<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-165/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0165</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:952">EU:T:2018:952</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20181213">13.12.2018</DATE> – Kawża T‑165/16 [Estratti]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ajruportwali</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju tal-investitur privat</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għall-fajl</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑165/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ryanair DAC</HT>, li kienet Ryanair Ltd, stabbilita f’Dublin (l-Irlanda),</P><P><HT TYPE="BOLD">Airport Marketing Services Ltd</HT>, stabbilita f’Dublin,</P><P>irrappreżentata minn G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati u B. Byrne, solicitor,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Flynn, L. Armati, u S. Noë, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Boelaert u S. Petrova, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/287 tal-<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26500 (2012/C) (ex 2011/NN, ex CP 227/2008) mogħtija mill-Ġermanja lil Flughafen Altenburg-Nobitz GmbH u Ryanair Ltd. (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 59, p. 22</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla Estiża),</P><P>komposta minn G. Berardis, President, S. Papasavvas, D. Spielmann (Relatur), Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002"><P>Huma riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">I. Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-miżuri inkwistjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>L-ewwel rikorrenti, Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ryanair<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) hija kumpannija tal-ajru stabbilita fl-Irlanda, li topera iktar minn <FT TYPE="NUMBER">1800</FT> titjira kuljum li u li tikkollega 200 destinazzjoni f’31 pajjiż fl-Ewropa u fl-Afrika ta’ Fuq. It-tieni rikorrenti, Airport Marketing Services Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>AMS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), hija sussidjarja ta’ Ryanair li tipprovdi soluzzjonijiet fil-qasam tal-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha tikkonsisti fil-bejgħ ta’ spazji pubbliċitarji fuq is-sit internet ta’ Ryanair.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz jinsab fin-nofsinhar tal-Land Thüringen, il-Ġermanja. Dan l-ajruport huwa miżmum u operat mill-kumpannija Flugplatz Altenburg-Nobitz GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>AOC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li l-azzjonisti tagħha huma awtoritajiet pubbliċi jew entitajiet miżmuma 100 % mill-awtoritajiet pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Minn dan l-ajruport, Ryanair kienet tipprovdi titjiriet kuljum lejn l-ajruport ta’ Londra-Stansted (ir-Renju Unit) bejn l-2003 u l-2011. B’effett mill-2007, hija kienet ukoll introduċiet rotta lejn l-ajruport ta’ Barcelona-Girona (Spanja). Bl-istess mod, hija introduċiet rotta lejn l-ajruport ta’ Edinburgh (ir-Renju Unit) fl-2009 u rotta lejn l-ajruport ta’ Alicante (Spanja) fl-2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>B’hekk, fit-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE>, AOC ikkonkludiet, għal perijodu ta’ għaxar snin, kuntratt ta’ servizzi ajruportwali ma’ Ryanair, li kien jipprovdi li din tal-aħħar tinkariga ruħha li twettaq titjiriet regolari kuljum lejn l-ajruport ta’ Londra-Stansted. Ryanair kienet marbuta tħallas tariffa għall-fornitura ta’ servizzi ajruportwali, konformement mar-Regolament Ajruportwali ta’ Altenburg-Nobitz dwar Tariffi Ajruportwali li kien fis-seħħ fid-data tal-eżekuzzjoni tagħhom, kif ukoll somma li tkopri t-tariffi tas-sigurtà applikati għall-passiġġieri u t-taxxi tal-Istat. Ir-rikorrenti indikaw li l-kuntratt ta’ servizzi ajruportwali serva ta’ bażi għall-estensjoni tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet li laħqet total ta’ erba’ rotot bl-ajru (destinazzjonijiet ta’ Londra, Girona, Edinburgh u Alicante).