|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1312 |
27.6.2024 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 83 — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna [2024/1312]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Serje ta’ emendi 08 – Data tad-dħul fis-seħħ: 5 ta’ Jannar 2024
Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2023/57.
WERREJ
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
|
6. |
Riżervat |
|
7. |
Estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni (COP -Conformity of production) |
|
9. |
Konformità waqt is-servizz |
|
10. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
12. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
|
13. |
Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1 |
Karatteristiċi tal-magna u tal-vettura u informazzjoni dwar it-twettiq tat-testijiet |
|
Appendiċi 1 — |
Rapport tat-Test |
|
Appendiċi 2 — |
Riżervat |
|
Appendiċi 3A — |
Pakketti ta’ Dokumentazzjoni |
|
Appendiċi 3B — |
Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-AES |
|
2 |
Komunikazzjoni |
|
Appendiċi 1 — |
Riżervat |
|
Appendiċi 2 — |
Ċertifikat ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-OBD |
|
3 |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
|
4 |
Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz |
|
Appendiċi 1 — |
Kriterji għall-għażla tal-vetturi u d-deċiżjoni dwar il-vetturi li ma għaddewx mit-testijiet |
|
Appendiċi 2 — |
Regoli għat-twettiq tat-testijiet tat-Tip 4 matul il-konformità waqt is-servizz |
|
Appendiċi 3 — |
Rapport tal-ISC |
|
Appendiċi 4 — |
Rapport annwali tal-ISC mill-Awtorità li tagħti l-Approvazzjoni tat-Tip |
|
Appendiċi 5 — |
Listi ta’ trasparenza |
|
5 |
Test tat-Tip 2 |
|
6 |
Test tat-Tip 3 |
|
7 |
Riżervat |
|
8 |
Test tat-Tip 6 |
|
9 |
Riżervat |
|
10 |
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza |
|
10a |
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils gassużi ta’ referenza |
|
11 |
Sistema Dijanjostika Abbord (OBD) – Rekwiżiti tal-prestazzjoni waqt l-użu |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet ikkawżati mit-tħaddim tal-magna fuq idle (test tat-Tip 2), ta’ emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank (test tat-Tip 3) u ta’ emissjonijiet mill-egżost f’temperatura ambjentali baxxa (test tat-Tip 6) għall-emissjonijiet ta’ komposti gassużi.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-konformità waqt is-servizz.
|
1.1. |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg (1).
Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija skont dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża mill-vetturi msemmija hawn fuq għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 840 kg u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija skont dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża mill-vetturi msemmija hawn fuq għall-vetturi bi skop speċjali tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 irrispettivament mill-massa ta’ referenza tagħhom. Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-vettura inkwistjoni hija vettura bi skop speċjali 1. |
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 154, sakemm mhux speċifikat mod ieħor hawn taħt, f’liema każ għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2.1. |
“Tip ta’ vettura” tfisser grupp ta’ vetturi li ma jvarjawx fil-karatteristiċi li ġejjin: |
|
2.1.1. |
L-inerzja ekwivalenti determinata skont il-massa ta’ referenza kif preskritta fit-Tabella A4a/3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament; u |
|
2.1.2. |
Il-karatteristiċi tal-magna u tal-vettura kif definiti fl-Anness1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.2. |
Riżervat |
|
2.3. |
“Massa massima” tfisser il-massa massima li hija teknikament permessibbli ddikjarata mill-manifattur tal-vettura (din il-massa tista’ tkun akbar mill-massa massima awtorizzata mill-amministrazzjoni nazzjonali). |
|
2.4. – 2.7. |
Riżervat |
|
2.8. |
“Kaxxa tal-krank” tfisser l-ispazji fil-magna jew barra minnha li huma konnessi mas-samp taż-żejt permezz ta’ pajpijiet interni jew esterni li minnhom jistgħu jgħaddu l-gassijiet u l-fwar. |
|
2.9. – 2.11. |
Riżervat |
|
2.12. |
“Apparati tal-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet tal-egżost u l-emissjonijiet evaporattivi. |
|
2.13. |
Riżervat |
|
2.14. |
“Test tal-konformità waqt is-servizz” tfisser it-test u l-evalwazzjoni tal-konformità li jsiru f’konformità mal-paragrafu 9 u l-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.15. |
“Miżmuma u użata b’mod xieraq” tfisser, għall-fini ta’ vettura tat-test, li tali vettura tissodisfa l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ vettura magħżula stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 4. |
|
2.16. – 2.18. |
Riżervat |
|
2.19. |
“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.20. – 2.25. |
Riżervat |
|
2.26. |
“Startjar kiesaħ” tfisser, fil-kuntest tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu ta’ monitors OBD, temperatura tal-fluwidu berried tal-magna jew temperatura ekwivalenti ta’ 35 °C jew anqas meta tistartja l-magna u ta’ 7 °C jew anqas ogħla mit-temperatura ambjentali, jekk disponibbli. |
|
2.27. – 2.34. |
Riżervat |
|
2.35. |
“Reaġent” tfisser kwalunkwe prodott għajr il-fjuwil li jinħażen abbord il-vettura u li jiġi pprovdut lis-sistema ta’ posttrattament tal-egżost fuq talba tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet. |
|
2.36. |
“Emissjonijiet f’sewqan reali (RDE)” tfisser l-emissjonijiet minn vettura fil-kundizzjonijiet tal-użu normali tagħha. |
|
2.37. |
“Sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS)” tfisser sistema portabbli tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet li tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE. |
|
2.38. |
“Strateġija Bażi ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (BES)” tfisser strateġija għall-emissjonijiet li tkun attiva matul il-medda operattiva tal-veloċità u tat-tagħbija tal-vettura sakemm ma tkunx ġiet attivata Strateġija Awżiljarja ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet. |
|
2.39. |
“Strateġija Awżiljarja ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (AES)” tfisser strateġija tal-emissjonijiet li ssir attiva u tieħu post jew li timmodifika BES għal skop speċifiku u bħala reazzjoni għal grupp speċifiku ta’ kundizzjonijiet ambjentali jew operattivi u li tibqa’ operattiva biss sakemm jibqgħu jeżistu dawn il-kundizzjonijiet. |
|
2.40. |
“Parti terza” tfisser parti li jkollha interess leġittimu u r-riżorsi għall-faċilitajiet tal-ittestjar b’akkreditazzjoni f’konformità mal-EN ISO/IEC 17020 u EN ISO/IEC 17025. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ emissjonijiet ikkawżati mit-tħaddim tal-magna fuq idle, ta’ emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank u ta’ emissjonijiet mill-egżost f’temperatura ambjentali baxxa għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
3.1.1. |
Barra minn hekk, il-manifattur għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
|
3.2. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni rigward l-emissjonijiet mill-egżost huwa muri fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.3. |
Għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi sottomessa vettura rappreżentattiva tat-tip tal-vettura li jrid jiġi approvat lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni. |
|
3.3.1. |
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.1 ta’ dan ir-Regolament għandha titħejja b’konformità mal-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.3.2. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3.1.1(a), il-manifattur għandu juża l-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni waqt l-użu tal-OBD stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.3.3. – 3.3.4. |
Riżervat |
|
3.3.5. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3.1.1(b) ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet meħuda biex jipprevjenu t-tbagħbis u l-modifika tal-kompjuter tal-kontroll tal-emissjonijiet għandhom jinkludu l-faċilità biex isir l-aġġornament permezz ta’ programm approvat jew regolar approvata mill-manifattur. |
|
3.3.6. |
Għat-testijiet speċifikati fit-Tabella A, il-manifattur għandu jissottometti lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat. |
|
3.3.7. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bi fjuwil flessibbli għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 5.8 tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
3.3.8. |
It-tibdiliet fl-għamla ta’ sistema, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata li jseħħu wara approvazzjoni tat-tip ma għandhomx jinvalidaw approvazzjoni tat-tip b’mod awtomatiku, sakemm il-karatteristiċi oriġinali jew il-parametri tekniċi tagħha ma jinbidlux b’tali mod li jaffettwaw il-funzjonalità tal-magna jew tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis. |
|
3.4. |
Pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża |
|
3.4.1. |
Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw l-użu xieraq tal-AES, b’kont meħud tal-projbizzjoni tal-apparat ta’ manipulazzjoni li tinsab fil-Paragrafu 5.1.7, il-manifattur għandu jipprovdi wkoll pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża, kif deskritt fl-Appendiċi 3a tal-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.4.2. |
Għal vetturi approvati bil-karattru EB u EC kif definit fit-Tabella A3/1, l-Anness 3, il-manifattur għandu jintroduċi indikatur (Sinjal jew Timer tal-AES - AES Flag or Timer) biex jindika meta vettura tkun miexja fil-modalità tal-AES minflok fil-modalità tal-BES. L-indikatur għandu jkun disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard meta jiġi mitlub minn għodda għall-iskennjar ġenerika. L-AES li tkun qed tintuża għandha tkun identifikabbli permezz tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni formali, bħal fl-Appendiċi 3a tal-Anness 1. |
|
3.4.3. |
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u jinżamm minn dik l-awtorità għal tal-anqas 10 snin wara li tingħata l-approvazzjoni. |
|
3.4.4. |
Fuq it-talba tal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq valutazzjoni preliminari tal-AES għal tipi ta’ vetturi ġodda. F’dak il-każ, id-dokumentazzjoni rilevanti għandha tiġi pprovduta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bejn xahrejn (2) u 12-il xahar qabel il-bidu tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
3.4.5. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel valutazzjoni preliminari abbażi tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża, kif deskritt fil-punt (b) tal-Appendiċi 3a tal-Anness 1, ipprovdut mill-manifattur. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel il-valutazzjoni f’konformità mal-metodoloġija deskritta fl-Appendiċi 3b tal-Anness 1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tiddevja minn dik il-metodoloġija f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati. |
|
3.4.6. |
Il-valutazzjoni preliminari tal-AES għal tipi ġodda ta’ vetturi għandha tibqa’ valida għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip għal perjodu ta’ 18-il xahar. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż bi 12-il xahar oħra jekk il-manifattur jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip prova li ebda teknoloġija ġdida ma saret aċċessibbli fis-suq li tista’ tbiddel il-valutazzjoni preliminari tal-AES. |
|
3.4.7. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tittestja l-funzjonament tal-AES. |
|
3.4.8. |
Lista ta’ AES li tqiesu mhux aċċettabbli mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi kkumpilata kull sena minn Parti Kontraenti fuq talba ta’ awtorità reġjonali. |
|
3.4.9. |
Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip pakkett ta’ dokumentazzjoni formali, bħal fl-Appendiċi 3a tal-Anness 1, li jkun fih informazzjoni dwar l-AES/il-BES li jippermetti lil tester indipendenti jidentifika jekk l-emissjonijiet imkejla jistgħux jiġu attribwiti għal strateġija AES jew BES jew jekk humiex potenzjalment dovuti għal apparat ta’ manipulazzjoni. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni formali għandu jkunu disponibbli fuq talba. |
|
3.4.10. |
Il-vetturi tal-kategorija M1 jew N1 għandhom jiġu approvati bil-karattri tal-emissjonijiet EA, EB jew EC kif speċifikat fit-Tabella A3/1, l-Anness 3, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ta’ utilità ddeterminati f’konformita mal-valuri speċifikati fit-Tabella A8.App5/1 tal-paragrafu 3.2 tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
3.5. |
Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet skont dan ir-Regolament (“l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip”) b’pakkett dwar it-trasparenza tal-ittestjar li fih l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun jista’ jitwettaq l-ittestjar f’konformità mal-paragrafu 5.9 tal-Anness 4. |
4. Approvazzjoni
|
4.1. |
Jekk il-vettura tat-tip li ġiet sottomessa għall-approvazzjoni wara din l-emenda tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura. |
|
4.2. |
Għal kull tip approvat, għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni. |
|
4.2.1. |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jikkonsisti f’erba’ taqsimiet. Kull taqsima għandha tkun isseparata bil-karattru “*”.
Iċ-ċifri kollha għandhom ikunu numriu Għarab. |
|
4.2.2. |
Eżempju ta’ Numru tal-Approvazzjoni għal dan ir-Regolament:
E11*83R08/01/EA*0123*01 L-ewwel estensjoni tal-Approvazzjoni enumerata 0123, maħruġa mir-Renju Unit għas-Serje ta’ Emendi 08, is-Suppliment 01, li hija Approvazzjoni skont l-istandard tal-emissjonijiet “Euro 6e”. |
|
4.2.3. |
L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta’ vettura ieħor. |
|
4.3. |
In-notifika dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.3.1. |
F’każ li t-test preżenti jiġi emendat, pereżempju, jekk jiġu preskritti valuri ta’ limitu ġodda, il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim għandhom ikunu mgħarrfa dwar liema tipi ta’ vetturi diġà approvati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni. |
|
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, b’sing u bin-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.4.3. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandu jkun fiha ittra addizzjonali wara n-numru tal-approvazzjoni tat-tip, bl-iskop li tiddistingwi l-istandard tal-emissjonijiet li għalih ingħatat l-approvazzjoni. Din l-ittra għandha tiġi magħżula skont it-Tabella A3/1 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.5. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament, in-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti tan-NU kollha, li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u tkun b’tali mod li ma tistax titħassar. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanża tad-data tal-vettura. |
|
4.7.1. |
L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni. |
5. Speċifikazzjonijiet u testijiet
|
5.1. |
Ġenerali |
|
5.1.1. |
Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi l-ġodda kollha għandhom approvazzjoni tat-tip f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni u tal-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati. Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi huma effettivament limitati, skont dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f’kundizzjonijiet normali. Għalhekk, il-miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom jiġu verifikati sa perjodu ta’ ħames snin jew 100 000 km, liema minnhom jasal l-ewwel. Il-konformità waqt is-servizz għandha tiġi verifikata, b’mod partikolari, għall-emissjonijiet mit-tailpipe ttestjati biex jiġi verifikat li jirrispettaw il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
5.1.2. |
Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’mod li jippermetti li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. |
|
5.1.3. |
Riżervat |
|
5.1.4. |
Riżervat |
|
5.1.5. |
Dispożizzjonijiet għas-sigurtà tas-sistema elettronika |
|
5.1.5.1. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għas-sigurtà tas-sistema elettronika tal-paragrafu 6.1.7. tar-Regolament tan-NU Nru 154. L-applikazzjoni effettiva ta’ dawn l-istrateġiji għall-protezzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tista’ tiġi ttestjata waqt l-approvazzjoni tat-tip u/jew is-sorveljanza tas-suq reġjonali. |
|
5.1.5.2. |
Il-manifatturi għandhom jiskoraġġixxu b’mod effettiv ir-riprogrammazzjoni tal-qari tal-odometru, fin-network tal-bord, fi kwalunkwe kontrollur fis-sistema tal-motopropulsjoni, kif ukoll fl-unità tat-trażmissjoni għall-iskambju ta’ data remota, jekk ikun applikabbli. Il-manifatturi għandhom jinkludu strateġiji sistematiċi ta’ protezzjoni kontra t-tbagħbis u karatteristiċi li jipproteġu milli ssir kitba sabiex jipproteġu l-integrità tal-qari tal-odometru. Il-metodi li jagħtu livell adegwat ta’ protezzjoni kontra t-tbagħbis għandhom jiġu approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. L-applikazzjoni effettiva ta’ dawn l-istrateġiji għall-protezzjoni tal-odometru tista’ tiġi ttestjata waqt l-approvazzjoni tat-tip u/jew is-sorveljanza tas-suq reġjonali. |
|
5.1.6. |
Għandu jkun possibbli li l-vettura tiġi spezzjonata (kontroll tekniku) għall-affidabbiltà stradali, bil-għan li tiġi ddeterminata l-prestazzjoni tagħha skont id-data miġbura f’konformità mal-paragrafu 5.3.7. Jekk din l-ispezzjoni tirrikjedi proċedura speċjali, din għandha tiġi spjegata fid-dettall fil-manwal tas-servis (jew mezzi ekwivalenti). Din il-proċedura speċjali ma għandhiex teħtieġ l-użu ta’ tagħmir speċjali barra dak ipprovdut mal-vettura. |
|
5.1.7. |
L-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll tal-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika fejn:
|
|
5.2. |
Applikazzjoni tat-testijiet
It-Tabella A tindika d-diversi possibbiltajiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura. Tabella A Rekwiżiti Applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test għall-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.3. |
Deskrizzjoni tat-testijiet |
|
5.3.1. |
Riżervat |
|
5.3.2. |
Test tat-Tip 2 (Test tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju bil-magna fuq l-idle) |
|
5.3.2.1. |
Dan it-test isir fuq il-vetturi kollha li għandhom magni ta’ tqabbid bi spark, kif ġej: |
|
5.3.2.1.1. |
Il-vetturi li jistgħu jieħdu jew petrol jew LPG jew NG/bijometan għandhom jiġu ttestjati bit-test tat-Tip 2 biż-żewġ fjuwils. |
|
5.3.2.1.2. |
Minkejja r-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.2.1.1, il-vetturi monofjuwil tal-gass jitqiesu għat-test tat-Tip 2 bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil gassuż. |
|
5.3.2.2. |
Għat-test tat-Tip 2 stabbilit fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament, bil-veloċità idle normali tal-magna, il-manifattur tal-vettura għandu jiddikjara l-kontenut massimu permissibbli tal-monossidu tal-karbonju fil-gassijiet tal-egżost. Madankollu, il-kontenut massimu ta’ monossidu tal-karbonju ma għandux ikun ogħla minn 0,3 fil-mija skont il-volum.
B’veloċità idle għolja, il-kontenut ta’ monossidu tal-karbonju skont il-volum tal-gassijiet tal-egżost ma għandux ikun ogħla minn 0,2 fil-mija, b’veloċità tal-magna ta’ mill-inqas 2 000 min–1 u b’valur tal-Lambda ta’ 1 ± 0,03 jew f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. |
|
5.3.3. |
Test tat-Tip 3 (li jivverifika l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank) |
|
5.3.3.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1 għajr dawk li għandhom magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni. |
|
5.3.3.1.1. |
Il-vetturi li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll LPG jew NG jenħtieġ li jiġu ttestjati fit-test tat-Tip 3 bil-petrol biss. |
|
5.3.3.1.2. |
Minkejja r-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.3.1.1, il-vetturi monofjuwil tal-gass jitqiesu għat-test tat-Tip 3 bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil gassuż. |
|
5.3.3.2. |
Meta tiġi ttestjata f’konformità mal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-kaxxa tal-krank tal-magna ma għandhiex tippermetti l-emissjoni ta’ gassijiet mill-kaxxa tal-krank fl-atmosfera. |
|
5.3.4. |
Riżervat |
|
5.3.5. |
Test tat-Tip 6 (li jivverifika l-emissjonijiet medji tal-egżost ta’ monossidu tal-karbonju u idrokarburi wara startjar kiesaħ f’temperatura ambjentali baxxa) |
|
5.3.5.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1. għajr dawk li għandhom magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni. |
|
5.3.5.1.1. |
Il-vettura titqiegħed fuq xażi dinamometriku mgħammar b’mezz ta’ simulazzjoni tat-tagħbija u tal-forza tal-inerzja. |
|
5.3.5.1.2. |
It-test juwa magħmul mill-erba’ ċikli tas-sewqan urbani elementari tal-Ewwel Parti tat-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC. It-test tal-Ewwel Parti huwa deskritt fil-paragrafu 6.1.1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, u huwa muri fl-Illustrazzjoni A4a/1 tal-istess anness. It-test tat-temperatura ambjentali baxxa li jdum total ta’ 780 sekonda għandu jsir mingħajr interruzzjonijiet u jibda hekk kif tistartja l-magna. |
|
5.3.5.1.3. |
It-test tat-temperatura ambjentali baxxa għandu jsir f’temperatura ambjentali tat-test ta’ 266 K (-7 °C). Qabel ma jsir it-test, il-vetturi tat-test għandhom ikunu kkundizzjonati b’mod uniformi biex ikun żgurat li r-riżultati tat-test ikunu riproduċibbli. Il-kundizzjonament u proċeduri oħrajn tat-test jitwettqu kif deskritt fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.3.5.1.4. |
Waqt it-test, il-gassijiet tal-egżost jiġu dilwiti u jinġabar kampjun proporzjonali. Il-gassijiet tal-egżost tal-vettura ttestjata jiġu dilwiti, jittieħed kampjun tagħhom u jiġu analizzati, skont il-proċedura deskritta fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitkejjel il-volum totali tal-egżost dilwit. Il-gassijiet tal-egżost dilwiti jiġu analizzati għall-monossidu tal-karbonju u għall-idrokarburi totali. |
|
5.3.5.2. |
Soġġett għar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.3.5.2.2 u 5.3.5.3, it-test għandu jsir tliet darbiet. Il-massa li tirriżulta mill-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi għandha tkun inqas mil-limiti indikati fit-Tabella 2.
