|
29.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 321/46 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9965 — ECP ControlCo/First Sentier Investors/Terra-Gen Power Holdings II)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 321/08)
1.
Fil-21 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ECP ControlCo, LLC (“ECP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
First Sentier Investors (US) Infrastructure GP LLC (“FSI”, l-Istati Unitit tal-Amerka), ikkontrollata minn Mitsubishi UFJ Financial Group Inc. (“MUFG”, il-Ġappun), |
|
— |
Terra-Gen Power Holdings II, LLC (“TG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa fil-kontroll esklużiv ta’ ECP. |
ECP u FSI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TG. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ECP: investiment ta’ ekwità privata, li jiffoka fuq l-investiment fi proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija eżistenti u ġodda fl-Amerika ta’ Fuq, |
|
— |
FSI: ġestjoni tal-assi f’isem klijenti bħal investituri istituzzjonali, fondi tal-pensjonijiet, distributuri u pjattaformi bl-ingrossa, konsulenti finanzjarji u l-klijenti tagħhom, |
|
— |
TG: is-sjieda, it-tħaddim u l-iżvilupp ta’ assi ta’ enerġija rinnovabbli u nadifa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9965 — ECP ControlCo/First Sentier Investors/Terra-Gen Power Holdings II
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+ 32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).