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Barra minn hekk, AOC ikkonkludiet tliet kuntratti ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-ewwel wieħed ma’ Ryanair u t-tnejn l-oħra ma’ AMS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-ewwel kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, iffirmat fis-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE> għal perijodu ta’ għaxar snin, Ryanair kellha timplimenta attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex tirreklama ż-żona ta’ Altenburg-Nobitz. AOC kienet marbuta tħallas iż-żewġ tariffi bħala korrispettiv. Min-naħa, hija kienet tħallas <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>tariffa ta’ suċċess<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> għal kull passiġġier li jitlaq, li kienet tiddetermina tariffa netta li kellha titħallas minn Ryanair għas-servizzi ajruportwali li jikkonċernaw l-inżul, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru lokali, l-illuminazzjoni, il-parkeġġ (mingħajr parkeġġ tal-lejl), assistenza fuq il-korsa tal-ajruport u assistenza għall-passiġġieri, l-infrastruttura u t-taxxi ajruportwali għal kull passiġġier. AOC kienet tikkalkola t-tariffa netta għal kull passiġġier permezz ta’ skedi ta’ volum tal-passiġġieri u kienet tippreżenta l-kalkolu lil Ryanair fi tmiem il-ġimgħa. Ryanair kienet tikkalkola t-tariffa ta’ suċċess u kienet tippreżenta l-kalkolu lil AOC f’terminu ta’ 30 jum fi tmiem ix-xahar. Il-kalkolu kien ibbażat kull darba fuq is-servizzi li twettqu fix-xahar kalendarju preċedenti. Ryanair setgħet tnaqqas it-tariffa ta’ suċċess tagħha bbażata fuq ir-riżultat mill-fatturi mensili ta’ AOC għat-tariffi ta’ nżul.<?PAGE NO="3"?> Min-naħa l-oħra, AOC kienet tħallas <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>tariffa ta’ suċċess<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> ibbażata fuq perċentwal speċifiku taż-żidiet eventwali tat-tariffi imposti mill-ajruport, jiġifieri 100 % ta’ kull żieda fit-tariffa tas-sigurtà imposta mill-Istat, sa limitu massimu ta’ 10 % tar-rata ppubblikata fuq perijodu ta’ ħames snin u 100 % ta’ kull żieda fit-tariffi ppubblikati jew ta’ tariffi, dazju jew taxxi introdotti fit-tariffi ajruportwali ppubblikati, sa limitu massimu ta’ 10 %, fuq perijodu ta’ ħames snin totali, tat-tariffa ppubblikata mħallsa minn Ryanair.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont it-tieni kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, iffirmat fit-<DATE ISO="20080828">28 ta’ Awwissu 2008</DATE> għal tul inizjali ta’ sentejn, AMS kienet marbuta tipprovdi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li kienu jikkonsistu f’reklami fuq is-sit internet ta’ Ryanair, bi ħlas minn AOC ta’ [kunfidenzjali]<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0003"><P>Informazzjoni kunfidenzjali ommessa.</P></NOTE> fl-2008 u ta’ [kunfidenzjali] fl-2009. Il-kuntratt kien jeżiġi li Ryanair topera rotta bejn l-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz u dak ta’ Londra-Stansted kuljum fis-sajf u erba’ darbiet fil-ġimgħa fix-xitwa, kif ukoll rotta lejn l-ajruport ta’ Girona tliet darbiet fil-ġimgħa fis-sajf biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont it-tielet kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, iffirmat fil-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE> għal tul inizjali ta’ sena, AMS inkarigat ruħha mill-ġdid li tipprovdi mill-ġdid servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li kienu jikkonsistu f’reklami fuq is-sit internet ta’ Ryanair, bi ħlas minn AOC ta’ [kunfidenzjali]. Il-kuntratt kien marbut mal-impenn ta’ Ryanair li tipproponi, b’effett mis-sajf tal-2010, u esklużivament matul l-istaġun tas-sajf IATA li jibda fit-<DATE ISO="20100328">28 ta’ Marzu 2010</DATE> u jispiċċa fit-<DATE ISO="20101030">30 ta’ Ottubru 2010</DATE>, rotot bejn l-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz u dak ta’ Londra-Stansted (seba’ darbiet fil-ġimgħa), ta’ Girona (tliet darbiet fil-ġimgħa) u ta’ Alicante (darbtejn fil-ġimgħa).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rotot lejn l-ajruporti ta’ Barcelona-Girona, ta’ Edinburgh u ta’ Alicante ġew abbandunati kollha u, fil-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-istess ġara fir-rigward tar-rotta lejn l-ajruport ta’ Londra-Stansted, b’mod li, f’din id-data, Ryanair waqqfet kull attività ta’ tluq mill-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz.