Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 270, p. 10).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi naqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.