Tabella 2 Limitu ta’ emissjoni għall-emmissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi mit-tailpipe wara startjar kiesaħ
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
5.3.5.2.1. |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.5.2, għal kull sustanza niġġiesa, mill-inqas tnejn mit-tliet riżultati tat-test iridu jkunu taħt il-limitu. Wieħed mir-riżultati tat-test jista’ jaqbeż il-limitu, iżda mhux b’aktar minn 10 fil-mija. Il-valur tal-medja aritmetika tat-tliet riżultati tat-test għal sustanza niġġiesa jrid ikun taħt il-limitu preskritt. Fejn il-limiti preskritti jinqabżu għal aktar minn sustanza niġġiesa waħda, ma tagħmilx differenza jekk dan jiġrix fl-istess test jew f’testijiet differenti. |
|
5.3.5.2.2. |
In-numru ta’ testijiet preskritti fil-paragrafu 5.3.5.2 jista’, fuq it-talba tal-manifattur, jiżdied għal 10 jekk il-medja aritmetika tal-ewwel tliet riżultati tkun inqas minn 110 fil-mija tal-limitu. F’dan il-każ, ir-rekwiżit wara l-ittestjar huwa biss li l-medja aritmetika tal-10 riżultati kollha għandha tkun inqas mill-valur ta’ limitu. |
|
5.3.5.3. |
In-numru ta’ testijiet preskritti fil-paragrafu 5.3.5.2 jista’ jitnaqqas skont il-paragrafi 5.3.5.3.1 u 5.3.5.3.2. |
|
5.3.5.3.1. |
Jekk ir-riżultat miksub għal kull sustanza niġġiesa tal-ewwel test ikun inqas minn jew daqs 0,70 L, għandu jsir test wieħed. |
|
5.3.5.3.2. |
Jekk ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.5.3.1 ma jiġix issodisfat, isiru biss żewġ testijiet jekk, għal kull sustanza niġġiesa, ir-riżultat tal-ewwel test ikun inqas minn jew daqs 0,85 L u t-total tal-ewwel żewġ riżultati ikun inqas minn jew daqs 1,70 L u r-riżultat tat-tieni test ikun inqas minn jew daqs L.
(V1 ≤ 0,85 L u V1 + V2 ≤ 1,70 L u V2 ≤ L). |
|
5.3.6. |
Riżervat |
|
5.3.7. |
Data dwar l-emissjoni meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali |
|
5.3.7.1. |
Dan ir-rekwiżit japplika għall-vetturi kollha li għandhom magna ta’ tqabbid bi spark li għalihom tintalab approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament. |
|
5.3.7.2. |
Meta l-vettura tiġi ttestjata f’konformità mal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament (test tat-Tip 2) bil-veloċità idle normali:
|
|
5.3.7.3. |
Meta ttestjati b’veloċità “idle għolja” (jiġifieri > 2 000 min–1)
Il-valur Lambda għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni Brettschneider simplifikata, kif ġej:
Fejn:
|
|
5.3.7.4. |
It-temperatura taż-żejt tal-magna waqt li jsir it-test għandha titkejjel u tkun rreġistrata. |
|
5.3.7.5. |
It-tabella tal-punt 2.2 tal-Addendum tal-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi mimlija. |
|
5.3.7.6. |
Il-manifattur għandu jikkonferma l-preċiżjoni tal-valur Lambda rreġistrat fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip fil-paragrafu 5.3.7.3 li jista’ jitqies bħala rappreżentattiva tal-vetturi tipiċi tal-produzzjoni fi żmien 24 xahar mid-data tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Għandha ssir evalwazzjoni abbażi ta’ stħarriġijiet u studji tal-vetturi tal-produzzjoni. |
6. Riżervat
7. Estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip
|
7.1. |
Estensjonijiet għall-emissjonijiet mit-tailpipe (test tat-Tip 2) |
|
7.1.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar testijiet fuq il-vetturi jekk dawn ikunu konformi mal-kriterji tal-paragrafu 3.0.1(c) tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
7.2. |
Estensjonijiet għat-test f’temperaturi baxxi (test tat-Tip 6) |
|
7.2.1. |
Vetturi b’mases ta’ referenza differenti |
|
7.2.1.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża biss għal vetturi b’massa ta’ referenza li teħtieġ l-użu taż-żewġ kategoriji ogħla li jmiss ta’ inerzja ekwivalenti jew ta’ kwalunkwe kategorija ekwivalenti aktar baxxa ta’ inerzja. |
|
7.2.1.2. |
Għall-vetturi tal-kategorija N, l-approvazzjoni għandha tiġi estiża biss għal vetturi b’massa ta’ referenza aktar baxxa, jekk l-emissjonijiet tal-vettura diġà approvata jkunu fi ħdan il-limiti preskritti għall-vettura li għaliha qed tintalab l-estensjoni tal-approvazzjoni. |
|
7.2.2. |
Vetturi bi proporzjonijiet globali ta’ trażmissjoni differenti |
|
7.2.2.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal vetturi bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni differenti taħt ċerti kundizzjonijiet biss. |
|
7.2.2.2. |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-approvazzjoni tat-tip tistax tiġi estiża, għal kull wieħed mill-proporzjonijiet ta’ trażmissjoni użati fit-test tat-Tip 6, għandu jiġi ddeterminat il-proporzjon,(E) = (V2 – V1)/V1 li bih, fejn, b’veloċità tal-magna ta’ 1 000 min–1, V1 hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura approvat u V2 hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura li għaliha qed tintalab l-estensjoni tal-approvazzjoni. |
|
7.2.2.3. |
Jekk, għal kull proporzjon ta’ trażmissjoni, E ≤ 8 fil-mija, l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ma jiġi ripetut it-test tat-Tip 6. |
|
7.2.2.4. |
Jekk, għal mill-inqas proporzjon ta’ trażmissjoni wieħed, E > 8 fil-mija, u jekk, għal kull proporzjon tal-gerijiet, E ≤ 13 fil-mija, it-test tat-Tip 6 għandu jiġi ripetut. It-testijiet jistgħu jitwettqu f’laboratorju magħżul mill-manifattur soġġett għall-approvazzjoni tas-servizz tekniku. Ir-rapport tat-testijiet għandu jintbagħat lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
7.2.3. |
Vetturi b’mases ta’ referenza u proporzjonijiet ta’ trażmissjoni differenti
L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża għal vetturi b’mases ta’ referenza u bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni differenti, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha preskritti fil-paragrafi 7.2.1 u 7.2.2. |
8. Konformità tal-produzzjoni (COP -Conformity of production)
|
8.1. |
Kull vettura li jkollha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma, fir-rigward tal-komponenti li jaffettwaw l-emissjonijiet ta’ sustanżi niġġiesa mill-magna u l-emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank, mat-tip ta’ vettura approvat. Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u b’mod partikolari ma’ dawn ir-rekwiżiti: |
|
8.1.1. |
Fejn applikabbli, għandu jitwettaq it-Test tat-Tip 2 u 3, kif deskritt fit-Tabella A ta’ dan ir-Regolament. Il-proċeduri speċifiċi għall-konformità tal-produzzjoni huma stabbiliti fil-paragrafu 8.2. |
|
8.2. |
Verifika tal-konformità tal-vettura għal test tat-Tip 3. |
|
8.2.1. |
Jekk tkun se titwettaq verifika tat-test tat-Tip 3, din għandha ssir f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin: |
|
8.2.1.1. |
Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddetermina li l-kwalità tal-produzzjoni tidher li mhijiex sodisfaċenti, għandha tittieħed vettura b’mod aleatorju mill-familja u tiġi soġġetta għat-testijiet deskritti fl-Anness 6. |
|
8.2.1.2. |
Il-produzzjoni għandha titqies li hija konformi jekk din il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet deskritti fl-Anness 6. |
|
8.2.1.3. |
Jekk il-vettura ttestjata ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.2.1.1, għandu jittieħed kampjun aleatorju ieħor ta’ erba’ vetturi mill-istess familja u dawn għandom jiġu soġġetti għat-testijiet deskritti fl-Anness 6. It-testijiet jistgħu jitwettqu fuq vetturi li jkunu wettqu massimu ta’ 15 000 km mingħajr modifiki. |
|
8.2.1.4. |
Il-produzzjoni għandha titqies li hija konformi jekk mill-inqas tliet vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-testijiet deskritti fl-Anness 6. |
9. Konformità waqt is-servizz
|
9.1. |
Il-miżuri biex tiġi żgurata l-konformità waqt is-servizz ta’ vetturi bl-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu f’konformità mal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. |
|
9.2. |
I-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz għandhom ikunu xierqa sabiex jiġi kkonfermat li l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet mit-tailpipe jkunu limitati b’mod effettiv matul il-ħajja normali tal-vetturi f’kundizzjonijiet tal-użu normali. |
|
9.3. |
Il-konformità waqt is-servizz għandha tiġi vverifikata fuq vetturi miżmuma u użati kif suppost, f’konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness 4, bejn 15 000 km jew 6 xhur, skont liema minnhom isseħħ l-aktar tard, u 100 000 km jew 5 snin, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel. Il-konformità waqt is-servizz għall-emissjonijiet evaporattivi għandha tiġi vverifikata fuq vetturi miżmuma u użati kif suppost, f’konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness 4, bejn 30 000 km jew 12-il xahar, skont liema minnhom isseħħ l-aktar tard, u 100 000 km jew 5 snin, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel.
Ir-rekwiżiti għall-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz huma applikabbli sa 5 snin wara li l-aħħar vetturi ta’ dik il-familja ta’ konformità waqt is-servizz ikunu ġew irreġistrati. |
|
9.4. |
Il-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz ma għandhomx ikunu obbligatorji jekk il-volum ta’ produzzjoni annwali ta’ familja ta’ konformità waqt is-servizz maħsuba għall-bejgħ fil-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-regolament kien ta’ inqas minn 5 000 vettura fis-sena preċedenti. Għall-Unjoni Ewropea, dan għandu japplika għall-Unjoni kollha. Għal familji bħal dawn, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip b’rapport dwar kwalunkwe garanzija relatata mal-emissjonijiet u t-tiswija rilevanti kif stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Anness 4. Tali familji ta’ konformità waqt is-servizz xorta jistgħu jintgħażlu sabiex jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 4. |
|
9.5. |
Il-manifattur u l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandhom iwettqu l-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz f’konformità mal-Anness 4. Awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, servizzi tekniċi u atturi oħra jistgħu jwettqu partijiet mill-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz f’konformità mal-Anness 4. |
|
9.6. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu d-deċiżjoni dwar jekk familja naqsitx milli tissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-konformità waqt is-servizz, wara valutazzjoni tal-konformità u tapprova l-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju ppreżentati mill-manifattur f’konformità mal-Anness 4. |
|
9.7. |
Jekk awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, servizz tekniku jew atturi oħra jkunu stabbilew li familja ta’ konformità waqt is-servizz ma tgħaddix mill-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, huma għandhom jinnotifikaw dan bla dewmien lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip.
Wara dik in-notifika, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinforma lill-manifattur li l-familja ta’ konformità waqt is-servizz ma tgħaddix mill-kontroll tal-konformità waqt is-servizz u li għandhom jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Anness 4. |
|
9.8. |
Il-manifattur għandu jiżgura li, matul il-ħajja normali ta’ vettura li hija tat-tip approvat f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154, ir-riżultati finali tal-emissjonijiet tal-RDE tagħha kif iddeterminati f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE u emessi fi kwalunkwe test tal-RDE mwettaq f’konformità ma’ dak ir-Regolament, ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet għall-NOX u l-PN. |
10. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
10.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament, tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.1 jew jekk il-vettura jew il-vetturi meħuda ma jgħaddux mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 8.1.1. |
|
10.2. |
Jekk Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
11. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopji tal-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
12. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
|
12.1. |
Dispożizzjonijiet Ġenerali |
|
12.1.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 08, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 08. |
|
12.2. |
Approvazzjonijiet tat-tip |
|
12.2.1. |
Mill-1 ta’ Settembru 2023, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjoni lil tipi ġodda ta’ vetturi biss jekk dawn ikunu konformi ma’:
|
|
12.2.2. |
Mill-1 ta’ Jannar 2025, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjoni lil tipi ġodda ta’ vetturi biss jekk dawn ikunu konformi ma’:
|
|
12.2.3. |
Mill-1 ta’ Jannar 2027, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjoni lil tipi ġodda ta’ vetturi biss jekk dawn ikunu konformi ma’:
|
13. Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra (5).
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7, il-paragrafu 2. — https://unece.org/transport/vehicle-regulations/wp29/resolutions
(2) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7 - l-Anness 3, https://unece.org/transport/vehicle-regulations/wp29/resolutions
(3) Il-proċeduri speċifiċi tat-test għall-vetturi tal-idroġenu u għall-vetturi bi fjuwil flessibbli bil-bijodiżil se jiġu definiti aktar tard.
(4) Meta vettura bifjuwil tkun ikkombinata ma’ vettura bi fjuwil flessibbli, japplikaw iż-żewġ rekwiżiti tat-test.
(5) Din il-komunikazzjoni għandha ssir permezz ta’ “343-app” li hija disponibbli fuq: https://apps.unece.org/WP29_application
ANNESS 1
Karatteristiċi tal-magna u tal-vettura u informazzjoni dwar it-twettiq tat-testijiet
L-informazzjoni li ġejja, meta applikabbli, għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej.
Jekk ikun hemm disinji, dawn għandhom ikunu fi skala xierqa u juru dettall suffiċjenti; għandhom jiġu ppreżentati f’format A4 jew jintwew f’dak il-format. F’każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu f’dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom għandha tiġi pprovduta.
0.
Ġenerali
0.1.
L-għamla (isem l-intrapriża): …
0.2.
Tip: …
0.2.1.
L-isem/ismijiet kummerċjali, jekk ikun(u) disponibbli: …
0.2.3.1.
Familja ta’ interpolazzjoni (skont ir-Regolament tan-NU Nru 154): …
0.2.3.3.
Identifikatur tal-familja tal-PEMS (skont ir-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE (jekk applikabbli) …
0.2.3.4.
Familja tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq …
0.3.
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: (1) …
0.3.1.
Il-post ta’ dak l-immarkar: …
0.4.
Kategorija tal-vettura: (2) …
0.5.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.8.
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
0.9.
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur fejn jixraq: …
2.
Il-mases u d-dimensjonijiet (3) (f’kg u mm) (fejn ikun applikabbli, irreferi għad-disinn) …
2.6.
Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta’ vettura tal-irmonk ta’ kategorija għajr għal M1, b’apparat tal-akkoppjament, jekk installat mill-manifattur, f’kundizzjoni ta’ sewqan, jew massa tax-xażi jew xażi bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew apparat tal-akkoppjament jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew l-apparat tal-akkoppjament (inklużi likwidi, għodda, stepni, jekk ikunu installati, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, membru tal-ekwipaġġ jekk fil-vettura jkun hemm sit għall-membru tal-ekwipaġġ) (4) (massimu u minimu għal kull varjant): …
3.
Deskrizzjoni tal-konvertituri tal-enerġija u tal-impjant tal-enerġija. (7) (Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem bil-petrol, bid-diżil, eċċ., jew ukoll f’kombinazzjoni ma’ fjuwil ieħor, il-punti għandhom jiġu ripetuti. (8)) …
3.1.
Manifattur tal-Magna: …
3.1.1.
Kodiċi mogħti lill-magna mill-manifattur (kif immarkat fuq il-magna, jew xi mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): …
3.2.
Magna tal-kombustjoni interna: …
3.2.1.
Informazzjoni speċifika dwar il-magna: …
3.2.1.1.
Prinċipju tat-tħaddim: Tqabbid bi spark/tqabbid bil-kompressjoni, ċiklu four-stroke/two-stroke/rotattiv (9)
3.2.1.6.
Veloċità idle normali tal-magna: (9) …
3.2.1.6.1.
Veloċità idle għolja tal-magna: (9) …
3.2.1.7.
Kontenut tal-monossidu tal-karbonju skont il-volum fil-gass tal-egżost bil-magna fuq l-idle (skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, specifications, positive ignition engines only) (9) magni ta’ tqabbid bi spark biss) … fil-mija
3.2.13.
Il-post tas-simbolu tal-koeffiċjent ta’ assorbiment (magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni biss): …
3.2.15.
Sistema tal-alimentazzjoni tal-LPG: iva/le (6) …
3.2.16.
Sistema tal-alimentazzjoni tal-NG: iva/le (6)
3.2.18.
Sistema tal-alimentazzjoni tal-odroġenu: iva/le (6)
3.4.
Il-kombinazzjonijiet ta’ magni jew ta’ muturi
3.4.1.
Vettura Elettrika Ibrida: iva/le (6)
3.4.2.
Il-kategorija tal-vettura Elettrika Ibrida: Iċċarġjar Mhux Fuq l-Vettura / Iċċarġjar Fuq il-Vettura (6)
3.4.3.
Swiċċ tal-modalità tat-tħaddim: bi/mingħajr (6)
3.4.3.1.
Modalitajiet li jistgħu jintgħażlu …
3.4.3.1.1.
Elettriku pur: iva/le (6)
3.4.3.1.2.
Konsum purament tal-fjuwil: iva/le (6)
3.4.3.1.3.
.Modalitajiet ibridi:iva/le (jekk iva, deskrizzjoni qasira)
3.4.5.
Il-magni elettriċi (iddeskrivi kull tip ta’ magna elettrika separatament)
3.4.5.1.
Għamla: …
3.4.5.2.
Tip: …
3.4.5.3.
Użu primarju: il-mutur ta’ trazzjoni/il-ġeneratur
4.
Trażmissjoni (10)
4.5.
Il-gearbox: …
4.5.1.
It-tip (manwali/awtomatika/CVT (trażmissjoni kontinwament varjabbli) (6)…
4.6.
Il-proporzjonijiet tal-gerijiet …|
Indiċi |
Il-proporzjonijiet interni tal-gearbox (il-proporzjonijiet ta’ rivoluzzjonijiet tal-magna mar-rivoluzzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox) |
Proporzjonijiet finali tal-propulsjoni (proporzjon tar-rivoluzzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox mar-rivoluzzjonijiet tar-rota motorizzata) |
Proporzjonijiet tal-gerijiet totali |
|
Il-Massimu għal Trażmissjoni Kontinwament Varjabbli (CVT - Continuously Variable Transmission) |
|
|
|
|
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
4, 5, oħrajn |
|
|
|
|
Minimu għal CVT |
|
|
|
|
Riversjar |
|
|
|
6.
Sospensjoni: …
6.6.
Tajers u roti: …
6.6.1.
Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tajers/tar-roti(a) …
Għall-possibbiltajiet kollha tat-tajers indika d-deżinjazzjoni tad-daqs, l-indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità;
(b) …
Għat-tajers tal-kategorija Z maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi li l-veloċità massima tagħhom taqbeż it-300 km/h għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti; għar-roti indika d-daqs(ijiet) tar-rimm u l-offset(s).
6.6.1.1.
Fusien
6.6.1.1.1.
Fus 1: …
6.6.1.1.2.
Fus 2: …
6.6.1.1.3.
Fus 3: …
6.6.1.1.4.
Fus 4: … eċċ.
6.6.2.
Il-limiti ta’ fuq u ta’ isfel tar-raġġi/ċirkonferenza tad-dawrien: (11) …
6.6.2.1.
Fusien
6.6.2.1.1.
Fus 1: …
6.6.2.1.2.
Fus 2: …
6.6.2.1.3.
Fus 3: …
6.6.2.1.4.
Fus 4: …eċċ.
6.6.3.
Il-pressjoni(jiet) tat-tajers kif rakkomandat(i) mill-manifattur: … kPaAppendiċi 1
Rapport tat-test
Rapporti tat-Testijiet
Rapport tat-Test huwa r-rapport maħruġ mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet skont dan ir-regolament.
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, hija d-data minima meħtieġa.
Numru tar-rapport
|
APPLIKANT |
|
||
|
Manifattur |
|
||
|
SUĠĠETT |
… |
||
|
Oġġett sottomess għat-testijiet |
|||
|
|
Għamla |
: |
|
|
|
Tip |
: |
|
|
KONKLUŻJONI |
L-oġġett sottomess għat-testijiet huwa konformi mar-rekwiżiti msemmija fis-suġġett. |
||
|
POST, |
JJ/XX/SSSS |
Noti ġenerali:
Jekk ikun hemm diversi għażliet (referenzi), dik li tiġi ttestjata jenħtieġ li tiġi deskritta fir-rapport tat-test
Jekk ma jkunx hemm, referenza waħda għad-dokument ta’ informazzjoni fil-bidu tar-rapport tat-test tista’ tkun biżżejjed.
Kull Servizz Tekniku huwa liberu li jinkludi xi informazzjoni addizzjonali.