</TXT><P>[omissis]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160530">30 ta’ Mejju 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw talba għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fl-<DATE ISO="20160620">20 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fit-<DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab li jintervjeni f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180315">15 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tirrinvija l-kawża quddiem is-Sitt Awla Estiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u li tistieden, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previst fl-Artikolu 88 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, lill-partijiet iwieġbu għal ċerti mistoqsijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet instemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1(4) u l-Artikoli 2 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-Kunsill, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI><STI><P>[omissis]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ vantaġġ</HT></HT></P></TI><STI><P>[omissis]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ parti, ibbażata fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-analiżi tagħha ta’ profittabbiltà</HT></P></TI><STI><P>[omissis]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq l-użu ta’ suppożizzjonijiet inadatti fil-kalkolu tal-profittabbiltà</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[omissis]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0247"><NO.P>247</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument li jgħid li l-Kummissjoni eżaminat b’mod żbaljat il-profittabbiltà tal-kuntratti inkwistjoni billi ħadet inkunsiderazzjoni perijodu ta’ żmien limitat għal seba’ xhur, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li dan l-argument għandu jiġi eżaminat direttament skont il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, kif jirriżulta mill-Artikolu 107(1) TFUE, u mhux skont il-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0248"><NO.P>248</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-ġurisprudenza (ara l-punt 106 iktar ’il fuq) jirriżulta li hemm lok li jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni setgħetx validament tqis, fil-kuntest tal-analiżi tagħha tal-profittabbiltà inkrementali, li operatur f’ekonomija tas-suq, li jopera minflok l-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz, kien jevalwa l-interess li jikkonkludi l-kuntratt tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, flimkien mal-kuntratt ta’ servizzi ajruportwali tat-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE> u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE>, billi jieħu inkunsiderazzjoni perijodu ta’ żmien limitat għal seba’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0249"><NO.P>249</NO.P><TXT>L-aġir ta’ operatur avżat f’ekonomija tas-suq huwa ggwidat minn perspettivi ta’ profittabbiltà fuq perijodu itwal (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910321">21 ta’ Marzu 1991</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-305/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:142">EU:C:1991:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali operatur li jixtieq jimmassimizza l-profitti tiegħu huwa lest jieħu riskji kkalkolati fid-determinazzjoni tar-remunerazzjoni xierqa li għandu jistenna mill-investiment tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0250"><NO.P>250</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, huwa paċifiku li t-tliet kuntratti inkwistjoni u, b’mod partikolari, il-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, ġew konklużi għal żmien determinat. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonstatat, fil-premessa 259 tad-deċiżjoni kkontestata, li dan l-aħħar kuntratt beda fil-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE> u spiċċa sena wara li tnediet l-ewwel rotta bl-ajru li kellha tibda mal-istaġun tas-sajf tal-2010. Peress li s-servizzi tal-ajru ta’ Ryanair kienu intiżi esklużivament għal perijodu ta’ seba’ xhur, jiġifieri l-istaġun tas-sajf IATA fl-2010, il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tal-profittabbiltà għal dan il-perijodu biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0251"><NO.P>251</NO.P><TXT>Huwa paċifiku wkoll li, hekk kif indikat il-Kummissjoni mingħajr ma ġiet kontradetta mir-rikorrenti, qabel il-konklużjoni tal-kuntratti inkwistjoni, l-operatur tal-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz ma kienx ipprepara pjan ta’ negozju dwar l-operat tar-rotot lejn l-ajruporti ta’ Londra, ta’ Girona u ta’ Alicante.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0252"><NO.P>252</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni setgħet tqis, mingħajr ma twettaq żball, li operatur f’ekonomija tas-suq kien jevalwa l-profittabbiltà inkrementali tal-kombinazzjoni tat-tliet kuntratti inkwistjoni fir-rigward ta’ spejjeż u dħul matul it-tul tal-operat tar-rotta tal-ajru inkwistjoni, jiġifieri seba’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0253"><NO.P>253</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Kummissjoni kienet qieset b’mod żbaljat, fil-premessa 259 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kuntratt dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE> kien ser jintemm sena wara li tnediet l-ewwel rotta bl-ajru ta’ Ryanair u mhux wara l-forniment tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ AMS, huwa ineffettiv. