|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/53 |
8.1.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/53
tas-6 ta’ Jannar 2026
li tirrikonoxxi li r-rapport ippreżentat mis-Slovakkja skont l-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ u tas-sorgu f’dak l-Istat Membru
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 teżiġi li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili biex ikunu jistgħu jingħaddu ħalli jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dak il-fini, l-Artikolu 29(10) ta’ dik id-Direttiva jistabbilixxi livelli limitu speċifiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-karburanti, u l-Artikolu 31 jirregola kif irid jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti stipulati fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola, jistgħu jintużaw il-valuri tipiċi f’ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati. |
|
(2) |
L-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jippermetti lill-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti li jinkludu tagħrif dwar l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola taż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS iktar diżaggregat, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/478 (3), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-rapport li ppreżentatilha s-Slovakkja kien fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-lift u tal-qamħirrum prodotti tipikament fir-reġjuni NUTS 2 fis-Slovakkja. |
|
(4) |
Fit-2 ta’ April 2025, is-Slovakkja ppreżentat lill-Kummissjoni rapport addizzjonali bid-data għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ u tas-sorgu prodotti tipikament f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 3 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika. Is-Slovakkja talbet li d-data tiġi rikonoxxuta bħala akkurata f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ u tas-sorgu prodotti tipikament fir-reġjuni NUTS 3 fis-Slovakkja. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, il-Bijolikwidi u l-Karburanti mill-Bijomassa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rapport ippreżentat mis-Slovakkja fit-2 ta’ April 2025 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ u tas-sorgu prodotti tipikament fir-reġjuni NUTS 3 fis-Slovakkja. Is-sommarju tad-data tar-rapport hu stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Jekk id-data li hemm fir-rapport, kif ippreżentat fit-2 ta’ April 2025 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni, tinbidel b’mod li jaf jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, is-Slovakkja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’tali bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tieqaf tapplika fit-28 ta’ Jannar 2031.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/478 tat-12 ta’ Marzu 2025 li tirrikonoxxi li r-rapport ippreżentat mis-Slovakkja skont l-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fih data preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-lift u tal-ħbub tal-qamħirrum f’dak l-Istat Membru (ĠU L, 2025/478, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/478/oj).
ANNESS
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-qamħ fis-Slovakkja għar-reġjuni NUTS-3 (kg CO2eq/t ta’ qamħ maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|||||
|
SK010 |
Bratislava |
83,07 |
5,37 |
107,15 |
17,83 |
5,43 |
72,47 |
13,72 |
305,07 |
|
SK021 |
Trnava |
77,31 |
5,44 |
93,73 |
15,03 |
3,39 |
62,86 |
11,91 |
269,66 |
|
SK022 |
Trenčín |
115,90 |
20,56 |
94,44 |
17,34 |
3,54 |
66,58 |
12,62 |
330,98 |
|
SK023 |
Nitra |
89,84 |
5,39 |
105,03 |
16,85 |
3,67 |
61,22 |
11,60 |
284,60 |
|
SK031 |
Žilina |
213,26 |
22,81 |
97,35 |
17,80 |
4,01 |
73,71 |
13,98 |
442,93 |
|
SK032 |
Banská Bystrica |
125,80 |
14,97 |
114,72 |
20,45 |
3,86 |
81,54 |
15,48 |
376,81 |
|
SK041 |
Prešov |
210,13 |
44,42 |
102,25 |
19,05 |
4,70 |
86,05 |
16,34 |
482,94 |
|
SK042 |
Košice |
112,15 |
11,88 |
108,78 |
19,16 |
4,55 |
72,49 |
13,75 |
342,76 |
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tas-sorgu fis-Slovakkja għar-reġjuni NUTS-3 (kg CO2eq/t ta’ sorgu maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|||||
|
SK010 |
Bratislava |
76,46 |
8,05 |
39,47 |
7,07 |
9,45 |
118,85 |
0,91 |
260,26 |
|
SK021 |
Trnava |
90,17 |
8,32 |
85,27 |
15,22 |
9,15 |
129,92 |
1,02 |
339,06 |
|
SK022 |
Trenčín |
64,20 |
13,41 |
27,54 |
5,88 |
7,82 |
95,75 |
0,67 |
215,27 |
|
SK023 |
Nitra |
75,15 |
6,24 |
74,56 |
13,51 |
9,52 |
142,15 |
1,15 |
322,28 |
|
SK031 |
Žilina |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SK032 |
Banská Bystrica |
209,70 |
22,21 |
122,89 |
24,65 |
11,98 |
167,48 |
1,41 |
560,32 |
|
SK041 |
Prešov |
223,82 |
47,96 |
63,82 |
12,52 |
7,29 |
123,26 |
0,95 |
579,62 |
|
SK042 |
Košice |
237,22 |
9,21 |
75,32 |
14,09 |
17,87 |
184,80 |
1,59 |
540,10 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/53/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)