Il-karattri huma inklużi fit-taqsimiet tar-rapport tat-test relatati ma’ tipi speċifiċi ta’ vetturi, kif ġej:
|
“(a)” |
Speċifika għal vetturi b’magna ta’ tqabbid bi spark |
|
“(b)” |
Speċifika għal vetturi b’magna ta’ tqabbid bil-kompressjoni. |
1. Deskrizzjoni tal-vettura/i ttestjata/i:
1.1. Ġenerali
|
Numri tal-vetturi |
: |
Numru tal-prototip u VIN |
|
Kategorija |
: |
|
|
Roti motorizzati |
: |
|
1.1.1. Arkitettura tas-Sistema tal-Motopropulsjoni
|
Arkitettura tas-sistema tal-motopropulsjoni |
: |
ICE pura, ibrida |
1.1.2. Magna tal-kombustjoni interna
Għal aktar minn ICE waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
Għamla |
: |
|
||||
|
Tip |
: |
|
||||
|
Prinċipju tat-tħaddim |
: |
two/four-stroke |
||||
|
Numru ta’ ċilindri u l-arranġament tagħhom |
: |
|
||||
|
Ċilindrata (cm3) |
: |
|
||||
|
Veloċità idle tal-magna (min-1) |
: |
|
+ - |
|||
|
Veloċità idle għolja tal-magna (min-1) (a) |
: |
|
+ - |
|||
|
Potenza attribwita tal-magna |
: |
|
kW |
bi |
|
rpm |
|
Torque nett massimu |
: |
|
Nm |
bi |
|
rpm |
|
Spark plug (jekk applikabbli) |
: |
għamla u tip |
||||
|
Kojl tal-ignixin (jekk applikabbli) |
: |
għamla u tip |
||||
|
Lubrikant tal-magna |
: |
għamla u tip |
||||
|
Sistema tat-tkessiħ |
: |
Tip: arja/ilma/żejt |
||||
1.1.3. Fjuwil tat-test
Għal aktar minn fjuwil tat-test wieħed, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
Għamla |
: |
|
|
Tip |
: |
Petrol — Diżil — LPG — NG — … |
|
Densità f’temperatura ta’ 15°C |
: |
|
|
Kontenut ta’ kubrit |
: |
Għad-Diżil u għall-Petrol biss |
|
Numru tal-lott |
: |
|
1.1.4. Sistema ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil (jekk applikabbli)
Għal aktar minn sistema waħda ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
Injezzjoni diretta |
: |
iva/le jew deskrizzjoni |
|
Tip ta’ fjuwil tal-vettura |
: |
Monofjuwil / bifjuwil / flex fuel |
|
Unità ta’ kontroll |
||
|
Referenza tal-parti |
: |
l-istess bħad-dokument ta’ informazzjoni |
|
Software ttestjat |
: |
aqra permezz ta’ għodda tal-iskennjar, pereżempju |
|
Flussimetru tal-arja |
: |
|
|
Korporatura tal-aċċeleratur |
: |
|
|
Sensur tal-pressjoni |
: |
|
|
Pompa tal-injezzjoni |
: |
|
|
Injettatur(i) |
: |
|
1.1.5. Sistema tad-dħul (jekk applikabbli)
Għal aktar minn sistema tad-dħul waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
Ċarġer tal-pressjoni |
: |
Iva/le għamla u tip (1) |
|
Intercooler |
: |
iva/le tip (arja/arja – arja/ilma) (1) |
|
Filtru tal-arja (element) (1) |
: |
għamla u tip |
|
Silenzjatur tad-dħul (1) |
: |
għamla u tip |
1.1.6. Sistema tal-egżost u sistema antievaporattiva (jekk applikabbli)
Għal aktar minn waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
L-ewwel konvertitur katalitiku |
: |
għamla u referenza (1) prinċipju: tridirezzjonali / ossidizzanti / filtru tal-NOX / Sistema għall-ħżin tal-NOX / Riduzzjoni Katalitika Selettiva… |
|
It-tieni konvertitur katalitiku |
: |
għamla u referenza (1) prinċipju: tridirezzjonali / ossidizzanti / filtru tal-NOX / Sistema għall-ħżin tal-NOX / Riduzzjoni Katalitika Selettiva… |
|
Filtru tal-partikoli |
: |
bi/mingħajr/mhux applikabbli katalizzat: iva/le għamla u referenza (1) |
|
Referenza u pożizzjoni tas-sensur(i) tal-ossiġenu u/jew tal-lambda |
: |
qabel il-katalizzatur / wara l-katalizzatur |
|
Injezzjoni tal-arja |
: |
bi/mingħajr/mhux applikabbli |
|
Injezzjoni tal-ilma |
: |
bi/mingħajr/mhux applikabbli |
|
EGR |
: |
bi/mingħajr/mhux applikabbli imkessħa/mhux imkessħa HP/LP |
|
Referenza u pożizzjoni tas-sensur(i) tal-NOX |
: |
Qabel / wara |
|
Deskrizzjoni ġenerali (1) |
: |
|
1.1.8. Trażmissjoni (jekk applikabbli)
Għal aktar minn Trażmissjoni waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
Gearbox |
: |
manwali / awtomatika / varjazzjoni kontinwa |
||
|
Unità ta’ kontroll |
: |
|
||
|
Lubrikant tal-gearbox |
: |
għamla u tip |
||
|
Tajers |
||||
|
Għamla |
: |
|
||
|
Tip |
: |
|
||
|
Dimensjonijiet ta’ quddiem/wara |
: |
|
||
|
Ċirkonferenza dinamika (m) |
: |
|
||
|
Pressjoni tat-tajers (kPa) |
: |
|
||
|
||||
Proporzjonijiet tat-trażmissjoni (R.T.), proporzjonijiet primarji (R.P.) u (veloċità tal-vettura (km/h)) / (veloċità tal-magna (1 000 (min–1)) (V1000) għal kull wieħed mill-proporzjonijiet tal-gearbox (R.B.).
|
R.B. |
R.P. |
R.T. |
V1000 |
|
L-ewwel |
1/1 |
|
|
|
It-tieni |
1/1 |
|
|
|
It-tielet |
1/1 |
|
|
|
Ir-raba’ |
1/1 |
|
|
|
Il-ħames |
1/1 |
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
1.1.9. Magna elettrika (jekk applikabbli)
Għal aktar minn Magna Elettrika waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
Għamla |
: |
|
|
Tip |
: |
|
|
L-Ogħla Potenza (kW) |
: |
|
1.1.10. REESS ta’ Trazzjoni (jekk applikabbli)
Għal aktar minn REESS ta’ Trazzjoni waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
Għamla |
: |
|
|
Tip |
: |
|
|
Kapaċità (Ah) |
: |
|
|
Vultaġġ Nominali (V) |
: |
|
1.1.12. Elettronika tal-potenza (jekk applikabbli)
Tista’ tkun aktar minn PE waħda (konvertitur tal-propulsjoni, sistema b’vultaġġ baxx jew ċarġer)
|
Għamla |
: |
|
|
Tip |
: |
|
|
Potenza (kW) |
: |
|
1.2. Deskrizzjoni tal-vettura
1.2.1. Massa
|
Massa tal-inerzja (kg) |
: |
|
1.2.2. Parametri tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq
|
f0 (N) |
: |
|
|
f1 (N/(km/h)) |
: |
|
|
f2 (N/(km/h)2) |
: |
|
|
Identifikatur tal-familja tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq |
: |
|
2. Riżultati tat-testijiet
2.2. Test tat-Tip 2 (a)
Inkluż id-data dwar l-emissjonijiet meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali
|
Test |
CO (% vol) |
Lambda (12) |
Veloċità tal-magna (min–1) |
Temperatura taż-żejt (°C) |
|
Idle |
|
— |
|
|
|
Idle għolja |
|
|
|
|
2.3. Test tat-tip 3 (a)
Emissjonijiet ta’ gassijiet mill-kaxxa tal-krank fl-atmosfera: xejn
2.7. Test tat-Tip 6 (a)
|
Data tat-testijiet |
: |
(jum/xahar/sena) |
|
Il-post fejn isiru t-testijiet |
: |
|
|
Metodu tal-issettjar tax-xażi dinamometriku |
: |
deċellerazzjoni libera (referenza għar-reżistenza għall-avvanz fit-triq) |
|
Il-potenza effettiva assorbita f’veloċità ta’ 50 km/h inkluż it-telf mit-tħaddim tal-vettura fuq id-dinamometru (kW) |
: |
|
|
Sustanzi niġġiesa |
CO (g/km) |
HC (g/km) |
|
|
Test |
1 |
|
|
|
2 |
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
Medja |
|
|
|
|
Limitu |
|
|
|
2.9. Test tal-opaċità tad-duħħan (b)
2.9.1. Test f’veloċitajiet kostanti
|
Ara r-rapport(i) tal-familja |
: |
|
2.9.2. Test b’aċċellerazzjoni libera
|
Valur tal-assorbiment imkejjel (m–1) |
: |
|
|
Valur tal-assorbiment ikkoreġut (m–1) |
: |
|
Appendiċi 2
Riżervat
Appendiċi 3a
Pakketti ta’ dokumentazzjoni
Pakkett ta’ Dokumentazzjoni Formali:
Il-manifattur jista’ juża pakkett ta’ dokumentazzjoni formali wieħed għal diversi approvazzjonijiet tat-tip tal-emissjonijiet. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni formali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
Punt |
Spjegazzjoni |
||||||||
|
Numru/i tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-Emissjonijiet |
Lista ta’ numru/i tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet koperti minn din id-dikjarazzjoni BES-AES: inklużi r-referenza tal-approvazzjoni tat-tip, ir-referenza tas-software, in-numru tar-regolar, iċ-checksums ta’ kull verżjoni u ta’ kull Unità ta’ Kontroll (CU) rilevanti bħal dawk tal-magna u tal-posttrattament |
||||||||
|
Metodu tal-qari tal-verżjoni tas-software u tar-regolar |
Eż. spjegazzjoni tal-għodda tal-iskennjar |
||||||||
|
Strateġiji bażi ta’ kontroll tal-emissjonijiet |
|
||||||||
|
BES x |
Deskrizzjoni tal-istrateġija x |
||||||||
|
BES y |
Deskrizzjoni tal-istrateġija y |
||||||||
|
Strateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet |
|
||||||||
|
Preżentazzjoni tal-AESs |
Relazzjonijiet ġerarkiċi bejn l-AES: liema AES tieħu preċedenza jekk ikun hemm aktar minn waħda preżenti |
||||||||
|
AES x |
|
||||||||
|
AES y |
Bħal hawn fuq |
Pakkett ta’ Dokumentazzjoni Estiża
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jinkludi din l-informazzjoni dwar kull strateġija awżiljarja ta’ kontroll tal-emissjonijiet (AES):
|
(a) |
dikjarazzjoni mill-manifattur li l-vettura ma fiha l-ebda apparat ta’ manipulazzjoni li mhuwiex kopert minn waħda mill-eċċezzjonijiet fil-paragrafu 5.1.3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-magna u l-istrateġiji u l-apparati tal-kontroll tal-emissjonijiet użati, kemm software kif ukoll hardware, u kwalunkwe kundizzjoni li taħtha l-istrateġiji u l-apparati ma jaħdmux bħalma jagħmlu waqt l-ittestjar għat-TA; |
|
(c) |
dikjarazzjoni tal-verżjonijiet tas-software użati għall-kontroll ta’ dawn il-AES/BES, inklużi ċ-cheksums xierqa jew il-valuri ta’ referenza ta’ dawn il-verżjonijiet tas-software u l-istruzzjonijiet lill-awtorità dwar kif għandhom jinqraw iċ-checksums jew il-valuri ta’ referenza; id-dikjarazzjoni għandha tiġi aġġornata u mibgħuta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li jkollha dan il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża kull meta jkun hemm verżjoni ta’ software ġdid li jkollha impatt fuq l-AES/BES. Il-manifatturi jistgħu jitolbu biex jużaw alternattiva minflok iċ-checksum, dment li din l-alternattiva tipprovdi livell ekwivalenti ta’ traċċabilità għat-tibdil fil-verżjoni tas-software; |
|
(d) |
raġunament tekniku dettaljat ta’ kwalunkwe AES fejn jiġi stmat l-impatt bl-AES u mingħajra, u informazzjoni dwar dan li ġej:
|
|
(e) |
deskrizzjoni tal-loġika ta’ kontroll tas-sistema tal-fjuwil, tal-istrateġiji ta’ sinkronizzazzjoni u tal-punti ta’ swiċċjar tas-sistema tal-fjuwil fil-modalitajiet kollha ta’ tħaddim; |
|
(f) |
deskrizzjoni tar-relazzjonijiet ġerarkiċi fost l-AES (jiġifieri, meta iktar minn AES waħda jaf ikunu attivi fl-istess ħin, indikazzjoni ta’ liema AES hija dik ewlenija biex tirreaġixxi l-ewwel, il-metodu li bih jinteraġixxu l-istrateġiji, inkluż id-dijagrammi tal-fluss tad-data, il-loġika tad-deċiżjonijiet u kif il-ġerarkija taċċerta li l-emissjonijiet mill-AES kollha jiġu kkontrollati sal-inqas livell prattiku; |
|
(g) |
lista ta’ parametri li jitkejlu u/jew li jiġu kkalkulati mill-AES, flimkien mal-iskop ta’ kull parametru mkejjel u/jew ikkalkulat u kif kull wieħed minn dawk il-parametri huwa relatat mal-ħsara tal-magna; inkluż il-metodu ta’ kalkolu u kemm dawn il-parametri kkalkulati jikkorrelataw mal-istat reali tal-parametru li jkun qed jiġi kkontrollat u kwalunkwe tolleranza jew fattur ta’ sikurezza li jirriżultaw u li huma inkorporati fl-analiżi; |
|
(h) |
lista ta’ parametri tal-kontroll tal-magna/tal-emissjonijiet li huma modulati bħala funzjoni tal-parametri li jitkejlu jew li jiġu kkalkulati u l-firxa ta’ modulazzjoni għal kull parametru ta’ kontroll tal-magna/tal-emissjonijiet; flimkien mar-relazzjoni bejn il-parametri tal-kontroll tal-magna/tal-emissjonijiet u l-parametri li jitkejlu jew li jiġu kkalkulati; |
|
(i) |
evalwazzjoni dwar kif l-AES se tikkontrolla l-emissjonijiet waqt is-sewqan reali sal-inqas livell prattiku, inkluż analiżi dettaljata taż-żieda mistennija tat-total ta’ sustanzi niġġiesa rregolati u ta’ emissjonijiet ta’ CO2 bl-użu tal-AES, meta mqabbla mal-BES. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jkun limitat għal 100 paġna u għandu jinkludi l-elementi ewlenin kollha li jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tivvaluta l-AES. Il-pakkett jista’ jiġi kkomplementat b’annessi u b’dokumenti mehmuża oħrajn, li jkun fihom elementi komplementarji u addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. Il-manifattur għandu jibgħat verżjoni ġdida tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kull darba li jiġu introdotti bidliet fl-AES. Il-verżjoni ġdida għandha tkun limitata għall-bidliet u l-effett tagħhom. Il-verżjoni ġdida tal-AES għandha tiġi evalwata u approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jkun strutturat kif ġej:
Tabella A1/1
Pakkett ta’ Dokumentazzjoni Estiża għall-applikazzjoni tal-AES Nru YYY/OEM
|
Partijiet |
Paragrafu |
Punt |
Spjegazzjoni |
|||||||
|
Dokumenti ta’ introduzzjoni |
|
Ittra ta’ introduzzjoni lit-TAA |
Referenza tad-dokument bil-verżjoni, id-data tal-ħruġ tad-dokument, il-firma mill-persuna rilevanti fl-organizzazzjoni tal-manifattur |
|||||||
|
|
Tabella tal-verżjonijiet |
Il-kontenut tal-modifiki ta’ kull verżjoni: u liema parti hija mmodifikata |
||||||||
|
|
Deskrizzjoni tat-tipi (ta’ emissjonijiet) ikkonċernati |
|
||||||||
|
|
Tabella tad-dokumenti mehmuża |
Lista tad-dokumenti mehmuża kollha |
||||||||
|
|
Kontroreferenzi |
Link għall-paragrafu (a) sa (i) tal-Appendiċi 3a (fejn issib kull rekwiżit tar-regolament) |
||||||||
|
|
In-nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-apparat ta’ manipulazzjoni |
+ firma |
||||||||
|
Dokument bażiku |
0 |
Akronimi/abbrevjazzjonijiet |
|
|||||||
|
1 |
DESKRIZZJONI ĠENERALI |
|
||||||||
|
1.1 |
Preżentazzjoni ġenerali tal-magna |
Deskrizzjoni tal-karatteristiki prinċipali: iċ-ċilindrata, posttrattament, … |
||||||||
|
1.2 |
Arkitettura ġenerali tas-sistema |
Dijagramma tal-blokka tas-sistema: lista tas-sensuri u tal-attwaturi, spjegazzjoni tal-funzjonijiet ġenerali tal-magna |
||||||||
|
1.3 |
Qari tal-verżjoni tas-software u tar-regolar |
Eż. spjegazzjoni tal-għodda tal-iskennjar |
||||||||
|
2 |
Strateġiji bażi ta’ kontroll tal-emissjonijiet |
|
||||||||
|
2.x |
BES x |
Deskrizzjoni tal-istrateġija x |
||||||||
|
2.y |
BES y |
Deskrizzjoni tal-istrateġija y |
||||||||
|
3 |
Strateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet |
|
||||||||
|
3.0 |
Preżentazzjoni tal-AESs |
Relazzjonijiet ġerarkiċi bejn l-AES: deskrizzjoni u ġustifikazzjoni (eż. sikurezza, affidabbiltà, eċċ.) |
||||||||
|
3.x |
AES x |
|
||||||||
|
3.y |
AES y |
3.y.1 3.y.2 eċċ. |
||||||||
|
Il-limitu ta’ 100 paġna jintemm hawnhekk |
||||||||||
|
Anness |
|
Lista tat-tipi koperti b’din il-BES-AES: inklużi r-referenza tat-TA, ir-referenza tas-software, in-numru tar-regolar, checksums ta’ kull verżjoni u ta’ kull unità ta’ kontroll (control unit - CU) (il-magna u/jew il-posttrattament, jekk ikun hemm) |
||||||||
|
Dokumenti mehmużin |
|
Nota teknika għal ġustifikazzjoni tal-AES n° xxx |
Valutazzjoni tar-riskju jew ġustifikazzjoni permezz ta’ ttestjar jew eżempju ta’ ħsara f’daqqa, jekk ikun hemm |
|||||||
|
|
Nota teknika għal ġustifikazzjoni tal-AES n° yyy |
|
||||||||
|
|
Rapport tat-test għal kwantifikazzjoni speċifika tal-impatt tal-AES |
Rapport tat-test tat-testijiet speċifiċi kollha mwettqa għal ġustifikazzjoni tal-AES, dettalji tal-kundizzjonijiet tat-test, deskrizzjoni tal-vettura, id-data tat-testijiet, l-impatt fuq l-emissjonijiet u/jew is-CO2 bi jew mingħajr attivazzjoni tal-AES |
||||||||
Appendiċi 3b
Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-AES
Il-valutazzjoni tal-AES mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tinkludi mill-inqas il-verifiki li ġejjin:
|
1. |
Iż-żieda ta’ emissjonijiet indotta mill-AES għandha tinżamm fl-aktar livell baxx possibbli:
|
|
2. |
Meta jintuża sabiex jiġġustifika AES, ir-riskju ta’ ħsara f’daqqa u irreparabbli “fil-konvertitur tal-enerġija tal-propulsjoni u fis-sistema tal-mototrażmissjoni”, kif definit fir-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru. 2 (M.R.2) tal-Ftehimiet tan-NU/KEE tal-1958 u tal-1998 li fihom id-Definizzjonijiet tas-Sistema ta’ Propulsjoni tal-Vettura (13), għandu jintwera u jiġi ddokumentat kif xieraq, inkluża l-informazzjoni li ġejja:
|
|
3. |
Deskrizzjoni teknika adegwata għandha tiddokumenta għaliex huwa neċessarju li tintuża AES għat-tħaddim sikur tal-vettura:
|
|
4. |
Deskrizzjoni teknika adegwata għandha tiddokumenta għaliex huwa neċessarju li tintuża AES waqt l-istartjar ta’ magna:
|
(1) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, tal-komponent jew tat-tipi ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(2) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, il-paragrafu 2 — https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
(3) Meta jkun hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ mases u ta’ dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati.
(4) Il-massa tas-sewwieq u, jekk ikun applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ tiġi stmata bħala 75 kg (sottodiviżi fi 68 kg ta’ massa tal-okkupant u f’7 kg ta’ massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 – 1992), it-tank tal-fjuwil ikun mimli 90 fil-mija u s-sistemi l-oħrajn li jkun fihom likwidi (ħlief dawk għall-ilma użat) ikunu mimlija 100 fil-mija tal-kapaċità “s” speċifikata mill-manifattur.
(5) Għal trejlers jew għal semitrejlers, u għal vetturi mqabbda bi trejler jew b’semitrejler, li japplikaw tagħbija vertikali sinifikanti fuq l-apparat ta’ akkoppjament jew fuq in-nagħla, din it-tagħbija, diviża bl-aċċellerazzjoni standard tal-gravità, hija inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.
(6) Jekk jogħġbok niżżel hawnhekk il-valuri superjuri u inferjuri għal kull varjant.
(7) Fil-każ ta’ magni u ta’ sistemi mhux konvenzjonali, dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija hawn fuq għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur.
(8) Il-vetturi monofjuwil tal-gass jitqiesu għat-test bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil gassuż.
(9) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(10) Id-dettalji speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
(11) Speċifika wieħed jew l-ieħor.
(12) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet li fihom ma għandu jitħassar xejn meta jkunu applikabbli aktar minn entrata waħda).