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma stabbilixxewx li tali żball, minkejja li huwa deplorabbli, kellu impatt sinjifikattiv fuq il-kalkolu tal-profittabbiltà inkrementali mistennija mill-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>. Kif spjegat il-Kummissjoni waqt is-seduta bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, jirriżulta li, anki jekk il-kuntratt kien ġie konkluż għal tul inizjali ta’ sena wara l-introduzzjoni tal-ewwel servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni minn AMS, id-dħul inkrementali minn attivitajiet ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi, kif ukoll l-ispejjeż operazzjonali inkrementali mistennija mill-operat tar-rotot bl-ajru ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz ma nbidilx. Bl-istess mod, ma huwiex stabbilit li d-dewmien temporali tal-fatturazzjoni minn AMS lil AOC tal-prezz tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kellu xi impatt fuq l-ammont li kien dovut minn AOC abbażi tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u li kien parti mill-ispejjeż li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0254"><NO.P>254</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni t-tul effettiv tal-operat tar-rotta bl-ajru ta’ Ryanair, u mhux it-tul tal-kuntratt tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, jiġifieri sena, ma jaffettwax il-validità tal-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali mwettqa fid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, il-Kummissjoni setgħet tippreżumi, mingħajr ma twettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, li operatur f’ekonomija tas-suq kien jistenni sempliċement id-dħul inkrementali għall-perijodu li matul tiegħu Ryanair impenjat ruħha li twettaq ir-rotta bl-ajru inkwistjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ma wrewx li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn AMS ma kinux intiżi li jkollhom effetti sostenibbli fuq l-aġir tal-persuni li jikkonsultaw is-sit internet ta’ Ryanair (ara l-punti 184 sa 188 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0255"><NO.P>255</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-argument li l-Kummissjoni kellha tanalizza il-profittabbiltà tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE> għall-perijodu bejn id-data tal-bidu ta’ dan il-kuntratt sad-data tal-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizzi ajruportwali tat-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE> ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0256"><NO.P>256</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li jiġi rrikonoxxut li l-kuntratt ta’ servizzi ajruportwali tat-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE> baqa’ japplika sal-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, hemm lok li jiġi kkonstatat li, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-kuntratti tal-2003, li kienu jipprovdu b’mod partikolari titjiriet regolari kuljum lejn l-ajruport ta’ Londra-Stansted matul is-sena kollha (premessa 47 tad-deċiżjoni kkontestata), il-partijiet irrevedew, u anki kkompletaw, il-kundizzjonijiet tal-kollaborazzjoni sussegwenti tagħhom kemm f’termini ta’ impenn tal-operat tat-titjiriet kif ukoll tar-remunerazzjoni għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, permezz tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tat-<DATE ISO="20080828">28 ta’ Awwissu 2008</DATE>, Ryanair impenjat ruħha li topera rotta lejn dan<?PAGE NO="6"?> l-ajruport kuljum fis-sajf u erba’ darbiet fil-ġimgħa fix-xitwa, kif ukoll rotta lejn l-ajruport ta’ Girona, fis-sajf biss, tliet darbiet fil-ġimgħa (premessa 57 tad-deċiżjoni kkontestata), filwaqt li, bil-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, Ryanair impenjat ruħha li topera rotot lejn l-ajruporti ta’ Londra-Stansted (seba’ darbiet fil-ġimgħa), ta’ Girona (tliet darbiet fil-ġimgħa) u ta’ Alicante (darbtejn fil-ġimgħa) matu l-istaġun tas-sajf IATA. Bl-istess mod, bil-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tat-<DATE ISO="20080828">28 ta’ Awwissu 2008</DATE> u bil-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, AOC impenjat ruħha li tħallas rispettivament l-ammont ta’ [kunfidenzjali] (ara l-punt 7 iktar ’il fuq) u l-ammont ta’ [kunfidenzjali] (ara l-punt 8 iktar ’il fuq) sabiex tikseb is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ AMS. Dawn il-ħlasijiet kienu jinkludu t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>tariffa ta’ suċċess<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, stabbilita fil-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE> bħala remunerazzjoni tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni żgurati minn Ryanair.