19.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 389/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1726

tal-14 ta’ Settembru 2020

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti għall-Għoti ta’ Appoġġ Reċiproku fil-kuntest tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq il-post

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2015, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għall-konklużjoni ta’ Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti fil-kuntest tal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom ta’ maniġġar ta’ kriżijiet fuq il-post.

(2)

Ġie nnegozjat Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti għall-Għoti ta’ Appoġġ Reċiproku fil-kuntest tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq il-post (il-‘Ftehim Qafas’).

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim Qafas jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti għall-Għoti ta’ Appoġġ Reċiproku fil-kuntest tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq il-post huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni. (1)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim Qafas sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Ara paġna 2 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.