(13) Id-Dokument ECE/TRANS/WP.19/1121 — https://unece.org/fileadmin/DAM/trans/main/wp29/wp29resolutions/ECE-TRANS-WP29-1121e.pdf
ANNESS 2
Komunikazzjoni
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġa minn |
Isem l-amministrazzjoni: … … … |
|
Li tikkonċerna:2 (2) |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rrifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa tal-gass mill-magna skont is-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 83
|
Nru tal-Approvazzjoni … |
|
|
|
Raġuni għall-estensjoni: … |
Taqsima I
|
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
Tip: … |
|
0.2.1. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): … |
|
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: (3) |
|
0.3.1. |
Il-post ta’ dak l-immarkar: … |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: (4) … |
|
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … |
|
0.8. |
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: … |
|
0.9. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: … |
|
1.0. |
Rimarki: … |
Taqsima II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): (ara l-addendum) |
|
2. |
Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: … |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): (ara t-Taqsima 3 tal-addendum) |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: … |
|
Dokumenti mehmużin: 1. |
Pakkett ta’ informazzjoni. |
|
2. |
Rapport tat-test. |
Addendum għall-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-Tip Nru … li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost skont ir-Regolament tan-NU Nru 83, serje ta’ emendi 08
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali |
|
1.1. |
Massa tal-vettura kundizzjoni ta’ sewqan: … |
|
1.2. |
Il-massa ta’ referenza tal-vettura: … |
|
1.3. |
Il-massa massima tal-vettura: … |
|
1.7. |
Roti motorizzati: quddiem, wara, 4 x 41 |
|
1.9. |
Vettura elettrika ibrida: iva/le1 |
|
1.9.1. |
Kategorija tal-vettura Elettrika Ibrida: Iċċarġjar Mhux Fuq il-Vettura (OVC - Off Vehicle Charging)/Iċċarġjar Fuq il-Vettura (NOVC - Vehicle Charging)1 |
|
1.9.2. |
Swiċċ tal-modalità tat-tħaddim: bi/mingħajr1 |
|
1.10. |
Identifikazzjoni tal-magna: … |
|
1.10.1. |
L-ispostament (ċilindrata) tal-magna: … |
|
1.10.2. |
Sistema tal-provvista tal-fjuwil: injezzjoni diretta/injezzjoni indiretta1 |
|
1.10.3. |
Fjuwil rakkomandat mill-manifattur: … |
|
1.10.4. |
Potenza massima: … kW bi … min-1 |
|
1.10.5. |
Apparat għall-iċċarġjar tal-pressjoni: iva/le1 |
|
1.10.6. |
Sistema tat-tqabbid: tqabbid bil-kompressjoni / tqabbid bi spark1 |
|
1.11. |
Sistema tal-motopropulsjoni elettrika (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida)1 |
|
1.11.1. |
Potenza netta massima: … kW, bi: … sa . … min-1 |
|
1.11.2. |
Potenza massima fuq tletin minuta: … kW |
|
1.11.3. |
Torque nett massimu: … Nm, bi … min-1 |
|
1.12. |
Batterija tat-trazzjoni (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida) |
|
1.12.1. |
Vultaġġ nominali: … V |
|
1.12.2. |
Kapaċità (rata ta’ sagħtejn): … Ah |
|
1.13. |
Trażmissjoni |
|
1.13.1. |
Trażmissjoni manwali jew awtomatika jew kontinwament varjabbli:1 (5) … |
|
1.13.2. |
Numru ta’ proporzjonijiet tal-gerijiet: … |
|
1.13.3. |
Proporzjon tal-gerijiet totali (inklużi ċ-ċirkonferenzi tad-dawrien tat-tajers mgħobbija): il-veloċitajiet fit-triq għal kull 1,000 min-1 (km/h)
L-ewwel ger: … Is-sitt ger: … It-tieni ger: … Is-seba’ ger: … It-tielet ger: … It-tmien ger: … Ir-raba’ ger: … Overdrive: … Il-ħames ger: … |
|
1.13.4. |
Proporzjon tat-trażmissjoni finali: … |
|
1.14. |
Tajers: … |
|
1.14.1. |
Tip: … |
|
1.14.2. |
Dimensjonijiet: … |
|
1.14.3. |
Ċirkonferenza tad-dawrien meta mgħobbija: … |
|
2. |
Riżultati tat-testijiet
Tip 3: … Tip 6:
|
|
2.2. |
Id-data dwar l-emissjonijiet meħtieġa għall-ittestajr tal-affidabbiltà stradali
|
|
2.4. |
Riżultati tat-test tal-opaċità tad-duħħan1 (6) |
|
2.4.1. |
B’veloċitajiet stabbli: Ara n-numru tar-rapport tat-test tas-servizz tekniku (jekk ikun hemm): … |
|
2.4.2. |
Testijiet b’aċċellerazzjoni libera |
|
2.4.2.1. |
Il-valur imkejjel tal-koeffiċjent ta’ assorbiment (jekk ikun hemm): ….m–1 |
|
2.4.2.2. |
Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent ta’ assorbiment: …m–1 |
|
2.4.2.3. |
Il-post tas-simbolu tal-koeffiċjent ta’ assorbiment fuq il-vettura: … |
|
3. |
Rimarki: …
Appendiċi 1 Riżervat
Appendiċi 2 Ċertifikat ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-OBD (Manifattur): (Indirizz tal-manifattur): Jiċċertifika li:
Magħmul fi [… Post] Fi [… Data] [Il-Firma tar-Rappreżentant tal-Manifattur] Annessi:
|
(1) In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(3) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, tal-komponent jew tat-tipi ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(4) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2. — https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
(5) Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’gearboxes li jaqilbu awtomatikament, agħti d-data teknika kollha rilevanti għalihom.
(*1) Il-formula Lambda: ara l-paragrafu 5.3.7.3 ta’ dan ir-Regolament.
(6) Il-valuri tal-opaċità tad-duħħan skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 24.
ANNESS 3
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni
Fil-marka tal-approvazzjoni maħruġa u mwaħħla ma’ vettura b’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun akkumpanjat minn karattru alfabetiku assenjat skont it-Tabella A3/1 ta’ dan l-anness, li jkun tirrifletti l-kategorija u l-klassi tal-vetturi li l-approvazzjoni hija limitata għalihom.
Dan l-anness jispjega d-dehra ta’ din il-marka, u jagħti eżempju ta’ kif għandha tkun komposta.
Il-grafika skematika li ġejja tippreżenta t-tqassim, il-proporzjonijiet u l-kontenut ġenerali tal-immarkar. It-tifsira tan-numri u tal-karattru alfabetiku huma identifikati, u jissemmew ukoll is-sorsi li jiddeterminaw l-alternattivi korrispondenti għal kull każ ta’ approvazzjoni.
a = 8 mm (minimu)
Il-grafiċi li ġejjin huma eżempji prattiċi ta’ kif jenħtieġ li jkun kompost l-immarkar.
Eżempju 1
Il-marka tal-approvazzjoni preċedenti mwaħħla ma’ vettura f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fir-Renju Unit (E 11), skont ir-Regolament tan-NU Nru 83 bin-numru tal-approvazzjoni 2439, kif iddefinit fit-Taqsima 3 tal-paragrafu 4.2.1 ta’ dan ir-Regolament. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 08 inkorporata. Barra minn hekk, il-karattru (EA) jindika li l-vettura tappartjeni għall-kategorija ta’ vetturi li tissodisfa l-istandard tal-emissjonijiet Euro 6e.
Eżempju 2
Il-marka tal-approvazzjoni preċedenti mwaħħla ma’ vettura f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont:
|
(a) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 83 bin-numru tal-approvazzjoni 0925, kif definit fit-Taqsima 3 tal-paragrafu 4.2.1 ta’ dan ir-Regolament. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 08 inkorporata. Barra minn hekk, il-karattru (EA) jindika li l-vettura tappartjeni għall-kategorija ta’ vetturi li tissodisfa l-istandard tal-emissjonijiet Euro 6e. |
|
(b) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 85 bin-numru tal-approvazzjoni 0818. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament fil-verżjoni oriġinali tiegħu. |
|
(c) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154 bin-numru tal-approvazzjoni 0807. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 02 inkorporata. Barra minn hekk, il-kodiċi ta’ akkumpanjament (1A) jindika li l-vettura hija approvata għal-Livell 1A (Ewropa). |
|
(d) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE bin-numru tal-approvazzjoni 1102. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament fil-verżjoni oriġinali tiegħu. Tabella A3/1 Ittri b’referenza għall-istandard tal-emissjonijiet, għall-kategorija tal-vettura u għat-tip tal-magna tal-vettura
|
ANNESS 4
Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz
1. Introduzzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija ta’ konformità waqt is-servizz (ISC) għall-verifika tal-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet mit-tailpipe (inkluż f’temperatura baxxa) u tal-emissjonijiet evaporattivi matul il-ħajja normali tal-vettura.
2. Deskrizzjoni tal-proċess
Illustrazzjoni 4/1
Illustrazzjoni tal-proċess tal-konformità waqt it-tħaddim
|
Nota: |
GTAA tirreferi għall-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, OEM tirreferi għall-manifattur, u Atturi Oħra huma definiti bħala: TAA tirreferi għal awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip differenti minn dik li tagħti l-approvazzjoni tat-tip rilevanti, TS tirreferi għal servizzi tekniċi, CP oħra tirreferi għal Partijiet Kontraenti li ma joħorġux l-approvazzjoni tat-tip, u għal partijiet terzi |
3. Definizzjoni tal-familja tal-ISC
Familja tal-ISC għandha tkun magħmula mill-vetturi li ġejjin:
|
(a) |
Għall-emissjonijiet mit-tailpipe (testijiet tat-Tip 1, tal-RDE u tat-Tip 6), il-vetturi koperti mill-familja tat-test tal-PEMS, kif deskritt fil-paragrafu 6.3.1 tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE, |
|
(b) |
Għall-emissjonijiet evaporattivi (test tat-Tip 4), il-vetturi inklużi fil-familja tal-emissjonijiet evaporattivi, kif deskritt fil-paragrafu 6.6.3 tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
4. Ġbir ta’ informazzjoni u valutazzjoni inizjali tar-riskju
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip u l-atturi l-oħra għandhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità possibbli relatati mal-emissjonijiet rilevanti sabiex jiġi deċiż liema familji tal-ISC għandhom jiġu vverifikati f’sena partikolari. Dawn għandhom iqisu, b’mod partikolari, l-informazzjoni li tindika t-tipi ta’ vetturi b’emissjonijiet għoljin f’kundizzjonijiet reali ta’ sewqan. Dik l-informazzjoni għandha tinkiseb permezz ta’ metodi xierqa, li jistgħu jinkludu telerilevament, sistemi ssimplifikati ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet abbord (SEMS) u ttestjar b’PEMS. In-numru u l-importanza tal-eċċessi osservati matul tali ttestjar jistgħu jintużaw sabiex tingħata prijorità lill-ittestjar tal-ISC.
Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta għall-verifiki tal-ISC, kull manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip dwar talbiet ta’ garanzija relatati mal-emissjonijiet, u kwalunkwe xogħol ta’ tiswija ta’ garanzija relatata mal-emissjonijiet imwettaq jew irreġistrat waqt is-servizz ta’ manutenzjoni, f’konformità ma’ format miftiehem bejn l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u n-natura tal-ħsarat għall-komponenti u s-sistemi relatati mal-emissjonijiet skont il-familja tal-ISC. Ir-rapporti tal-ISC għandhom jiġu ppreżentati mill-inqas darba fis-sena għal kull familja tal-ISC għad-durata tal-perjodu li matulu għandhom jitwettqu verifiki ta’ konformità waqt is-servizz f’konformità mal-paragrafu 9.3 ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapporti tal-ISC għandhom ikunu disponibbli fuq talba.
Abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel valutazzjoni inizjali tar-riskju li familja tal-ISC ma tikkonformax mar-regoli ta’ konformità waqt is-servizz u, abbażi ta’ dan, għandha tieħu deċiżjoni dwar liema familji għandhom jiġu ttestjati u liema tipi ta’ testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-ISC. Barra minn hekk, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ tagħżel b’mod aleatorju l-familji tal-ISC li għandhom jiġu ttestjati.
Atturi oħra għandhom iqisu l-informazzjoni miġbura skont l-ewwel paragrafu sabiex jipprijoritizzaw l-ittestjar. Barra minn hekk, jistgħu jagħżlu b’mod aleatorju l-familji tal-ISC li għandhom jiġu ttestjati.
5. Ittestjar tal-ISC
Il-manifattur għandu jwettaq ittestjar tal-ISC għall-emissjonijiet mit-tailpipe li jinkludi mill-inqas it-test tat-Tip 1 għall-familji tal-ISC kollha. Il-manifattur jista’ jwettaq ukoll RDE, testijiet tat-Tip 4 u tat-Tip 6 għall-familji tal-ISC kollha jew parti minnhom. Il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ir-riżultati kollha tal-ittestjar tal-ISC għall-konformità waqt is-servizz.
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika numru xieraq ta’ familji tal-ISC kull sena, kif stabbilit fil-paragrafu 5.4.
Atturi oħra jistgħu jwettqu kontrolli fuq kwalunkwe numru ta’ familji tal-ISC kull sena. Dawn għandhom jirrapportaw lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ir-riżultati kollha tal-ittestjar tal-ISC.
5.1. Assigurazzjoni tal-kwalità tal-ittestjar
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika kull sena l-kontrolli tal-ISC imwettqa mill-manifattur. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ wkoll tivverifika l-kontrolli tal-ISC imwettqa minn atturi oħrajn. Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-manifatturi, jew minn atturi oħra, li għandha tinkludi mill-inqas ir-rapport dettaljat tal-ISC f’konformità mal-Appendiċi 3. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ titlob lill-manifatturi, jew lil atturi oħra, biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali.
5.2. Divulgazzjoni tar-riżultati tat-testijiet
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tikkomunika r-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità, hekk kif isiru disponibbli, u l-miżuri ta’ rimedju għal familja tal-ISC partikolari lil atturi oħra li jkunu pprovdew ir-riżultati tat-testijiet għal dik il-familja.
Ir-riżultati tat-testijiet, inkluża d-data dettaljata għall-vetturi kollha ttestjati, jistgħu jiġu divulgati biss lill-pubbliku wara l-pubblikazzjoni mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tar-rapport annwali jew tar-riżultati ta’ proċedura tal-ISC individwali jew wara d-divulgazzjoni tal-proċedura statistika (ara l-paragrafu 5.10) mingħajr riżultat. Jekk ir-riżultati tat-testijiet tal-ISC imwettqa minn atturi oħra jiġu ppubblikati, għandha ssir referenza għar-rapport annwali mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip li inkludiethom.
5.3. Tipi ta’ testijiet
L-ittestjar tal-ISC għandu jitwettaq biss fuq il-vetturi magħżula f’konformità mal-Appendiċi 1.
L-ittestjar tal-ISC bit-test tat-Tip 1 għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154.
L-ittestjar tal-ISC bit-test tal-RDE għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE, it-testijiet tat-Tip 4 għandhom jitwettqu f’konformità mal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u t-testijiet tat-Tip 6 għandhom jitwettqu f’konformità mal-Anness 8.
5.4. Il-frekwenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ittestjar tal-ISC
Il-perjodu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ verifiki tal-konformità waqt is-servizz mill-manifattur għal familja tal-ISC partikolari ma għandux jaqbeż l-24 xahar.
Il-frekwenza tal-ittestjar tal-ISC imwettaq mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija ta’ valutazzjoni tar-riskju konsistenti mal-istandard internazzjonali ISO 31000:2018 — Ġestjoni tar-Riskji — Prinċipji u linji gwida li għandhom jinkludu r-riżultati tal-valutazzjoni inizjali magħmula skont il-paragrafu 4.
Kull awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq kemm it-test tat-Tip 1 kif ukoll it-test tal-RDE fuq minimu ta’ 5 fil-mija tal-familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena jew mill-inqas żewġ familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena, fejn ikunu disponibbli. Ir-rekwiżit għall-ittestjar ta’ minimu ta’ 5 fil-mija jew mill-inqas żewġ familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena ma għandux japplika għal manifatturi ta’ volum żgħir. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura l-aktar kopertura wiesgħa possibbli tal-familji tal-ISC u l-età tal-vettura f’familja partikolari ta’ konformità waqt is-servizz sabiex tiżgura l-konformità skont il-paragrafu 9.3 ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tlesti l-proċedura statistika għal kull familja tal-ISC li tkun bdiet fi żmien 12-il xahar.
It-testijiet tal-ISC tat-Tip 4 jew tat-Tip 6 ma għandu jkollhom ebda rekwiżit ta’ frekwenza minima.
5.5. Il-finanzjament għall-ittestjar tal-ISC mill-awtoritajiet li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli sabiex ikopru l-ispejjeż għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rkuprati mill-miżati li jistgħu jiġu imposti fuq il-manifattur mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Tali miżati għandhom ikopru l-ittestjar tal-ISC sa massimu ta’ 5 fil-mija tal-familji ta’ konformità waqt is-servizz għal kull manifattur kull sena jew mill-inqas żewġ familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena.
5.6. Il-pjan tal-ittestjar
Meta twettaq ittestjar għall-ISC, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tabbozza pjan tal-ittestjar. Fil-każ tal-ittestjar tal-RDE, dak il-pjan għandu jinkludi ttestjar biex tiġi vverifikata l-konformità tal-ISC taħt firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet skont ir-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE.
5.7. L-għażla tal-vetturi għall-ittestjar tal-ISC
L-informazzjoni miġbura għandha tkun komprensiva biżżejjed sabiex tiżgura li l-prestazzjoni waqt is-servizz tkun tista’ tiġi vvalutata għall-vetturi li jinżammu u jintużaw kif suppost. It-tabelli fl-Appendiċi 1 għandhom jintużaw sabiex jiġi deċiż jekk il-vettura tistax tintgħażel għall-finijiet tal-ittestjar tal-ISC. Matul il-kontroll abbażi tat-tabelli fl-Appendiċi 1, xi vetturi jistgħu jiġu ddikjarati bħala difettużi u ma jiġux ittestjati għall-fini tal-ISC, meta jkun hemm evidenza li partijiet mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet kellhom il-ħsara.
L-istess vettura tista’ tintuża sabiex jitwettqu u jiġu stabbiliti r-rapporti minn aktar minn tip wieħed ta’ testijiet (Tip 1, RDE, Tip 4, Tip 6), iżda għall-proċedura statistika għandu jitqies biss l-ewwel test validu ta’ kull tip.
5.7.1. Rekwiżiti ġenerali
Il-vettura għandha tappartjeni għal familja tal-ISC kif deskritt fil-paragrafu 3 u għandha tikkonforma mal-kontrolli stabbiliti fit-tabella fl-Appendiċi 1. Hija għandha tkun irreġistrata fil-Parti Kontraenti u tkun instaqet fil-Parti Kontraenti għal mill-inqas 90 fil-mija tal-ħin tas-sewqan tagħha. L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’reġjun ġeografiku differenti minn dak minn fejn intgħażlu l-vetturi. Fil-każ tal-ittestjar tal-ISC imwettaq mill-manifattur, bi qbil mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, il-vetturi rreġistrati f’Parti mhux Kontraenti jistgħu jiġu ttestjati, jekk ikunu jappartjenu għall-istess familja tal-ISC u jkunu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità kif definit fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3).
Il-vetturi magħżula għandhom ikunu akkumpanjati b’rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura nżammet f’kundizzjoni tajba u li sarilha servizz ta’ manutenzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur, fejn jintużaw biss parts oriġinali għall-bdil tal-parts relatati mal-emissjonijiet.
Vetturi li juru indikazzjonijiet ta’ abbuż, użu mhux xieraq li jista’ jaffettwa l-prestazzjoni tal-emissjonijiet tagħhom, tbagħbis jew kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal tħaddim mhux sikur għandhom jiġu esklużi mill-ISC.
Il-vetturi ma għandhomx ikunu għaddew minn modifiki ajrudinamiċi li ma jkunux jistgħu jitneħħew qabel l-ittestjar.
Vettura ma għandhiex tiġi eskluża mill-ittestjar tal-ISC jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter abbord turi li l-vettura tħaddmet wara li ntwera kodiċi tal-ħsara u t-tiswija ma saritx f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.
Vettura għandha tiġi eskluża mill-ittestjar tal-ISC jekk il-fjuwil mit-tank tal-vettura ma jissodisfax l-istandards applikabbli jew jekk ikun hemm evidenza jew rekord ta’ alimentazzjoni bit-tip ta’ fjuwil żbaljat.
5.7.1.1. Rekwiżiti addizzjonali tal-ISC relatati mal-RDE
Għall-finijiet tal-ittestjar tal-ISC jew tas-sorveljanza tas-suq reġjonali, il-massa ta’ referenza tas-CO2 għandha tinkiseb miċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-vettura individwali. Il-valur għall-vetturi OVC-HEV għandu jinkiseb mit-test tad-WLTP imwettaq bl-użu tal-modalità ta’ Sostenn taċ-Ċarġ.
5.7.1.2. Żejt lubrifikanti, fjuwil u reaġent
Għat-testijiet imwettqa matul l-ISC, jew is-sorveljanza tas-suq reġjonali, il-fjuwil użat għall-ittestjar tal-RDE jista’ jkun kwalunkwe fjuwil legalment disponibbli fis-suq u fl-ispeċifikazzjonijiet maħruġa mill-manifattur għat-tħaddim tal-vettura mill-klijent.
5.7.2. Eżaminazzjoni u Manutenzjoni tal-Vettura
Id-dijanjożi tal-ħsarat u kwalunkwe manutenzjoni normali meħtieġa f’konformità mal-Appendiċi 1 għandhom jitwettqu fuq vetturi aċċettati għall-ittestjar, qabel jew wara li jsir l-ittestjar tal-ISC.
Għandhom jitwettqu l-kontrolli li ġejjin: Il-kontrolli tal-OBD (imwettqa qabel jew wara t-test), il-kontrolli viżwali għall-bozoz indikaturi tal-ħsara mixgħula, il-kontrolli fuq il-filtru tal-arja, il-kontrolli taċ-ċineg tat-trażmissjoni kollha, tal-livelli tal-fluwidi kollha, tat-tapp tar-radjatur u tat-tank tal-fjuwil, tal-pajpijiet tal-vakwu u tas-sistema tal-fjuwil kollha u tal-wajers tal-elettriku relatati mas-sistema tal-posttrattament għall-integrità; kontrolli fuq l-ignixin, id-dożaġġ tal-fjuwil u l-komponenti tal-apparat tal-kontroll tat-tniġġis għal aġġustamenti ħżiena u/jew tbagħbis.