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0257"><NO.P>257</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa raġonevoli li jitqies li operatur f’ekonomija tas-suq, li jaġixxi minflok AOC, kien jistenna fil-mument li fih ġie konkluż il-kuntratt tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE> li, fil-mument tal-iskadenza tal-aħħar kuntratt, ir-rikorrenti ma jaċċettawx sempliċement li jistabbilixxu mill-ġdid it-termini tal-kuntratt ta’ servizzi ajruportwali tat-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE> u tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE>, iżda jinsistu wkoll fuq in-negozjar mill-ġdid tal-impenn tal-operat ta’ titjiriet mill-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz kif ukoll fuq il-ħlasijiet ġodda għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0258"><NO.P>258</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li Ryanair ma kinitx lesta sempliċement li tistabbilixxi mill-ġdid it-termini inizjali tal-kuntratti tal-2003 mingħajr ma titlob ħlasijiet ġodda huwa kkonfermat ex post mill-fatt li, minn naħa, Ryanair kellha rotta waħda biss matul l-istaġun tax-xitwa IATA 2010/2011, li beda fit-<DATE ISO="20101030">30 ta’ Ottubru 2010</DATE> u ntemm fit-<DATE ISO="20110328">28 ta’ Marzu 2011</DATE>, lejn u mill-ajruport ta’ Londra-Stansted, madankollu bis-sostenn finanzjarju ta’ impriżi privati reġjonali (premessa 32(d) u premessa 64 tad-deċiżjoni kkontestata), u mill-fatt li, min-naħa l-oħra, l-azzjonisti u d-diretturi ta’ AOC kienu rrifjutaw li jħallsu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">420000</FT> mitluba minn Ryanair bħala tariffi għall-kummerċjalizzazzjoni għall-ħin tas-sajf 2011, peress li din tal-aħħar temmet l-attivitajiet tagħha fl-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz f’Marzu 2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0259"><NO.P>259</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex stabbilit li kien ikun iktar xieraq li l-Kummissjoni teżamina din il-profittabbiltà mistennija tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE> fuq perijodu bejn id-data tal-bidu ta’ dan il-kuntratt sad-data tal-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizzi ajruportwali tat-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE> li fir-rigward tiegħu kien marbut, jiġifieri f’April 2013 u estiż għalhekk sal-perijodu ta’ żmien mill-2010 sal-2013 minflok seba’ xhur li ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li, huwa minnu li n-nota tal-<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE> prodotta mir-rikorrenti tindika li l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, flimkien maż-żewġ kuntratti l-oħra, kienet tkun profittabbli li kieku l-analiżi tal-profittabbiltà twettqet fuq il-perijodu minn Jannar 2010 sa April 2013. Madankollu, kif indikat ġustament il-Kummissjoni, l-analiżi fin-nota tal-<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE> ma tinkludix il-ħlasijiet il-ġodda mistennija għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0260"><NO.P>260</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, hemm lok li jiġi miċħud l-ilment tar-rikorrenti dwar il-perijodu ta’ żmien tal-analiżi tal-profittabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0261"><NO.P>261</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti dwar ir-rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ inġenju tal-ajru, għandu jiġi kkonstatat li, sabiex jiġi kkalkolat in-numru mistenni ta’ passiġġieri skont il-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, il-Kummissjoni kkonstatat, fil-premessa 264 tad-deċiżjoni kkontestata, rata ta’ 80 % għal inġenju tal-ajru b’189 post li jikkorrispondi għall-kapaċità msemmija f’dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0262"><NO.P>262</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni spjegat quddiem il-Qorti Ġenerali li rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 80 % kien argument raġonevoli. