-ELV li jiġu ttrasportati taħt il-forma ta’ karozzi użati.
Fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019, il-Ġermanja rrapportat l-ogħla għadd kumplessiv totali ta’ vjeġġi illegali b’1 850 każ li jikkostitwixxu 34 % tal-għadd totali ta’ każijiet irrapportati fl-UE mill-2016 sal-2019. Madankollu, dan jinkludi għadd kbir ta’ “ksur minuri” u madwar 480 każ ta’ ripatrijazzjoni tal-iskart. Meta dawn il-ksur u l-każijiet minuri jiġu esklużi, il-vjeġġi illegali tal-Ġermanja għall-perjodu bejn l-2016 u l-2019 jaqgħu għal 163 każ (4 % tal-każijiet totali).
Il-Belġju huwa l-Istat Membru bit-tieni l-ogħla għadd ta’ vjeġġi illegali, b’952 każ, li jirrappreżentaw 25 % tal-għadd totali tal-każijiet irrapportati fl-UE mill-2016 sal-2019. Franza rrapportat l-akbar għadd li jmiss b’625 każ (16 %).
Il-Belġju rrapporta l-ogħla għadd ta’ vjeġġi illegali għall-perjodu bejn l-2013 u l-2015, in-Netherlands irraportaw it-tieni l-ogħla għadd f’dak il-perjodu ta’ rapportar. Minħabba li n-Netherlands ma rrapportawx għall-2018 u għall-2019, ma huwiex possibbli li jingħata l-għadd totali ta’ vjeġġi illegali għall-perjodu ta’ rapportar bejn l-2016 u l-2019. Madankollu, għall-perjodu bejn l-2016 u l-2017, in-Netherlands irrapportaw ċifri għoljin, u dan jagħmilhom l-Istat Membru bir-raba’ l-akbar ammont ta’ rapportar għall-perjodu bejn l-2016 u l-2017 (wara l-Ġermanja, il-Belġju u Franza).
Spezzjonijiet
Skont ir-rapportar tal-2019, 20 Stat Membru (mis-26 Stat Membru li pprovdew informazzjoni) irrapportaw spezzjonijiet bl-użu tal-format il-ġdid billi rrapportaw spezzjonijiet diżaggregati, l-ewwel nett, permezz ta’ kontrolli fiżiċi ta’ stabbilimenti, impriżi, sensara u negozjanti, relatati ma’ vjeġġi ta’ skart, u t-tieni, permezz ta’ spezzjonijiet ta’ vjeġġi ta’ skart li jinkludu l-kontrolli fiżiċi. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-Istati Membri pprovdew livell bażiku ta’ informazzjoni u numri ta’ rapportar għaż-żewġ kategoriji ta’ spezzjoni, filwaqt li xi wħud ipprovdew informazzjoni aktar dettaljata.
Il-każijiet tal-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata jinkludu
·l-Ġermanja, li ddiżaggregat l-ispezzjonijiet ta’ vjeġġi ta’ skart permezz ta’ spezzjonijiet federali u spezzjonijiet statali;
·il-Belġju, li pprovda numri għal spezzjonijiet mal-ġenb tat-triq;
·il-Finlandja ddiżaggregat l-ispezzjonijiet permezz tal-awtoritajiet nazzjonali differenti li wettquhom;
·il-Greċja, li rrapportat l-għadd ta’ kontroverifiki tad-data; u
·l-Portugall, li ddikjara li l-ispezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart jinkludu spezzjonijiet kemm tal-vetturi kif ukoll tad-dokumenti amministrattivi uniċi.
L-inkonsistenza fir-rapportar, u l-fatt li, anke meta jintuża l-format il-ġdid, ma huwiex ċar liema tipi ta’ spezzjonijiet l-Istati Membri qegħdin jinkludu fir-rapportar tagħhom, ifisser li l-għadd ta’ spezzjonijiet irrapportati jvarja ħafna madwar l-Istati Membri, u li ma huwiex possibbli li l-għadd ta’ spezzjonijiet jitqabbel madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, għad ma hemm l-ebda fehim komuni dwar liema attivitajiet ta’ infurzar għandhom jitqiesu bħala “verifiki fuq il-post”.
Miżuri ta’ Infurzar
13-il Stat Membru pprovdew dettalji tal-penali li jistgħu jinħarġu skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, inklużi penali finanzjarji (il-Belġju, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja) u sentenzi ta’ ħabs (il-Belġju, il-Kroazja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, u Malta). Ma jidhirx li kien hemm bidliet sinifikanti mill-perjodu ta’ rapportar preċedenti fil-penali imposti.
L-ogħla livell ta’ penali finanzjarja rrapportat jibqa’ l-istess bħal fil-perjodu ta’ rapportar bejn l-2013 u l-2015, jiġifieri l-multa ta’ EUR 2 miljun tar-Repubblika Ċeka, li tista’ tapplika kemm għall-persuni fiżiċi kif ukoll għall-entitajiet ġuridiċi. L-itwal sentenza ta’ ħabs imsemmija tibqa’ l-istess, u din hija s-sentenza tal-Ġermanja ta’ 10 snin priġunerija għall-ikkawżar ta’ ħsara ambjentali kbira. Bħal fil-perjodu bejn l-2013 u l-2015, sentenza ta’ sentejn hija penali komuni.
Għalhekk, id-data ma hijiex robusta biżżejjed biex jiġi konkluż jekk multi ogħla u sentenzi ta’ ħabs itwal jaġixxux bħala deterrent għall-vjeġġi illegali ta’ skart jew le. Jibqa’ wkoll il-każ li l-Belġju għandu kemm l-ogħla għadd totali ta’ vjeġġi illegali kif ukoll it-tieni u t-tielet l-akbar multi (sa EUR 500 000 fi Flanders u sa EUR 1 000 000 f’Wallonia) u l-impożizzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs (ħames snin).
7.Passi li Jmiss
Il-Kummissjoni ppubblikat evalwazzjoni tar-Regolament fit-30 ta’ Jannar 2020. Barra minn hekk, fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ressqet proposta għal regolament ġdid dwar il-vjeġġi ta’ skart. Din il-proposta bħalissa qiegħda tiġi kkunsidrata mill-koleġiżlaturi fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.