Jekk il-vettura jkun jonqosha 800 km għal servizz ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servizz ta’ manutenzjoni għandu jitwettaq.
Il-fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-ħġieġ għandu jitneħħa qabel it-test tat-Tip 4 u jiġi sostitwit b’ilma sħun.
Għandu jinġabar kampjun tal-fjuwil u jinżamm f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE għal analiżi ulterjuri f’każ ta’ ħsara.
Għandhom jiġu rreġistrati l-ħsarat kollha. Meta l-ħsara tkun fuq l-apparat tal-kontroll tat-tniġġis, il-vettura għandha tiġi rrapportata bħala difettuża u ma tkomplix tintuża għall-ittestjar, iżda l-ħsara għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa f’konformità mal-paragrafu 6.1.
5.8. Daqs tal-kampjun
Meta l-manifatturi japplikaw il-proċedura statistika stabbilita fil-paragrafu 5.10 għat-test tat-Tip 1, in-numru ta’ lottijiet ta’ kampjuni għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni annwali ta’ familja waqt is-servizz maħsub għall-bejgħ fil-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-regolament, kif deskritt fit-Tabella 4/1.
Tabella 4/1
In-numru ta’ lottijiet ta’ kampjuni għall-ittestjar tal-ISC b’testijiet tat-Tip 1
|
Volum tal-Produzzjoni tal-Parti Kontraenti għal kull sena kalendarja tal-vetturi fil-perjodu tal-kampjunar |
In-numru ta’ lottijiet ta’ kampjuni (għat-testijiet tat-Tip 1) |
|
|
|
|
sa 100 000 |
1 |
|
minn 100 001 sa 200 000 |
2 |
|
aktar minn 200 000 |
3 |
Kull lott ta’ kampjuni għandu jinkludi biżżejjed tipi ta’ vetturi, sabiex jiġi żgurat li jkunu koperti mill-inqas 20 % tar-reġistrazzjonijiet totali ta’ dik il-familja tal-PEMS fil-Parti Kontraenti għas-sena ta’ qabel. F’każ li l-istess familja tal-PEMS tkun tappartjeni għal aktar marki, il-marki kollha għandhom jiġu ttestjati. Meta familja tkun teħtieġ li jiġu ttestjati aktar minn lott wieħed ta’ kampjuni, bħala vetturi fit-tieni u t-tielet lottijiet ta’ kampjuni, għandhom jintgħażlu vetturi użati f’kundizzjonijiet ambjentali u/jew tipiċi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun.
5.9. Aċċess għad-data meħtieġa għall-ittestjar
Il-manifattur għandu jikkompleta l-pakkett dwar it-Trasparenza tal-Ittestjar fil-format speċifikat fit-Tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 5 u fit-Tabella A4/2 u jibagħtu lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. It-Tabella 2 tal-Appendiċi 5 għandha tintuża sabiex tippermetti l-għażla ta’ vetturi mill-istess familja għall-ittestjar u flimkien mat-Tabella 1 tal-Appendiċi 5 tipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu ttestjati l-vetturi.
L-informazzjoni kollha fit-Tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 5 għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku f’forma elettronika mingħajr ħlas fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-talba.
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun ukoll parti mill-pakkett dwar it-Trasparenza tal-Ittestjar u għandha tiġi pprovduta mill-manifattur mingħajr ħlas fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-talba minn atturi oħra.
Tabella A4/2
Informazzjoni sensittiva
|
ID |
Input |
Deskrizzjoni |
|
|
|
|
|
1. |
Proċedura Speċjali għall-konverżjoni tal-vetturi (4WD għal 2WD) għall-ittestjar dinamometriku, jekk disponibbli |
Kif definit fil-paragrafu 2.4.2.4. tal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
|
2. |
Struzzjonijiet dwar il-modalità tad-dinamometru, jekk disponibbli |
Kif tippermetti l-modalità tad-dinamometru kif issir ukoll waqt it-testijiet tat-TA |
|
3. |
Modalità tad-deċellerazzjoni libera waqt it-testijiet tat-TA |
Jekk il-vettura jkollha struzzjonijiet tal-modalità tad-deċellerazzjoni libera dwar kif tippermetti din il-modalità |
|
4. |
Proċedura ta’ disċarġ tal-batterija (OVC-HEV, PEV) |
Il-proċedura tal-OEM sabiex il-batterija tiġi disċarġjata għalkollox bi preparazzjoni tal-OVC-HEV għat-testijiet ta’ sostenn taċ-ċarġ, kif ukoll għall-preparazzjoni tal-PEV sabiex tiġi ċċarġjata l-batterija |
|
5. |
Proċedura għad-diżattivazzjoni tal-awżiljarji kollha |
Jekk jintużaw waqt it-TA |
|
6. |
Proċedura għall-kejl tal-kurrent u l-vultaġġ tal-REESS kollha bl-użu ta’ tagħmir estern |
Kif definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154 Sabiex jitkejlu l-kurrent u l-vultaġġ indipendentement mid-data abbord, l-OEM jipprovdi proċedura, deskrizzjoni tal-punti ta’ aċċess tal-kurrent u tal-vultaġġ u lista ta’ apparati użati għall-kejl tal-kurrent u tal-vultaġġ waqt l-approvazzjoni tat-tip. |
5.10. Proċedura statistika
5.10.1. Ġenerali
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz għandha tistrieħ fuq metodu statistiku li jsegwi l-prinċipji ġenerali tat-teħid ta’ kampjuni sekwenzjali għal spezzjoni permezz ta’ attributi. Id-daqs minimu tal-kampjun sabiex jgħaddi mit-test huwa ta’ tliet vetturi, u d-daqs massimu kumulattiv tal-kampjun huwa ta’ għaxar vetturi għat-testijiet tat-Tip 1 u RDE.
Għat-testijiet tat-Tip 4 u tat-Tip 6 jista’ jintuża metodu ssimplifikat, fejn il-kampjun għandu jikkonsisti fi tliet vetturi u għandu jitqies bħala li ma għaddiex mit-test jekk it-tliet vetturi kollha jonqsu milli jgħaddu mit-test u għandu jitqies bħala li għadda jekk it-tliet vetturi kollha jgħaddu mit-test. F’każijiet fejn tnejn mit-tliet vetturi ikunu għaddew jew ma għaddewx mit-test, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tiddeċiedi li twettaq aktar testijiet jew tipproċedi bil-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-paragrafu 6.1.
Ir-riżultati tat-testijiet ma għandhomx jiġu mmultiplikati bil-fatturi ta’ deterjorament.
Qabel ma jwettaq l-ewwel test tal-ISC, il-manifattur, jew atturi oħra għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni li jwettqu ttestjar għall-konformità waqt is-servizz ta’ familja ta’ vetturi partikolari lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Malli ssir din in-notifika, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiftaħ folder tal-istatistika ġdid sabiex tipproċessa r-riżultati għal kull kombinazzjoni rilevanti tal-parametri li ġejjin għal dik il-parti partikolari jew dak il-grupp ta’ partijiet: il-familja tal-vettura, it-tip ta’ test tal-emissjonijiet u s-sustanza niġġiesa. Għandhom jinfetħu proċeduri statistiċi separati għal kull kombinazzjoni rilevanti ta’ dawk il-parametri.
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinkorpora f’kull folder tal-istatistika biss ir-riżultati pprovduti mill-parti rilevanti. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha żżomm rekord tan-numru ta’ testijiet imwettqa, tan-numru ta’ testijiet li għaddew jew li fallew u ta’ data oħra meħtieġa sabiex tappoġġja l-proċedura statistika.
Billi jistgħu jinfetħu aktar minn proċedura statistika waħda fl-istess ħin għal kombinazzjoni partikolari ta’ tip ta’ test u familja ta’ vettura, parti għandha titħalla tipprovdi biss ir-riżultati tat-test għal proċedura statistika waħda miftuħa għal kombinazzjoni partikolari ta’ tip ta’ test u familja ta’ vettura. Kull test għandu jiġi rrapportat darba biss u t-testijiet kollha (validi, mhux validi, dawk li għaddew u li fallew, eċċ.) għandhom jiġu rrapportati.
Kull proċedura statistika tal-ISC għandha tibqa’ miftuħa sakemm jinkiseb eżitu meta l-proċedura statistika tasal għal deċiżjoni dwar jekk il-kampjun għaddiex jew le mit-test f’konformità mal-paragrafu 5.10.5. Madankollu, jekk ma jinkisibx eżitu fi żmien 12-il xahar mill-ftuħ ta’ folder tal-istatistika, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħlaq il-folder tal-istatistika, sakemm ma tiddeċidix li tlesti l-ittestjar għal dak il-folder tal-istatistika fis-sitt xhur li ġejjin.
5.10.2. Il-ġbir flimkien tar-riżultati tal-ISC
Ir-riżultati tat-testijiet minn atturi oħra jistgħu jinġabru flimkien għall-finijiet ta’ proċedura statistika komuni. Il-ġbir flimkien tar-riżultati tat-testijiet għandu jirrikjedi l-kunsens bil-miktub mill-partijiet interessati kollha li jipprovdu r-riżultati tat-testijiet għal ġabra flimkien tar-riżultati, u notifika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip qabel il-bidu tal-ittestjar. Waħda mill-partijiet għandha tiġi nnominata bħala l-mexxejja tal-ġbir flimkien u tkun responsabbli għar-rapportar u l-komunikazzjoni tad-data mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip.
5.10.3. Eżitu ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv/Invalidu għal test wieħed
Test tal-emissjonijiet tal-ISC għandu jitqies bħala li għadda (riżultat pożittiv) għal sustanza niġġiesa waħda jew aktar meta r-riżultat tal-emissjonijiet ikun daqs jew inqas mil-limitu tal-emissjonijiet stabbilit fil-paragrafu 6.3.10. tar-Regolament tan-NU Nru 154 għal dak it-tip ta’ test.
Test tal-emissjonijiet għandu jitqies bħala li ma għaddiex (riżultat negattiv) għal sustanza niġġiesa waħda jew aktar meta r-riżultat tal-emissjonijiet ikun akbar mil-limitu tal-emissjonijiet korrispondenti għal dak it-tip ta’ test. Kull riżultat ta’ test li kiseb riżultat negattiv għandu jżid l-għadd ta’ “f” (ara l-paragrafu 5.10.5) b’wieħed għal dik l-istanza statistika.
Test tal-emissjonijiet tal-ISC għandu jitqies bħala invalidu jekk ma jirrispettax ir-rekwiżiti tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 5.3. Ir-riżultati tat-test invalidi għandhom jiġu esklużi mill-proċedura statistika u t-test għandu jiġi ripetut bl-istess vettura sabiex jinkiseb test validu.
Ir-riżultati tat-testijiet tal-ISC kollha għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-eżekuzzjoni ta’ kull test fuq vettura waħda. Ir-riżultati tat-test għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport ta’ test komprensiv fi tmiem it-testijiet. Ir-riżultati għandhom jiġu inkorporati fil-kampjun f’ordni kronoloġika ta’ eżekuzzjoni.
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinkorpora r-riżultati kollha tat-testijiet tal-emissjonijiet validi fil-proċedura statistika miftuħa rilevanti sakemm jintlaħaq eżitu ta’ “riżultat negattiv tal-kampjun” jew ta’ “riżultat pożittiv tal-kampjun” f’konformità mal-para 5.10.5.
5.10.4. Trattament tal-Anomaliji
Il-preżenza ta’ riżultati anomali fil-proċedura statistika tal-kampjun tista’ twassal għal eżitu ta’ “riżultat negattiv” f’konformità mal-proċeduri deskritti hawn taħt:
|
(a) |
L-anomaliji għandhom jiġu kategorizzati bħala ħfief, intermedji jew estremi. |
|
(b) |
Riżultat tat-test tal-emissjonijiet għandu jitqies bħala anomalija ħafifa jekk ikun aktar mil-limitu tal-emissjonijiet applikabbli iżda inqas minn 1,3 darbiet il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli. Il-preżenza ta’ anomalija ħafifa tgħodd biss fin-numru ta’ riżultati negattivi fil-paragrafu 5.10.5 ta’ hawn taħt. |
|
(c) |
Riżultat ta’ test tal-emissjonijiet għandu jitqies bħala anomalija intermedja jekk ikun daqs jew akbar minn 1,3 darbiet aktar mil-limitu tal-emissjonijiet applikabbli. Il-preżenza ta’ żewġ anomaliji bħal dawn f’kampjun għandha twassal għal riżultat negattiv tal-kampjun. |
|
(d) |
Riżultat ta’ test tal-emissjonijiet għandu jitqies bħala anomalija estrema jekk ikun daqs jew akbar minn 2,5 darbiet aktar mil-limitu tal-emissjonijiet applikabbli. Il-preżenza ta’ anomalija bħal din f’kampjun għandha twassal għal riżultat negattiv tal-kampjun. F’każ bħal dan, in-numru tal-pjanċa tal-vettura għandu jiġi kkomunikat lill-manifattur u lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Din il-possibbiltà għandha tiġi kkomunikata lis-sidien tal-vetturi qabel l-ittestjar. |
5.10.5. Deċiżjoni ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv għal kampjun
Għall-finijiet tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv għall-kampjun, “p” huwa l-għadd ta’ riżultati pożittivi u “f” huwa l-għadd ta’ riżultati negattivi. Kull riżultat tat-test li kiseb riżultat pożittiv għandu jżid l-għadd ta’ “p” b’wieħed u kull riżultat tat-test li kiseb riżultat negattiv għandu jżid l-għadd ta’ “f” b’wieħed għall-proċedura statistika miftuħa rilevanti.
Mal-inkorporazzjoni tar-riżultati tat-test tal-emissjonijiet validi f’istanza miftuħa tal-proċedura statistika, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
taġġorna d-daqs kumulattiv tal-kampjun “n” għal dik l-istanza sabiex ikun jirrifletti n-numru totali ta’ testijiet tal-emissjonijiet validi inkorporati fil-proċedura statistika; |
|
(b) |
wara evalwazzjoni tar-riżultati, taġġorna l-għadd ta’ riżultati pożittivi “p” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”; |
|
(c) |
tikkomputa l-għadd ta’ anomaliji intermedji u estremi fil-kampjun f’konformità mal-paragrafu 5.10.4; |
|
(d) |
tivverifika jekk intlaħqitx deċiżjoni bil-proċedura deskritta hawn taħt. |
Id-deċiżjoni tiddependi fuq id-daqs kumulattiv tal-kampjun “n”, l-għadd ta’ riżultati pożittivi u negattivi “p” u “f”, kif ukoll in-numru ta’ anomaliji intermedji u/jew estremi fil-kampjun. Għad-deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv ta’ kampjun tal-ISC, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tuża ċ-ċart tad-deċiżjoni fl-Illustrazzjoni 4/2. Iċ-ċarts jindikaw id-deċiżjoni li trid tittieħed għal daqs kumulattiv tal-kampjun partikolari “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”.
Hemm żewġ deċiżjonijiet possibbli għal proċedura statistika għal kombinazzjoni partikolari ta’ familja ta’ vetturi, tip ta’ test tal-emissjonijiet u sustanza niġġiesa:
Għandu jintlaħaq eżitu ta’ “riżultat pożittiv tal-kampjun” meta ċ-ċart tad-deċiżjoni applikabbli mill-Illustrazzjoni 4/2 tagħti eżitu ta’ “RIŻULTAT POŻITTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”.
Għandha tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat negattiv tal-kampjun” meta, għal daqs kumulattiv tal-kampjun partikolari “n”, tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
iċ-ċart tad-deċiżjoni applikabbli mill-Illustrazzjoni 4/2 tagħti deċiżjoni ta’ “RIŻULTAT NEGATTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”; |
|
(b) |
hemm żewġ deċiżjonijiet ta’ ‘RIŻULTAT NEGATTIV’ b’anomaliji intermedji; |
|
(c) |
hemm deċiżjoni waħda ta’ ‘RIŻULTAT NEGATTIV’ b’anomalija estrema. |
Jekk ma tintlaħaq ebda deċiżjoni, il-proċedura statistika għandha tibqa’ miftuħa u r-riżultati ulterjuri għandhom jiġu inkorporati fiha sakemm tintlaħaq deċiżjoni, jew inkella l-proċedura tingħalaq f’konformità mal-paragrafu 5.10.1.
Illustrazzjoni 4/2
Ċart tad-deċiżjoni għall-proċedura statistika għall-vetturi (fejn “UND” tfisser mhux deċiżi)
|
L-għadd ta’ riżultati negattivi “f” |
10 |
|
|
|
|
|
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
|
9 |
|
|
|
|
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
|
|
8 |
|
|
|
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
|
|
7 |
|
|
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
|
|
6 |
|
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
|
|
5 |
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
UND |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
4 |
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
UND |
UND |
UND |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
3 |
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
UND |
UND |
UND |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
2 |
UND |
UND |
UND |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
1 |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
0 |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
|
|
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
|
|
Id-daqs kumulattiv tal-kampjun “n” |
||||||||
6. Valutazzjoni tal-Konformità
|
6.1. |
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-ittestjar tal-ISC għall-kampjun kif imsemmi fil-paragrafu 5.10.5, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tibda investigazzjonijiet dettaljati mal-manifattur sabiex tiddeċiedi jekk il-familja tal-ISC (jew parti minnha) hijiex konformi mar-regoli tal-ISC u jekk teħtieġx miżuri ta’ rimedju. Għal vetturi b’diversi stadji jew bi skop speċjali, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq ukoll investigazzjonijiet dettaljati meta jkun hemm mill-inqas tliet vetturi difettużi bl-istess difett jew ħames vetturi mmarkati fl-istess familja tal-ISC, kif stabbilit fil-paragrafu 5.10.6. |
|
6.2. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li jkun hemm disponibbli riżorsi suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż għall-valutazzjoni tal-konformità. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rkuprati mill-miżati li jistgħu jiġu imposti fuq il-manifattur mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Dawn il-miżati għandhom ikopru l-ittestjar jew l-awditjar kollu meħtieġ sabiex issir valutazzjoni dwar il-konformità. |
|
6.3. |
Fuq talba tal-manifattur, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ testendi l-investigazzjonijiet għal vetturi fis-servizz tal-istess manifattur li jappartjenu għal familji tal-ISC oħrajn li x’aktarx jiġu affettwati mill-istess difetti. |
|
6.4. |
L-investigazzjoni dettaljata ma għandhiex iddum għaddejja għal aktar minn 60 jum tax-xogħol wara l-bidu tal-investigazzjoni mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ twettaq testijiet tal-ISC addizzjonali maħsuba sabiex jiddeterminaw għaliex il-vetturi ma għaddewx mit-testijiet tal-ISC oriġinali. It-testijiet addizzjonali għandhom jitwettqu f’kundizzjonijiet simili għal dawk tat-testijiet tal-ISC oriġinali tal-vetturi li ma għaddewx.