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għar-rapport annwali ta’ Ryanair tal-2009 li fih hemm indikat, minn naħa, li t-titjiriet operati minn Ryanair fuq in-netwerk tagħha kellhom rata ta’ użu<?PAGE NO="7"?> tal-kapaċità ta’ 81 % u, min-naħa l-oħra, li r-rati ta’ użu tal-kapaċità fuq rotot ġodda bħal pereżempju r-rotta l-ġdida lejn l-ajruport ta’ Alicante prevista fil-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-<DATE ISO="20100125">25 ta’ Jannar 2010</DATE>, kienu ġeneralment iktar baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0263"><NO.P>263</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni spjegat li r-rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 80 % kkonstatata minnha kienet sitwazzjoni iktar ottimista minn dik adottata mill-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz dwar id-dħul mistenni mill-attivitajiet ta’ Ryanair. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni pproduċiet tabella li l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu pprovdew waqt il-proċedura amministrattiva u li kienet tinkludi xenarji differenti dwar ir-rati ta’ użu tal-kapaċità minn 70 sa 90 %. Din it-tabella kienet tipprovdi li, anki b’rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 70 %, seta’ jinkiseb riżultat pożittiv bl-attività ta’ Ryanair (ara l-premessa 99 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0264"><NO.P>264</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex tiġi ddeterminata r-rata ta’ użu tal-kapaċità kkonstatata fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq elementi oġġettivi li, barra minn hekk, kienu jiġġustifikaw biżżejjed id-diverġenza fir-rigward tar-rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 85 % li ġiet applikata f’każijiet oħra ta’ għajnuna mill-Istat dwar il-ftehimiet konklużi mir-rikorrenti ma’ ajruporti oħra. Peress li l-metodi ta’ kalkolu tar-rata ta’ użu tal-kapaċità kkonstatata f’dawn il-każijiet l-oħra u d-deċiżjoni kkontestata huma differenti, għandu jiġi kkonstatat li l-approċċ tal-Kummissjoni ma jistax jitqies bħala inkoerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0265"><NO.P>265</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilment tar-rikorrenti dwar l-applikazzjoni ta’ rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 80 % għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0266"><NO.P>266</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti dwar in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-esternalità tan-netwerk fil-kalkolu tad-dħul mhux ajrunawtiku għas-sena 2010, hemm lok li jitfakkar li, fl-assenza ta’ informazzjoni ex ante rilevanti, il-Kummissjoni telqet mill-premessa li, f’Jannar 2010, meta ġie ffirmat il-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz ħa inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tad-dħul mhux ajrunawtiku, id-dħul effettiv tas-snin preċedenti, li kien żdied kunsiderevolment meta mqabbel mal-2006 u l-2007. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li, fl-2010, l-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz kien ibbaża l-previżjonijiet tad-dħul mhux ajrunawtiku tiegħu fuq is-sentejn preċedenti, li kien ta’ ammont medju ta’ EUR 1.80 sa 2.30 għal kull passiġġier għas-snin 2008 u 2009 (premessa 263(b) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0267"><NO.P>267</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dan il-kalkolu tad-dħul mhux ajrunawtiku għas-sena 2010 ma huwa vvizzjat b’ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0268"><NO.P>268</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif spjegat il-Kummissjoni, mill-atti tal-proċess jirriżulta li r-rikorrenti kienu pprovdew servizzi simili ħafna matul is-snin preċedenti fil-kuntest tal-kuntratt tat-<DATE ISO="20080828">28 ta’ Awwissu 2008</DATE>, flimkien mal-kuntratt ta’ servizzi ajruportwali tat-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE> u mal-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE>, b’tali mod li ma kien hemm xejn li jippermetti lil operatur f’ekonomija tas-suq li jassumi żieda f’daqqa tad-dħul mhux ajrunawtiku għal kull passiġġier minħabba l-esternalità tan-netwerk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0269"><NO.P>269</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq l-użu ta’ suppożizzjonijiet inadatti fil-kalkolu tal-profittabbiltà għandu jiġi miċħud.</TXT><P>[omissis]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla Estiża)</P><?PAGE NO="8"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Csehi</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spineanu-Matei</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></JUDGMENT>