Fuq talba tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali, li turi, b’mod partikolari, il-kawża possibbli tal-fallimenti, liema partijiet mill-familja jistgħu jiġu affettwati, jekk hemmx familji oħrajn li jistgħu jiġu affettwati jew għaliex il-problema li kkawżat il-falliment fit-testijiet tal-ISC oriġinali mhijiex relatata mal-konformità waqt is-servizz, jekk applikabbli. Il-manifattur għandu jingħata l-opportunità li jipprova li d-dispożizzjonijiet dwar il-konformità waqt is-servizz ġew irrispettati. |
|
6.5. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu d-deċiżjoni dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 6.4. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiddefinixxi l-miżuri ta’ rimedju għall-familja tal-ISC skont il-paragrafu 7. Hija għandha tinnotifikahom lill-manifattur. |
7. Miżuri ta’ Rimedju
|
7.1. |
Il-manifattur għandu jistabbilixxi pjan ta’ miżuri ta’ rimedju u jippreżentah lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fi żmien 45 jum tax-xogħol mid-deċiżjoni dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 6.5. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 30 jum tax-xogħol addizzjonali meta l-manifattur juri lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip li huwa meħtieġ aktar żmien sabiex jiġi investigat in-nuqqas ta’ konformità. |
|
7.2. |
Il-miżuri ta’ rimedju meħtieġa mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandhom jinkludu t-testijiet neċessarji u mfassla b’mod raġonevoli fuq il-komponenti u l-vetturi sabiex juru l-effettività u d-durabbiltà tal-miżuri ta’ rimedju. |
|
7.3. |
Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru ta’ identifikazzjoni uniku lill-pjan tal-miżuri ta’ rimedju. Il-pjan tal-miżuri ta’ rimedju għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (d), il-manifattur ma jistax jimponi kundizzjonijiet tal-użu jew tal-manutenzjoni li ma jkunux relatati b’mod ċar man-nuqqas ta’ konformità u mal-miżuri ta’ rimedju. |
|
7.4. |
It-tiswija għandha ssir b’mod espedjenti, fi żmien raġonevoli wara li l-manifattur jirċievi l-vettura għat-tiswija. Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-pjan propost ta’ miżuri ta’ rimedju, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tapprovah jew inkella titlob pjan ġdid f’konformità mal-paragrafu 7.5. |
|
7.5. |
Meta l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ma tapprovax il-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju, il-manifattur għandu jiżviluppa pjan ġdid u jippreżentah lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika tad-deċiżjoni tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
|
7.6. |
Jekk l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ma tapprovax it-tieni pjan ippreżentat mill-manifattur, dan tal-aħħar għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex terġa’ tinkiseb il-konformità, inkluż permezz tal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip, meta jkun meħtieġ. |
|
7.7. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri ta’ rimedju lill-Partijiet Kontraenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. |
|
7.8. |
Il-miżuri ta’ rimedju għandhom japplikaw għall-vetturi kollha fil-familja tal-ISC (jew familji rilevanti oħrajn identifikati mill-manifattur f’konformità mal-paragrafu 6.2) li x’aktarx jiġu affettwati mill-istess difett. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiddeċiedi jekk huwiex neċessarju li temenda l-approvazzjoni tat-tip. |
|
7.9. |
Il-manifattur huwa responsabbli sabiex jeżegwixxi l-pjan approvat ta’ miżuri ta’ rimedju fil-Partijiet Kontraenti kollha u sabiex iżomm rekord ta’ kull vettura mneħħija mis-suq jew imsejħa lura u msewwija u l-workshop li għamel it-tiswija. |
|
7.10. |
Il-manifattur għandu jżomm kopja tal-komunikazzjoni mal-klijenti tal-vetturi affettwati rigward il-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju. Il-manifattur għandu jżomm ukoll rekord tal-kampanja ta’ sejħa lura, inkluż in-numru totali ta’ vetturi affettwati għal kull Parti Kontraenti u n-numru totali ta’ vetturi diġà msejħa lura għal kull Parti Kontraenti, flimkien ma’ spjegazzjoni dwar kwalunkwe dewmien fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju. Il-manifattur għandu jipprovdi dak ir-rekord tal-kampanja ta’ sejħa lura lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ kull Parti Kontraenti kull xahrejn. |
|
7.11. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-pjan approvat tal-miżuri ta’ rimedju jiġi applikat fi żmien sentejn għal mill-inqas 90 % tal-vetturi affettwati rreġistrati fit-territorju tagħhom. |
|
7.12. |
It-tiswija u l-modifika jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu rreġistrati f’ċertifikat ipprovdut lis-sid tal-vettura, li għandu jinkludi n-numru tal-kampanja ta’ rimedju. |
8. Rapport annwali mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas u mingħajr il-ħtieġa li l-utent jiżvela l-identità tiegħu jew jirreġistra, rapport bir-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-ISC iffinalizzati kollha tas-sena preċedenti, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. F’każ li xi investigazzjonijiet tal-ISC tas-sena preċedenti jkunu għadhom miftuħa sa dik id-data, huma għandhom jiġu rrapportati hekk kif tiġi ffinalizzata l-investigazzjoni. Ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas il-punti elenkati fl-Appendiċi 4.
Appendiċi 1
Il-kriterji għall-għażla tal-vetturi u d-deċiżjoni dwar il-vetturi li ma għaddewx mit-testijiet
L-ispezzjoni tal-vettura għandha tintuża sabiex jintgħażlu l-vetturi miżmuma u użati kif suppost għall-ittestjar fl-ISC. Il-vetturi li għandhom wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ esklużjoni ta’ hawn taħt għandhom jiġu esklużi mill-ittestjar jew imsewwija mod ieħor u mbagħad jintgħażlu.
|
Għażla tal-Vetturi għall-Ittestjar tal-Emissjonijiet għall-Konformità Waqt is-Servizz |
||||
|
|
|
|
|
Kunfidenzjali |
|
Data: |
|
|
x |
|
|
L-isem tal-investigatur: |
|
|
x |
|
|
Il-post fejn sar it-test: |
|
|
x |
|
|
Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni: |
|
x |
|
|
|
|
|
x = Kriterji tal-Esklużjoni |
X = Ivverifikati u rrapportati |
|
|
Karatteristiċi tal-Vettura |
|
|||
|
|
|
|
||
|
In-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni: |
|
x |
x |
|
|
Il-kilometraġġ u l-età tal-vettura: Il-vettura trid tikkonforma mar-regoli fir-rigward tal-kilometraġġ u l-età fil-paragrafu 9 ta’ dan ir-Regolament, inkella ma tkunx tista’ tintgħażel. L-età tal-vettura tgħodd mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni |
x |
|
|
|
|
Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni: |
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
VIN: |
|
x |
x |
|
|
Il-klassi u l-karattru tal-emissjonijiet: |
|
x |
|
|
|
Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni: Il-vettura trid tkun irreġistrata fil-Parti Kontraenti |
x |
x |
|
|
|
Mudell: |
|
x |
|
|
|
Kodiċi tal-magna: |
|
x |
|
|
|
Volum tal-magna (l): |
|
x |
|
|
|
Potenza tal-magna (kW): |
|
x |
|
|
|
Tip ta’ gearbox (awtomatika/manwali): |
|
x |
|
|
|
Fus motorizzat (FWD/AWD/RWD): |
|
x |
|
|
|
Daqs tat-tajers (ta’ quddiem u ta’ wara, jekk ikunu differenti): |
|
x |
|
|
|
Il-vettura hija involuta f’kampanja ta’ sejħa lura jew ta’ servizz ta’ manutenzjoni? Jekk iva: Liema waħda? It-tiswijiet tal-kampanja diġà saru? It-tiswijiet iridu jkunu saru qabel il-bidu tal-ittestjar tal-ISC |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intervista mas-Sid tal-Vettura (is-sid se jiġi mistoqsi biss il-mistoqsijiet ewlenin u ma għandu jkollu ebda għarfien tal-implikazzjonijiet tat-tweġibiet) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Isem is-sid (disponibbli biss għall-korp ta’ spezzjoni jew il-laboratorju/is-servizz tekniku akkreditat) |
|
|
x |
|
|
Kuntatt (indirizz / telefon) (disponibbli biss għall-korp ta’ spezzjoni jew il-laboratorju/is-servizz tekniku akkreditat) |
|
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
Kemm kellha sidien il-vettura? |
|
x |
|
|
|
L-odometru ma ħadimx? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Il-vettura ntużat għal waħda minn dawn li ġejjin? |
|
|
|
|
|
Bħala karozza li tintuża f’show-rooms? |
|
x |
|
|
|
Bħala taxi? |
|
x |
|
|
|
Bħala vettura ta’ kunsinna? |
|
x |
|
|
|
Għat-tlielaq / għal sport tal-karozzi? |
x |
|
|
|
|
Bħala karozza tal-kiri? |
|
x |
|
|
|
Il-vettura ġarret tagħbijiet tqal aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Kien hemm xi tiswijiet maġġuri tal-magna jew tal-vettura? |
|
x |
|
|
|
Kien hemm xi tiswijiet maġġuri tal-magna jew tal-vettura mhux awtorizzati? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Il-potenza tal-vettura ġiet miżjuda mingħajr awtorizzazzjoni jew sar xi tuning tal-magna mhux awtorizzat? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Ġiet sostitwita xi parti mis-sistema tal-fjuwil u/jew tal-posttrattament tal-emissjonijiet? Intużaw parts oriġinali? Jekk ma ntużawx parts oriġinali, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
x |
|
|
|
Kien hemm xi parti mis-sistema tal-posttrattament tal-emissjonijiet li tneħħiet b’mod permanenti? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Ġie installat xi apparat mhux awtorizzat (Urea killer, emulatur, eċċ.)? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Il-vettura kienet involuta f’aċċident serju? Ipprovdi lista tal-ħsarat u tat-tiswijiet li saru wara |
|
x |
|
|
|
Il-karozza ntużat b’tip ta’ fjuwil żbaljat (jiġifieri petrol minflok diżil) fil-passat? Il-karozza ntużat bi fjuwil li mhux kummerċjalment disponibbli (suq illeċitu, jew fjuwil imħallat?) Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Użajt xi air-fresher, sprej tal-kokpit, prodott li jnaddaf il-brejkijiet jew sors ieħor ta’ emissjonijiet għolja ta’ idrokarburi madwar il-vettura matul l-aħħar xahar? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi. |
x |
|
|
|
|
Matul l-aħħar 3 xhur, kien hemm xi tixrid ta’ petrol ġewwa jew barra l-vettura? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi. |
x |
|
|
|
|
Matul l-aħħar 12-il xahar, sar tipjip fil-karozza? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi |
x |
|
|
|
|
Applikajt xi protezzjoni kontra l-korrużjoni, adeżivi, protezzjoni underseal, jew kwalunkwe sorsi potenzjali oħrajn ta’ komposti volatili fuq il-karozza? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi. |
x |
|
|
|
|
Il-karozza reġgħet inżebgħet? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi. |
x |
|
|
|
|
Fejn tuża l-vettura tiegħek l-aktar ta’ spiss? |
|
|
|
|
|
% awtostrada |
|
x |
|
|
|
% rurali |
|
x |
|
|
|
% urbani |
|
x |
|
|
|
Soqt il-vettura f’Parti mhux Kontraenti għal aktar minn 10 % tal-ħin tas-sewqan? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
— |
|
|
|
F’liema pajjiż il-vettura ġiet rifornita bil-fjuwil fl-aħħar żewġ okkażżjonijiet? Jekk il-vettura ġiet rifornita bil-fjuwil fl-aħħar żewġ okkażżjonijiet ’il barra minn Stat li japplika l-Istandards tal-Fjuwil konformi, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Intuża xi addittiv tal-fjuwil li mhuwiex approvat mill-manifattur? Jekk iva, mela l-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Il-vettura saritilha manutenzjoni u ntużat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur? Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
L-istorja sħiħa tas-servizz ta’ manutenzjoni u tat-tiswijiet, inklużi kwalunkwe modifikazzjonijiet kbar Jekk ma tistax tiġi pprovduta d-dokumentazzjoni sħiħa, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Eżaminazzjoni u Manutenzjoni tal-Vettura |
X = Kriterji tal-Esklużjoni / F= Vettura Difettuża |
X = ivverifikata u rrapportata |
|
|
|
|
|
|
|
|
1 |
Il-livell tat-tank tal-fjuwil (mimli / battal) Id-dawl tar-riżerva tal-fjuwil huwa mixgħul? Jekk iva, irriforni l-vettura bil-fjuwil qabel it-test. |
|
|
x |
|
2 |
Hemm xi dawl ta’ twissija fuq il-pannell tal-istrumenti attivat li jindika ħsara tal-vettura jew tas-sistema ta’ posttrattament tal-egżost li ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ manutenzjoni normali? (Indikatur tal-Ħsara, Indikatur tal-ħtieġa ta’ Servizz ta’ Manutenzjoni tal-Magna, eċċ.?) Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
3 |
Id-dawl tal-SCR jixgħel wara li tinxtegħel il-magna? Jekk iva, l-AdBlue jenħtieġ li jimtela, jew it-tiswija tiġi eżegwita qabel ma l-vettura tintuża għall-ittestjar. |
x |
|
|
|
4 |
Eżami viżwali tas-sistema tal-egżost Iċċekkja għat-tnixxijiet bejn il-manifold tal-egżost u t-tarf tat-tailpipe. Ivverifika u ddokumenta (bir-ritratti) Jekk ikun hemm ħsara jew tnixxijiet, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. |
F |
|
|
|
5 |
Komponenti rilevanti għall-gass tal-egżost Ivverifika u ddokumenta (bir-ritratti) il-komponenti tal-emissjonijiet kollha rilevanti għall-ħsara. Jekk ikun hemm ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. |
F |
|
|
|
6 |
Sistema evaporattiva Ippressa s-sistema tal-fjuwil (min-naħa tal-kaxxetta), ittestja għal tnixxijiet f’ambjent b’temperatura ambjentali kostanti, agħmel “sniff test” tal-FID madwar u fil-vettura. Jekk is-“sniff test” tal-FID ma jiksibx riżultat pożittiv, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. |
F |
|
|
|
7 |
Kampjun tal-fjuwil Iġbor kampjun tal-fjuwil mit-tank tal-fjuwil. |
|
|
x |
|
8 |
Filtru tal-arja u filtru taż-żejt Iċċekkja jekk hemmx kontaminazzjoni u ħsara u agħmel il-bidliet meħtieġa jekk ikun hemm ħsara jew kontaminazzjoni qawwija, jew inkella inqas minn 800 km qabel il-bidla rrakkomandata li jkun imiss. |
|
|
x |
|
9 |
Fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-ħġieġ (għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi biss) Neħħi l-fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-ħġieġ u imla t-tank b’ilma sħun. |
|
|
x |
|
10 |
Roti (ta’ quddiem u ta’ wara) Iċċekkja jekk ir-roti jistgħux jiċċaqilqu liberament, jew humiex imblukkati mill-brejk. Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
11 |
Tajers (għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi biss) Neħħi t-tajer ta’ riżerva, biddel għal tajers stabbilizzati jekk it-tajers ikunu nbidlu inqas minn 15 000 km ilu. Uża biss tajers addattati għas-sajf u tajers addattati għall-istaġuni kollha. |
|
|
x |
|
12 |
Ċineg tat-trażmissjoni u għata tal-berried F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
F |
|
|
|
13 |
Iċċekkja l-livelli tal-fluwidi Iċċekkja l-livelli minimi u massimi (taż-żejt tal-magna, tal-likwidu tat-tkessiħ) / imla sa fuq jekk il-livell ikun taħt il-minimu |
|
|
x |
|
14 |
Flap tal-filler (għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi biss) Iċċekkja li l-linja tal-mili żejjed fil-flap tal-filler hija kompletament ħielsa minn residwi jew ifflaxxja l-pajp flessibbli b’ilma sħun. |
|
|
x |
|
15 |
Il-pajpijiet flessibbli tal-vakwu u l-wajers tal-elettriku Iċċekkja kollox għall-integrità. F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
F |
|
|
|
16 |
Valvi tal-injezzjoni / sistema ta’ kejbils Iċċekkja l-linji tal-provvista tal-fjuwil u l-kejbils kollha. F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
F |
|
|
|
17 |
Kejbil tal-ignixin (petrol) Iċċekkja l-ispark plugs, il-kejbils, eċċ. F’każ ta’ ħsara, biddilhom. |
|
|
x |
|
18 |
EGR u Katalizzatur, Filtru tal-Partikuli Iċċekkja l-kejbils, il-wajers u s-sensuri kollha. F’każ ta’ tbagħbis, il-vettura ma tistax tintgħażel. F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala Difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
x/F |
|
|
|
19 |
Il-kundizzjoni tas-sikurezza Iċċekkja li t-tajers, il-bodi tal-vettura, l-istatus tas-sistema tal-ibbrejkjar u tas-sistema elettrika huma f’kundizzjonijiet sikuri għat-test u li jirrispettaw ir-regoli tat-traffiku tat-triq. Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
20 |
Semitrejler Hemm kejbils elettriċi għal konnessjoni ta’ semitrejler, fejn meħtieġ? |
|
|
x |
|
21 |
Modifiki ajrudinamiċi Ivverifika li wara l-bejgħ tal-vettura fis-suq ma saret ebda modifika ajrudinamika li ma tistax titneħħa qabel l-ittestjar (kaxxi fuq is-saqaf, xkaffar tat-tagħbija, spojlers, eċċ.) u li ma hemm ebda komponent tal-ajrudinamika standard nieqes (defletturi ta’ quddiem, diffusers, splitters, eċċ.). Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. Iddokumenta bir-ritratti. |
x |
|
|
|
22 |
Iċċekkja jekk il-vettura jonqosiex inqas minn 800 km għas-servizz ta’ manutenzjoni skedat li jmiss, jekk iva, wettaq is-servizz ta’ manutenzjoni. |
|
|
x |
|
23 |
Il-kontrolli kollha li jirrikjedu konnessjonijiet tal-OBD iridu jitwettqu qabel u/jew wara t-tmiem tal-ittestjar |
|
|
|
|
24 |
Checksum u n-numru tal-part tar-regolar tal-Modulu tal-Kontroll tas-Sistema tal-Motopropulsjoni |
|
|
x |
|
25 |
Id-dijanjostika tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-emissjonijiet) Aqra l-Kodiċijiet Dianjostiċi tal-Ħsara u Pprintja r-reġistru tal-iżbalji |
|
|
x |
|
26 |
Talba għal informazzjoni dwar il-Modalità tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 09 tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-emissjonijiet) Aqra l-Modalità tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 09. Irreġistra l-informazzjoni. |
|
|
x |
|
27 |
Il-modalità 7 tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-emissjonijiet) Aqra l-Modalità tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 07. Irreġistra l-informazzjoni. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rimarki għal: Tiswija / bdil tal-komponenti / numri tal-parts |
|||
Appendiċi 2
Regoli għat-twettiq tat-testijiet tat-Tip 4 matul il-konformità waqt is-servizz
It-testijiet tat-Tip 4 għall-konformità waqt is-servizz għandhom jitwettqu f’konformità mal-Anness C3 tar-Regolament tan-NU Nru 154, fejn applikabbli bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-vetturi ttestjati bit-test tat-Tip 4 għandu jkollhom mill-inqas 12-il xahar; |
|
(b) |
il-kaxxetta għandha titqies li għaddiet minn proċess ta’ tiqdim u, għalhekk, ma għandhiex tiġi segwita l-proċedura ta’ Tiqdim fuq il-Bank tal-Kaxxetta; |
|
(c) |
il-kaxxetta għandha titgħabba barra l-vettura, skont il-proċedura deskritta għal dan l-għan fl-Anness C3 tar-Regolament tan-NU Nru 154 u għandha titneħħa u tiġi mmuntata fuq il-vettura skont l-istruzzjonijiet tat-tiswija tal-manifattur. “Sniff test” tal-FID (b’riżultati inqas minn 100 ppm f’temperatura ta’ 20 C) għandu jsir mill-aktar qrib possibbli tal-kaxxetta qabel u wara t-tagħbija sabiex jiġi kkonfermat li l-kaxxetta hija mmuntata kif suppost; |
|
(d) |
it-tank għandu jitqies bħala li għadda minn proċess ta’ tiqdim u, għalhekk, ma għandu jiżdied ebda Fattur ta’ Permeabbiltà fil-kalkolu tar-riżultat tat-test tat-Tip 4. |
Appendiċi 3
Rapport tal-ISC
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fir-rapport dettaljat tal-ISC:
|
1. |
Data tat-Test; |
|
2. |
Numru Uniku tar-Rapport tal-ISC; |
|
3. |
Data tal-approvazzjoni minn rappreżentant awtorizzat; |
|
4. |
Data tat-trasmissjoni lill-GTAA; |
|
5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur; |
|
6. |
L-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tal-laboratorju tal-ittestjar responsabbli; |
|
7. |
L-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inklużi fil-pjan tat-test; |
|
8. |
Fejn ikun xieraq, il-lista tat-tipi ta’ vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur, jiġifieri għall-emissjonijiet mit-tailpipe, il-familja ta’ waqt is-servizz; |
|
9. |
In-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ vetturi, inklużi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet u tat-tiswijiet li jsiru fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż (mudelli ġodda) kollha; |
|
10. |
Id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż, eċċ. għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur (jekk jintalbu mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip); |
|
11. |
Il-perjodu ta’ żmien li matulu nġabret l-informazzjoni; |
|
12. |
Il-proċedura ta’ verifika tal-ISC, inkluż fejn applikabbli:
|
|
13. |
ir-riżultati tal-proċedura tal-ISC, inklużi:
|
Appendiċi 4
Rapport annwali tal-ISC mill-Awtorità li tagħti l-Approvazzjoni tat-Tip
Titolu
|
A. |
Ħarsa ġenerali fil-qosor u l-konklużjonijiet ewlenin |
|
B. |
L-attivitajiet tal-ISC imwettqa mill-manifattur fis-sena preċedenti:
|
|
C. |
L-attivitajiet tal-ISC imwettqa mill-atturi l-oħra fis-sena preċedenti:
|
|
D. |
L-attivitajiet tal-ISC imwettqa mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fis-sena preċedenti:
|
|
E. |
Valutazzjoni tat-tnaqqis annwali ta’ emissjonijiet mistenni minħabba kwalunkwe miżuri ta’ rimedju tal-ISC |
|
F. |
Il-Lezzjonijiet Miksuba (inkluż għall-prestazzjoni tal-istrumenti użati) |
|
G. |
Rapport ta’ testijiet invalidi oħrajn |
Appendiċi 5
Listi ta’ Trasparenza
Tabella 1
Lista ta’ Trasparenza 1
|
ID |
Input |
Tip ta’ data |
Unità |
Deskrizzjoni |
||||||||||
|
1 |
Numru tat-TA tal-Emissjonijiet |
Test |
— |
Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 154; Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE (jekk applikabbli) |
||||||||||
|
1a |
Data tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-Emissjonijiet |
Data |
— |
Data tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet |
||||||||||
|
2 |
ID tal-Familja tal-Interpolazzjoni (IP ID) |
Test |
— |
Kif rapportat fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness A2, Addendum għall-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, il-punt 0.1: Identifikatur tal-Familja tal-Interpolazzjoni kif definit fil-paragrafu 6.2.2 tal-istess regolament |
||||||||||
|
5 |
ID tal-familja tal-ATCT |
Test |
— |
Kif rapportat fil-paragrafu 0.2.3.2. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
7 |
ID tal-familja ta’ RL tal-vettura H jew ID tal-familja ta’ RM |
Test |
— |
Kif rapportat fil-paragrafu 0.2.3.4.1. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
7a |
ID tal-familja ta’ RL tal-vettura L (jekk rilevanti) |
Test |
— |
Kif rapportat fil-paragrafu 0.2.3.4.2. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
7b |
ID tal-familja ta’ RL tal-vettura M (jekk rilevanti) |
Test |
— |
Kif rapportat fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness A1 – l-Appendiċi 1, il-paragrafu 1.4.2 Parametri tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq |
||||||||||
|
13 |
Ir-roti motorizzati tal-vettura fil-familja |
Enumerazzjoni (ta’ Quddiem, ta’ Wara, 4 Wheel Drive) |
— |
Il-paragrafu 1.7. tal-Addendum tal-Anness A2 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
14 |
Il-konfigurazzjoni tax-Xażi Dinamometriku waqt test tat-TA |
Enumerazzjoni (Fus wieħed, Fus Doppju) |
— |
Bħal fil-paragrafu 2.4.2.4 tal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
18 |
Modalitajiet li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq użati waqt it-testijiet tat-TA (ICE pura) jew għat-test ta’ sostenn taċ-ċarġ (NOVC-HEV, OVC-HEV, NOVC-FCHV) |
Formati possibbli: pdf, jpg. L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
— |
Iddikjara u ddeskrivi l-modalità/modalitajiet użata/i għall-approvazzjoni tat-tip. F’każijiet ta’ modalità predominanti din tkun entrata waħda biss. Alternattivament, jeħtieġ li jiġu deskritti l-aħjar u l-agħar modalitajiet possibbli. Deskrizzjoni tal-modalitajiet li jeħtieġ li jintużaw għat-testijiet tat-TA bħal fil-paragrafu 2.6.6 tal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
19 |
Modalitajiet li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq użati waqt it-testijiet tat-TA għat-test tal-eżawriment taċ-ċarġ (OVC-HEV) |
Formati possibbli: pdf, jpg. L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
— |
Iddikjara u ddeskrivi l-modalità/modalitajiet użata/i għall-approvazzjoni tat-tip. F’każijiet ta’ modalità predominanti din tkun entrata waħda biss. Alternattivament, jeħtieġ li jiġu deskritti l-aħjar u l-agħar modalitajiet possibbli. Deskrizzjoni tal-modalitajiet li jeħtieġ li jintużaw għat-testijiet tat-TA bħal fil-paragrafu 3.2.3 tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
20 |
Veloċità idle tal-magna għal vetturi bi trażmissjoni manwali, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Numru |
rpm |
Il-paragrafu 3.2.1.6 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
21 |
Nru ta’ gerijiet għal vetturi bi trażmissjoni manwali |
Numru |
— |
Il-paragrafu 1.13.2 tal-Addendum tal-Anness A2 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
23 |
Id-dimensjonijiet tat-tajers ta’ quddiem/ta’ wara/tan-nofs tal-vettura tat-test, għal vetturi bi trażmissjoni manwali |
Test |
— |
Il-paragrafu 1.1.8 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 Uża 1 għad-dimensjonijiet tat-tajers tar-roti ta’ quddiem, 2 għad-dimensjonijiet tat-tajers tar-roti ta’ wara, 3 għad-dimensjonijiet tat-tajers tar-roti tan-nofs (jekk applikabbli) |
||||||||||
|
24 + 25 |
Kurva tal-potenza b’tagħbija sħiħa b’marġni addizzjonali tas-sikurezza (ASM) għal vetturi bi trażmissjoni manwali, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Valuri tat-tabella |
rpm vs. kW vs. % |
Il-kurva tal-potenza b’tagħbija sħiħa fuq il-medda tal-veloċità tal-magna minn nidle sa nrated jew nmax, jew ndv(ngvmax) × vmax, skont liema tkun l-ogħla flimkien mal-ASM (jekk tintuża għall-kalkolu tat-tibdil tal-gerijiet) mill-paragrafu 1.2.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 Eżempju ta’ valuri tat-tabella jista’ jinstab fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 154, Anness B2, Tabella A2/1 |
||||||||||
|
26 |
Informazzjoni addizzjonali għall-kalkolu tat-tibdil tal-gerijiet għal vetturi bi tat-trażmissjoni manwali, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Ara t-tabella fl-eżempju |
Ara t-tabella fl-eżempju |
Il-paragrafu 1.2.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
29 |
ATCT FCF, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Numru |
— |
Valur wieħed għal kull fjuwil fil-każ ta’ vettura bifjuwil u bi fjuwil flessibbli. Dejjem qabbel il-Fjuwil 1 mal-ATCT FCF tiegħu u l-Fjuwil 2 mal-ATCT FCF tiegħu. Kif definit fil-paragrafu 3.8.1 tal-Anness B6a tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
30 a |
Fattur(i) Ki addittiv(i) għal vetturi mgħammra b’sistemi li b’riġenerazzjoni perjodika |
Valuri tat-tabella |
g/km għal CO2, mg/km għall-bqija kollha |
Tabella li tiddefinixxi l-valuri għal CO, NOx, PM, THC (mg/km), u għal CO2 (g/km). Ħalliha vojta jekk jiġu pprovduti fatturi Ki multiplikattivi jew għal vetturi li ma għandhomx sistemi b’riġenerazzjoni perjodika. Il-paragrafu 2.1.1.1.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 għal sustanzi niġġiesa u l-paragrafu 2.1.1.2.1 għal CO2 |
||||||||||
|
30b |
Fatturi Ki multiplikattivi għal vetturi mgħammra b’sistemi b’riġenerazzjoni perjodika |
Valuri tat-tabella |
mingħajr unitajiet |
Tabella li tiddefinixxi l-valuri għal CO, NOX, PM, THC, u għal CO2. Ħalliha vojta jekk jiġu pprovduti fatturi Ki addittivi jew għal vetturi li ma għandhomx sistemi b’riġenerazzjoni perjodika. Il-paragrafu 2.1.1.1.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 għal sustanzi niġġiesa u l-paragrafu 2.1.1.2.1 għal CO2 |
||||||||||
|
31 a |
Fatturi ta’ Deterjorament (DF) addittivi, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Valuri tat-tabella |
(mg/km, ħlief għal PN li huwa #/km) |
Tabella li tiddefinixxi l-fatturi ta’ deterjorament għal kull sustanza niġġiesa.
|
||||||||||
|
31b |
Fatturi ta’ Deterjorament (DF) multiplikattivi, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Valuri tat-tabella |
mingħajr unitajiet |
Tabella li tiddefinixxi l-fatturi ta’ deterjorament għal kull sustanza niġġiesa.
|
||||||||||
|
32 |
Il-vultaġġ tal-batterija għall-REESS kollha |
Numru |
V |
Kif definit fil-paragrafu 4.1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (DIN EN 60050-482) |
||||||||||
|
33 |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni K, għal NOVC u OVC-HEVs biss |
Tabella |
(g/km)/(Wh/km) |
Korrezzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 fil-modalità CS, għall-vetturi NOVC u OVC-HEVs, kif definit fil-paragrafu 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
42 |
Rikonoxximent tar-riġenerazzjoni |
Dokument pdf jew jpg L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
|
Deskrizzjoni mill-manifattur tal-vettura dwar kif tirrikonoxxi li seħħet riġenerazzjoni waqt test |
||||||||||
|
43 |
Tlestija tar-riġenerazzjoni |
Dokument pdf jew jpg L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
— |
Deskrizzjoni tal-proċedura sabiex titlesta r-riġenerazzjoni |
||||||||||
|
44a |
Numru tal-indiċi taċ-ċiklu ta’ tranżizzjoni għal VL |
Numru |
— |
Għal vetturi OVC-HEV biss. Numru ta’ testijiet ta’ CD mwettqa sakemm jiġi ssodisfat il-kriterju tal-waqfien f’daqqa. Il-paragrafu 2.1.1.4.1.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
49 |
Tip ta’ Propulsjoni |
Enumerazzjoni ICE pura, OVC-HEV, NOVC-HEV |
— |
Tip ta’ propulsjoni kif definit fil-paragrafu 6.3.1.2(a) tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE |
||||||||||
|
50 |
Tip ta’ tqabbid |
Enumerazzjoni Tqabbid bi spark, Tqabbid bil-kompressjoni |
— |
Tip ta’ tqabbid kif rapportat fil-paragrafu 3.2.1.1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
51 |
Modalità Operattiva tal-Fjuwil |
Enumerazzjoni (Monofjuwil, Bifjuwil, Fjuwil flessibbli) |
— |
Tip ta’ Fjuwil tal-Vettura kif rapportat fil-paragrafu 3.2.2.4 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
52 |
Tip ta’fjuwil, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Enumerazzjoni (Petrol, Diżil, LPG, NG/Bijometan, Etanol (E85), Idroġenu). |
— |
Tip ta’ Fjuwil kif rapportat fil-paragrafu 3.2.2.1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154. Fil-każ ta’ vetturi Bifjuwil u bi Fjuwil flessibbli elenka ż-żewġ fjuwils. |
||||||||||
|
53 |
Tip ta’ trażmissjoni |
Enumerazzjoni (Manwali, Awtomatika, CVT) |
— |
Tip ta’ Trażmissjoni kif rapportat fil-paragrafu 4.5.1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
54 |
Ċilindrata |
Numru |
cm3 |
Ċilindrata kif rapportat fil-paragrafu 3.2.1.3 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
55 |
Metodu tal-alimentazzjoni tal-magna, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Enumerazzjoni Diretta/Indiretta/Diretta u Indiretta |
|
Il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna kif iddikjarat mill-OEM. Il-paragrafu 1.10.2 tal-Addendum tal-Anness A2 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
Tabella 2
Lista ta’ Trasparenza 2
|
Kamp ta’ data |
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
|
TVV |
Test |
Identifikatur uniku tat-Tip, Varjant u Verżjoni tal-vettura |
|
ID tal-Familja tal-PEMS |
Test |
Il-paragrafu 6.5.2 tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE |
|
Għamla |
Test |
Isem kummerċjali tal-manifattur |
|
Isem kummerċjali |
Test |
Ismijiet kummerċjali tat-TVV |
|
Isem ieħor |
Test |
Test Liberu |
|
Kategorija u klassi |
Enumerazzjoni (M1, N1 klassi I, N1 klassi II, N1 klassi III, M2) |
Kategorija u klassi tal-vettura |
|
Karozzerija |
Enumerazzjoni (AA Saloon, AB Hatchback, AC Station Wagon, AD Coupe, AE Konvertibbli, AF Vetturi Multi-purpose AG Trakk station wagon BA Trakk, BB Van, BC Unità ta’ trattur għal semitrejler BD Trattur tat-triq BE Trakk pick-up BX Kabina tax-xażi jew chassis-cowl) |
Tip ta’ karozzerija |
|
Numru tat-TA tal-Emissjonijiet |
Test |
Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 154; Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE (jekk applikabbli) |
|
Numru tad-WVTA |
Test |
Identifikatur tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-Vettura Sħiħa |
|
ID tal-familja Evap |
Test |
Kif rapportat fil-paragrafu 0.2.3.7 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
|
Potenza attribwita tal-magna, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Numru |
Il-paragrafu 3.2.1.8 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
|
Tajers doppji |
Iva/Le |
Kif dikjarat mill-OEM |
|
Kapaċitajiet tat-tank(ijiet) tal-fjuwil (valuri diskreti) |
Numru |
Kapaċità/Kapaċitajiet tat-tank(ijiet) tal-fjuwil |
|
Tank issiġillat |
Iva/Le |
Il-paragrafu 3.2.12.2.5.5.3 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
|
WMI użat f’din id-WVTA + TVV |
Test |
Kif dikjarat mill-OEM (ISO 3779) |
ANNESS 5
Test tat-Tip 2
(Test tal-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju b’veloċità idle)
1. Introduzzjoni
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-Tip 2 kif definit fil-paragrafu 5.3.2 ta’ dan ir-Regolament.
2. Kundizzjonijiet tal-kejl
|
2.1. |
Il-fjuwil għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza kif speċifikat fl-Annessi 10 u 10a ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.2. |
Waqt it-test, it-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C). Il-magna għandha tissaħħan sakemm it-temperaturi kollha tal-mezzi tat-tkessiħ u lubrikazzjoni u l-pressjoni tal-mezzi ta’ lubrikazzjoni jkunu laħqu ekwilibriju. |
|
2.2.1. |
Il-vetturi li jieħdu jew petrol jew LPG jew NG/bijometan għandhom jiġu ttestjati bil-fjuwil(s) ta’ referenza li jintuża(w) għat-test tat-Tip 1 kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
2.3. |
Fil-każ ta’ vetturi li għandhom gearboxes manwali jew semiawtomatiċi, it-test għandu jitwettaq bil-gerliver fil-pożizzjoni “newtrali” u bil-klaċċ magħfus. |
|
2.4. |
Fil-każ ta’ vetturi li għandhom gearboxes awtomatiċi, it-test għandu jsir bis-selector tal-ger jew fil-pożizzjoni “newtrali” jew fil-pożizzjoni tal-“parking”. |
|
2.5. |
Komponenti għall-aġġustament tal-veloċità idle |
|
2.5.1. |
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “ komponenti għall-aġġustament tal-veloċità idle ” tfisser kontrolli għat-tibdil tal-kundizzjonijiet tal-magna fuq l-idle li jistgħu jitħaddmu faċilment minn mekkanik bl-użu biss tal-għodod deskritti fil-paragrafu 2.5.1.1 ta’ dan l-anness. B’mod partikolari, mezzi għar-regolar tal-flussi tal-fjuwil u tal-arja mhumiex meqjusa bħala komponenti għall-aġġustament jekk is-setting tagħhom jeħtieġ li jitneħħew il-waqfiet issettjati, operazzjoni li normalment ma tistax issir ħlief minn mekkanik professjonali. |
|
2.5.1.1. |
Għall-kontroll tal-komponenti għall-aġġustament tal-veloċità idle: turnaviti (normali jew forma ta’ stilla), spanners (tondi, miftuħa jew aġġustabbli), tnalji, Allen keys. |
|
2.5.2. |
Determinazzjoni tal-punti ta’ kejl |
|
2.5.2.1. |
L-ewwel għandu jsir il-kejl fis-setting skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-manifattur. |
|
2.5.2.2. |
Għal kull komponent ta’ aġġustament b’varjazzjoni kontinwa, għandu jiġi stabbilit numru suffiċjenti ta’ pożizzjonijiet karatteristiċi. |
|
2.5.2.3. |
Il-kejl tal-kontenut ta’ monossidu tal-karbonju fil-gassijiet tal-egżost għandu jsir għall-pożizzjonijiet kollha possibbli tal-komponenti ta’ aġġustament, iżda għall-komponenti b’varjazzjoni kontinwa għandhom jiġu adottati biss il-pożizzjonijiet definiti fil-paragrafu 2.5.2.2 ta’ dan l-anness. |
|
2.5.2.4. |
It-test tat-Tip 2 għandu jitqies sodisfaċenti jekk waħda jew it-tnejn miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu: |
|
2.5.2.4.1. |
Ebda wieħed mill-valuri mkejla f’konformità mal-paragrafu 2.5.2.3 ta’ dan l-anness ma jkun ogħla mill-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-paragrafu 5.3.2.2 ta’ dan ir-Regolament; |
|
2.5.2.4.2. |
Il-kontenut massimu miksub billi jiġi varjat kontinwament wieħed mill-komponenti ta’ aġġustament filwaqt li l-komponenti l-oħra jinżammu stabbli ma jkun ogħla mill-valur ta’ limitu, din il-kundizzjoni tintlaħaq għad-diversi kombinazzjonijiet ta’ komponenti ta’ aġġustament barra dak li ġie varjat kontinwament. |
|
2.5.2.5. |
Il-pożizzjonijiet possibbli tal-komponenti ta’ aġġustament għandhom ikunu limitati: |
|
2.5.2.5.1. |
Minn naħa waħda, bl-ikbar minn dawn iż-żewġ valuri: l-aktar veloċità idle baxxa li tista’ tilħaq il-magna; il-veloċità rakkomandata mill-manifattur, nieqes 100 dawra kull minuta; |
|
2.5.2.5.2. |
Min-naħa l-oħra, mill-iżgħar wieħed minn dawn it-tliet valuri: l-ogħla veloċità li l-magna tista’ tilħaq bl-attivazzjoni tal-komponenti tal-veloċità idle; il-veloċità rakkomandata mill-manifattur, miżjuda b’250 dawra kull minuta; il-veloċità li biha jaqtgħu l-klaċċis awtomatiċi. |
|
2.5.2.6. |
Barra minn hekk, is-settings li ma jkunux kompatibbli mat-tħaddim sew tal-magna ma għandhomx jiġu adottati bħala settings tal-kejl. B’mod partikolari, meta l-magna tkun mgħammra b’diversi karburaturi, il-karburaturi kollha għandu jkollhom l-istess setting. |
|
2.6. |
Rekwiżiti addizzjonali għall-Vetturi Elettriċi Ibridi
Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati bil-magna li tikkonsma l-fjuwil qiegħda taħdem. Il-manifattur għandu jipprovdi “modalità ta’ manutenzjoni” li biha jkun jista’ jitwettaq dan it-test. Jekk ikun meħtieġ, għandha tintuża l-proċedura speċjali prevista fil-paragrafu 5.1.6 ta’ dan ir-Regolament. |
3. Kampjunar tal-gassijiet
|
3.1. |
Is-sonda kampjunarja għandha tiddaħħal fil-pajp tal-egżost sa fond ta’ mill-inqas 300 mm fil-pajp li jikkonnetti l-egżost mal-borża kampjunarja u qrib kemm jista’ jkun tal-egżost. |
|
3.2. |
Il-konċentrazzjoni ta’ CO (CCO) u ta’ CO2 (CCO2) għandha tiġi determinata mill-qari jew ir-reġistrazzjonijiet tal-istrument tal-kejl, permezz ta’ kurvi tar-regolar xierqa. |
|
3.3. |
Il-konċentrazzjoni kkorreġuta għall-monossidu tal-karbonju fir-rigward tal-magni four-stroke hija:
|
|
3.4. |
Il-konċentrazzjoni ta’ CCO (ara l-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness) imkejla skont il-formuli li hemm fil-paragrafu 3.3. ta’ dan l-anness ma hemmx għalfejn tiġi kkoreġuta jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet imkejla (CCO + CCO2) għall-magni four-stroke ikun mill-anqas:
|
ANNESS 6
Test tat-Tip 3
(Verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank)
1. Introduzzjoni
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għat-Test tat-Tip 3 kif definit fil-paragrafu 5.3.3 ta’ dan ir-Regolament.
2. Dispożizzjonijiet Ġenerali
|
2.1. |
It-test tat-Tip 3 għandu jitwettaq fuq vettura b’magna ta’ tqabbid bi spark, li tkun ġiet soġġetta għat-test tat-Tip 1, kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 154, u t-test tat-Tip 2, kif applikabbli. |
|
2.2. |
Il-magni ttestjati għandhom jinkludu magni li ma jnixxux għajr dawk iddisinjati b’mod li anki tnixxija żgħira tista’ tikkawża ħsarat mhux aċċettabbli fit-tħaddim (bħal magni flat-twin). |
|
2.3. |
Il-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq li jridu jintużaw għandhom ikunu dawk għal vehicle low (VL). Jekk VL ma teżistix, allura għandha tintuża r-reżistenza għall-avvanz fit-triq ta’ VH. F’dak il-każ VH għandha tiġi definita f’konformità mal-punt 4.2.1.1.1 tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. F’każ li jintuża l-metodu ta’ interpolazzjoni VL u VH għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-punt 4.2.1.1.2 tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. Alternattivament, il-manifattur jista’ jagħżel li juża r-reżistenzi għall-avvanz fit-triq li jkunu ġew iddeterminati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 7a jew tal-Appendiċi 7b tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 83 għal vettura inkluża fil-familja ta’ interpolazzjoni. |
3. Kundizzjonijiet tat-test
|
3.1. |
It-tħaddim bil-magna fuq idle għandu jiġi regolat f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur. |
|
3.2. |
Il-kejl għandu jsir f’dawn it-tliet settijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ tħaddim tal-magna:
|
|
3.3. |
Rekwiżiti addizzjonali għall-Vetturi Elettriċi Ibridi |
|
3.3.1. |
Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati bil-magna li tikkonsma l-fjuwil qiegħda taħdem. Il-manifattur għandu jipprovdi “modalità ta’ manutenzjoni” li biha jkun jista’ jitwettaq dan it-test. |
|
3.3.2. |
It-testijiet għandhom isiru biss fil-kundizzjonijiet 1 u 2 tal-paragrafu 3.2. Jekk għal xi raġuni ma jkunx jista’ jsir it-test fil-kundizzjoni 2, għandha tintuża minflok kundizzjoni oħra tal-veloċità stabbli (bil-magna li tikkonsma l-fjuwil taħdem b’tagħbija). |
4. Metodu ta’ ttestjar
|
4.1. |
Għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim kif elenkati fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness, għandu jiġi ċċekkjat kemm hu affidabbli l-mod kif qed taħdem is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-kaxxa tal-krank. |
5. Metodu ta’ verifika tas-sistema ta’ ventilazzjoni tal-kaxxa tal-krank
|
5.1. |
L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif jinstabu. |
|
5.2. |
Il-pressjoni fil-kaxxa tal-krank għandha titkejjel f’post xieraq. Huwa rrakkomandat li l-pressjoni titkejjel fit-toqba tad-dipstick, jekk ikun fattibbli. |
|
5.3. |
Il-vettura għandha titqies sodisfaċenti jekk, f’kull kundizzjoni tal-kejl definita fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness, il-pressjoni mkejla fil-kaxxa tal-krank ma tkunx ogħla mill-pressjoni atmosferika prevalenti meta jsir il-kejl. |
|
5.4. |
Għat-test bil-metodu deskritt hawn fuq, il-pressjoni fil-manifold tad-dħul għandha titkejjel bi preċiżjoni ta’ ±1 kPa. |
|
5.5. |
Il-veloċità tal-vettura kif indikata fid-dinamometru għandha tiġi mkejla bi preċiżjoni ta’ ±2 km/h. |
|
5.6. |
Il-pressjoni mkejla fil-kaxxa tal-krank għandha titkejjel bi preċiżjoni ta’ ±0,01 kPa. |
|
5.7. |
Jekk f’waħda mill-kundizzjonijiet ta’ kejl definiti fil-paragrafu 3.2 ta’ dan l-anness, il-pressjoni mkejla fil-kaxxa tal-krank tkun ogħla mill-pressjoni atmosferika, għandu jsir test addizzjonali kif definit fil-paragrafu 6 ta’ dan l-anness jekk il-manifattur jitlob li jsir hekk. |
6. Metodu ta’ ttestjar addizzjonali
|
6.1. |
L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif jinstabu. |
|
6.2. |
Borża flessibbli li ma tħallix il-gassijiet tal-kaxxa tal-krank jgħaddu minnha u li tesa’ madwar ħames litri għandha tiġi mqabbda mat-toqba tad-dipstick. Qabel kull kejl, il-borża għandha tkun vojta. |
|
6.3. |
Qabel kull kejl, il-borża għandha tingħalaq. Għandha tinfetaħ għall-kaxxa tal-krank għal ħames minuti għal kull kundizzjoni ta’ kejl preskritta fil-paragrafu 3.2 ta’ dan l-anness. |
|
6.4. |
Il-vettura għandha titqies bħala sodisfaċenti jekk, f’kull kundizzjoni ta’ kejl definita fil-paragrafu 3.2 ta’ dan l-anness, ma jkun hemm l-ebda nefħa viżibbli tal-borża. |
|
6.5. |
Rimarka |
|
6.5.1. |
Jekk it-tqassim strutturali tal-magna jkun tali li t-test ma jkunx jista’ jsir bil-metodi deskritti fil-paragrafi 6.1 sa 6.4 ta’ dan l-anness, il-kejl għandu jsir b’dak il-metodu modifikat kif ġej: |
|
6.5.2. |
Qabel it-test, l-aperturi kollha għajr dawk meħtieġa għall-irkuprar tal-gassijiet għandhom jiġu magħluqa; |
|
6.5.3. |
Il-borża għandha titqiegħed f’punt ta’ kampjunar adattat li ma jwassal għal ebda telf ieħor ta’ pressjoni u tiġi installata fuq iċ-ċirkwit ta’ riċiklaġġ tal-apparat direttament fl-apertura tal-konnessjoni mal-magna (ara d-dijagramma ta’ hawn taħt).
Test tat-Tip 3 |
ANNESS 7
Riżervat
ANNESS 8
Test tat-Tip 6
(Verifika tal-emissjonijiet medji tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi wara startjar kiesaħ f’temperatura ambjentali baxxa)
1. Introduzzjoni
Dan l-anness japplika biss għal vetturi b’magni ta’ tqabbid bi spark. Jiddeskrivi t-tagħmir meħtieġ u l-proċedura għat-test tat-Tip 6 definit fil-paragrafu 5.3.5 ta’ dan ir-Regolament sabiex jivverifika l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi f’temperaturi ambjentali baxxi. Suġġetti indirizzati f’dan l-Anness jinkludu:
|
(a) |
Ir-rekwiżiti tat-tagħmir; |
|
(b) |
Il-kundizzjonijiet tat-test; |
|
(c) |
Il-proċeduri tat-test u r-rekwiżiti tad-data. |
2. Tagħmir tal-ittestjar
2.1. Sommarju
|
2.1.1. |
Dan il-kapitolu jittratta dwar l-apparat meħtieġ għat-testijiet tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa tal-vetturi li għandhom magni ta’ tqabbid bi spark. It-tagħmir meħtieġ u l-ispeċifikazzjonijiet huma ekwivalenti għar-rekwiżiti tat-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC kif speċifikat fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, b’appeniċijiet, jekk ma jkunux previsti rekwiżiti speċifiċi għat-test tat-Tip 6. Il-paragrafi 2.2 sa 2.6 ta’ dan l-anness jiddeskrivu d-devjazzjonijiet applikabbli għat-test tat-Tip 6 f’temperatura ambjentali baxxa. |
2.2. Xażi dinamometriku
|
2.2.1. |
Japplikaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Id-dinamometru għandu jiġi aġġustat sabiex jissimula l-operazzjoni ta’ vettura fit-triq f’temperatura ta’ 266 K (-7 °C). Dak l-aġġustament jista’ jkun ibbażat fuq id-determinazzjoni tal-profil tal-forza tat-tagħbija fit-triq f’266 K (-7 °C). Alternattivament, ir-reżistenza tas-sewqan determinata skont l-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi aġġustata għal tnaqqis ta’ 10 fil-mija tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera. Is-servizz tekniku jista’ japprova l-użu ta’ metodi oħra li jiddeterminaw ir-reżistenza tas-sewqan. |
|
2.2.2. |
Għar-regolar tad-dinamometru japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
2.3. Sistema tal-kampjunar
|
2.3.1. |
Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 u l-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
2.4. Tagħmir analitiku
|
2.4.1. |
Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, iżda biss għall-ittestjar tal-monossidu tal-karbonju, tad-diossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi totali. |
|
2.4.2. |
Għar-regolar tat-tagħmir analitiku japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
2.5. Gassijiet
|
2.5.1. |
Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3. tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, fejn ikunu rilevanti. |
2.6. Tagħmir addizzjonali
|
2.6.1. |
Għat-tagħmir li jintuża għall-kejl tal-volum, tat-temperatura, tal-pressjoni u tal-umdità japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.6. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament |
3. Is-sekwenza tat-test u l-fjuwil
3.1. Rekwiżiti ġenerali
|
3.1.1. |
Is-sekwenza tat-test fl-Illustrazzjoni A8/1 turi l-passi li minnhom tgħaddi l-vettura tat-test waqt il-proċeduri għat-test tat-Tip 6. Il-livelli tat-temperatura ambjentali li tiltaqa’ magħhom il-vettura tat-test għandu jkollhom medja ta’: 266 K (-7 °C) ±3 K u ma għandhomx ikunu inqas minn 260 K (-13 °C), jew aktar minn 272 K (-1 °C).
It-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C), jew tkun aktar minn 269 K (-4 °C) għal iżjed minn tliet minuti konsekuttivi. |
|
3.1.2. |
It-temperatura tal-kompartiment tal-ittestjar immonitorjata waqt l-ittestjar għandha titkejjel fil-ħruġ tal-fann tat-tkessiħ (il-paragrafu 5.2.1 ta’ dan l-anness). It-temperatura ambjentali reġistrata għandha tkun il-medja aritmetika tat-temperaturi tal-kompartiment tal-ittestjar imkejla f’intervalli kostanti li ma jkunux aktar minn minuta ’l bogħod minn xulxin. |
3.2. Proċedura tat-test
Iċ-ċiklu tas-sewqan urban tal-Ewwel Parti, skont l-Illustrazzjoni A4a/1 fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, huwa magħmul minn erba’ ċikli urbani elementari li flimkien jagħmlu ċiklu komplut tal-Ewwel Parti.
|
3.2.1. |
L-istartjar tal-magna, il-bidu tal-kampjunar u l-operazzjoni tal-ewwel ċiklu għandhom ikunu skont it-Tabella 4a/1 u l-Illustrazzjoni A4a/1 fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
3.3. Preparazzjoni għat-test
|
3.3.1. |
Għall-vettura tat-test japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.2 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Għall-issettjar tal-massa tal-inerzja ekwivalenti japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
Illustrazzjoni A8/1
Proċedura għat-test b’temperatura ambjentali baxxa
3.4. Fjuwil tat-test
|
3.4.1. |
Il-fjuwil tat-test għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 2 tal-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.5. |
Il-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq li jridu jintużaw għandhom ikunu dawk għal vehicle low (VL). Jekk VL ma teżistix, allura għandha tintuża r-reżistenza għall-avvanz fit-triq ta’ vehicle high (VH). F’dak il-każ VH għandha tiġi definita f’konformità mal-punt 4.2.1.1.1 tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. F’każ li jintuża l-metodu ta’ interpolazzjoni VL u VH għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-punt 4.2.1.1.2 tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. Id-dinamometru għandu jiġi aġġustat sabiex jissimula l-operazzjoni ta’ vettura fit-triq f’temperatura ta’ –7 °C. Tali aġġustament jista’ jkun ibbażat fuq id-determinazzjoni tal-profil tal-forza tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f’temperatura ta’ –7 °C. Alternattivament, ir-reżistenza għas-sewqan iddeterminata tista’ tiġi aġġustata għal tnaqqis ta’ 10 % tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera. Is-servizz tekniku jista’ japprova l-użu ta’ metodi oħrajn għad-determinazzjoni tar-reżistenza tas-sewqan. |
4. Prekundizzjonament tal-vettura
4.1. Sommarju
|
4.1.1. |
Sabiex ikun żgurat li t-testijiet tal-emissjonijiet ikunu riproduċibbli, il-vetturi tat-test għandhom jiġu kkundizzjonati b’mod uniformi. Il-kundizzjonament huwa magħmul minn sewqan preparatorju fuq xażi dinamometriku segwit minn perjodu ta’ tgħaddis qabel it-test tal-emissjonijiet skont il-paragrafu 4.3 ta’ dan l-anness. |
4.2. Prekundizzjonament
|
4.2.1. |
It-tank(ijiet) tal-fjuwil għandu/għandhom jimtela/jimtlew bil-fjuwil tat-test speċifikat. Jekk il-fjuwil eżistenti fit-tank(ijiet) tal-fjuwil ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 3.4.1 ta’ dan l-anness, il-fjuwil eżistenti għandu jitbattal qabel ma t-tank jimtela bil-fjuwil. Il-fjuwil tat-test għandu jkun f’temperatura ta’ 289 K (+16 °C) jew inqas. Għall-operazzjonijiet ta’ hawn fuq, is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi ma għandhiex titnaddaf jew titgħabba b’mod mhux normali. |
|
4.2.2. |
Il-vettura titmexxa lejn il-kompartiment tal-ittestjar u titpoġġa fuq id-dinamometru tax-xażi. |
|
4.2.3. |
Il-prekundizzjonament huwa magħmul minn ċiklu tas-sewqan wieħed sħiħ, l-Ewwel u t-Tieni Parti, skont it-Tabelli A4a/1 u A4a/2 u l-Illustrazzjoni A4a/1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Fuq talba tal-manifattur, il-vetturi b’magni ta’ tqabbid bi spark jistgħu jiġu prekundizzjonati b’ċiklu tas-sewqan wieħed tal-Ewwel Parti u żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tieni Parti. |
|
4.2.4. |
Waqt il-prekundizzjonament, it-temperatura tal-kompartiment tal-ittestjar għandha tibqa’ relattivament kostanti u ma għandhiex tkun ogħla minn 303 K (30 °C). |
|
4.2.5. |
Il-pressjoni tat-tajers tar-roti motorizzati għandha tiġi ssettjata skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.2.6. |
Fi żmien għaxar minuti mit-tlestija tal-prekundizzjonament, il-magna għandha tiġi mitfija. |
|
4.2.7. |
Jekk jiġi mitlub mill-manifattur u jkun approvat mis-servizz tekniku, jista’ f’każijiet eċċezzjonali jitħalla li jsir prekundizzjonament ieħor. Is-servizz tekniku jista’ wkoll jagħżel li jagħmel prekundizzjonament addizzjonali. Il-prekundizzjonament addizzjonali huwa magħmul minn skeda tas-sewqan waħda jew aktar taċ-ċiklu tal-Ewwel Parti kif deskritt fit-Tabella A4a/1 u l-Illustrazzjoni A4a/1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Il-livell ta’ tali prekundizzjonament addizzjonali għandu jiġi reġistrat fir-rapport tat-test. |
4.3. Metodi ta’ tgħaddis
|
4.3.1. |
Għandu jintuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin, li jrid jintgħażel mill-manifattur, biex tiġi stabbilizzata l-vettura qabel it-test tal-emissjonijiet. |
|
4.3.2. |
Metodu Standard
Il-vettura tinħażen għal mhux inqas minn 12-il siegħa u għal mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (termometru niexef) matul dan il-perjodu għandha tinżamm f’temperatura medja ta’: 266 K (-7 °C) ±3 K matul kull siegħa ta’ dan il-perjodu u ma għandhiex tkun inqas minn 260 K (-13 °C), jew aktar minn 272 K (-1 °C). Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C) u lanqas titla’ aktar minn 269 K (-4 °C) għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi. |
|
4.3.3. |
Metodu sfurzat
Il-vettura għandha tinħażen għal mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. |
|
4.3.3.1. |
Il-vettura ma għandhiex tinħażen f’temperaturi ambjentali ta’ aktar minn 303 K (30 °C) waqt dan il-perjodu. |
|
4.3.3.2. |
It-tkessiħ tal-vettura jista’ jsir billi l-vettura tiġi mkessħa b’mod sfurzat għat-temperatura tat-test. Jekk it-tkessiħ jiżdied permezz ta’ fannijiet, il-fannijiet għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni vertikali sabiex jinkiseb it-tkessiħ massimu tas-sistema tal-mototrażmissjoni u tal-magna li u mhux primarjament tas-samp. Ma għandhomx jitqiegħdu fannijiet taħt il-vettura. |
|
4.3.3.3. |
It-temperatura ambjentali ma hemmx għalfejn tkun ikkontrollata b’mod strett wara li l-vettura tkun tkessħet għal 266 K (-7 °C) ± 2 K, kif determinat minn temperatura ta’ massa taż-żejt rappreżentattiva.
It-temperatura ta’ massa taż-żejt rappreżentattiva hi t-temperatura taż-żejt imkejla qrib in-nofs tas-samp taż-żejt, mhux fil-wiċċ jew fil-qiegħ tas-samp taż-żejt. Jekk jiġu mmonitorjati żewġ postijiet differenti jew aktar fiż-żejt, dawn kollha għandhom jissodisafaw ir-rekwiżiti tat-temperatura. |
|
4.3.3.4. |
Il-vettura għandha tinħażen tal-anqas għal siegħa wara li tkun tkessħet għal 266 K (-7 °C) ± 2 K, qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (termometru niexef) waqt dan il-perjodu għandu jkollha medja ta’ 266 K (-7 °C) ± 3 K u ma għandhiex tkun inqas minn 260 K (-13 °C) jew aktar minn 272 K (-1 °C).
Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C), jew tkun aktar minn 269 K (-4 °C) għal iżjed minn tliet minuti konsekuttivi. |
|
4.3.4. |
Jekk il-vettura hi stabbilizzata f’266 K (-7 °C), f’żona separata u tiġi mgħoddija minn żona sħuna lejn il-kompartiment tal-ittestjar, il-vettura għandha tiġi ristabbilita fil-kompartiment tal-ittestjar għal talanqas sitt darbiet il-perjodu li fih il-vettura hi esposta għal temperaturi aktar sħan. It-temperatura ambjentali (termometru niexef) waqt dan il-perjodu għandu jkollha medja ta’ 266 K (-7 °C) ± 3 K u ma għandhiex tkun inqas minn 260 K (-13 °C) jew aktar minn 272 K (-1 °C).
Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C), jew tkun aktar minn 269 K (-4 °C) għal iżjed minn tliet minuti konsekuttivi. |
5. Proċedura tad-dinamometru
5.1. Sommarju
|
5.1.1. |
Il-kampjunar tal-emissjonijiet isir bi proċedura tat-test magħmula miċ-ċiklu tal-Ewwel Parti (l-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, it-Tabella A4a/1 u l-Illustrazzjoni A4a/1). L-istartjar tal-magna, il-kampjunar immedjat, it-tħaddim fuq iċ-ċiklu tal-Ewwel Parti u t-tifi tal-magna jiffurmaw test komplet f’temperatura ambjentali baxxa, b’ħin totali tat-test ta’ 780 sekonda. L-emissjonijiet tal-egżost jiġu dilwiti bl-arja ambjentali u jinġabar kampjun ta’ proporzjon kostanti għall-analiżi. Il-gassijiet tal-egżost miġbura fil-borża jiġu analizzati għall-idrokarburi, għall-monossidu tal-karbonju, u għad-diossidu tal-karbonju. Kampjun parallel tal-arja ta’ dilwizzjoni jiġi analizzat bl-istess mod għall-monossidu tal-karbonju, għall-idrokarburi totali u għad-diossidu tal-karbonju. |
5.2. Tħaddim tad-dinamometru
|
5.2.1. |
Fann tat-tkessiħ |
|
5.2.1.1. |
Fann tat-tkessiħ jitqiegħed b’mod li l-arja tat-tkessiħ tiġi direzzjonata sew lejn ir-radjatur (tkessiħ tal-ilma) jew lejn id-dħul tal-arja (tkessiħ tal-arja) u lejn il-vettura. |
|
5.2.1.2. |
Għall-vetturi bil-magna fuq quddiem, il-fann għandu jitqiegħed quddiem il-vettura, sa 300 mm ’il bogħod minnha. Fil-każ ta’ vetturi li għandhom il-magna fuq wara jew jekk l-arranġament ta’ hawn fuq mhux prattiku, il-fann tat-tkessiħ għandu jitqiegħed b’tali mod li tgħaddi arja suffiċjenti biex tkessaħ l-vettura. |
|
5.2.1.3. |
Il-veloċità tal-fann għandha tkun tali li, fil-medda tat-tħaddim ta’ 10 km/h sa mill-anqas 50 km/h, il-veloċità lineari tal-arja fil-ħruġ tal-blower tkun sa ±5 km/h tal-veloċità korrispondenti tar-roller. L-għażla finali tal-blower għandhu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
Bħala alternattiva, il-veloċità lineari tal-arja tal-blower għandha tkun tal-anqas 6 m/s (21,6 km/h). Fuq talba tal-manifattur, għal vetturi speċjali (eż. vannijiet, vetturi off-road) l-għoli tal-fann tat-tkessiħ jista’ jiġi modifikat. |
|
5.2.1.4. |
Il-veloċità tal-vettura kif imkejla mid-dawrien tad-dinamometru (il-paragrafu 1.2.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament). |
|
5.2.2. |
Riżervat |
|
5.2.3. |
Jekk ikun meħtieġ jistgħu jsiru ċikli ta’ ttestjar preliminari, biex jiġi stabbilit kif l-aħjar li jiġu attivati l-aċċelleratur u l-pedali tal-brejk sabiex jinkiseb ċiklu li jqarreb iċ-ċiklu teoretiku fi ħdan il-limiti preskritti, jew sabiex ikun jista’ jsir aġġustament tas-sistema kampjunarja. Dan is-sewqan għandu jsir qabel “START” skont l-Illustrazzjoni A8/1. |
|
5.2.4. |
L-umdità fl-arja għandha tinżamm baxxa biżżejjed biex ma tħallix li jkun hemm kondensazzjoni fuq ir-romblu/i tad-dinamometru. |
|
5.2.5. |
Id-dinamometru għandu jissaħħan sewwa kif rakkomandat mill-manifattur tad-dinamometru, u permezz tal-proċeduri jew metodi ta’ kontroll li jiżguraw l-istabbilità tal-forza frizzjonali residwali. |
|
5.2.6. |
Il-ħin bejn it-tisħin tad-dinamometru u l-bidu tat-test tal-emissjonijiet ma għandux ikun itwal minn 10 minuti jekk il-bearings tad-dinamometru ma jissaħħnux indipendentement. Jekk il-bearings tad-dinamometru jissaħħnu għalihom, it-test tal-emissjonijiet għandu jibda mhux aktar tard minn 20 minuta wara li jisħon id-dinamometru. |
|
5.2.7. |
Jekk il-potenza tad-dinamometru trid tiġi aġġustata b’mod manwali, għandha tiġi ssettjata fi żmien siegħa qabel il-fażi tat-test tal-emissjonijiet tal-egżost. Il-vettura tat-test ma tistax tintuża’ biex isir l-aġġustament. Id-dinamometru, bl-użu ta’ kontroll awtomatiku tas-settings tal-potenza magħżula minn qabel, jista’ jiġi ssettjat fi kwalunkwe ħin qabel ma jibda t-test tal-emissjonijiet. |
|
5.2.8. |
Qabel ma tkun tista’ tibda l-iskeda tas-sewqan tat-test tal-emissjonijiet, it-temperatura tal-kompartiment tal-ittestjar għandha tkun 266 K (-7 °C) ± 2 K, kif imkejla fil-kurrent tal-arja tal-fann tat-tkessiħ b’distanza massima ta’ 1,5 m mill-vettura. |
|
5.2.9. |
Waqt it-tħaddim tal-vettura, l-apparat tat-tisħin u l-apparat li jwaqqa’ s-silġ għandhom ikunu mitfija. |
|
5.2.10. |
Jiġu rreġistrati d-distanza totali tas-sewqan jew id-dawriet imkejla tar-roller. |
|
5.2.11. |
Vetturi bi trażmissjoni fuq erba’ roti għandhom jiġu ttestjati fil-modalità ta’ tħaddim bi trażmissjoni fuq żewġ roti. L-istabbiliment tal-potenza totali tat-triq għas-setting tad-dinamometru jsir waqt li l-vettura titħaddem fil-modalità tas-sewqan preskritta inizjalment. Fuq talba tal-manifattur, vettura bi trażmissjoni fuq erba’ roti għandha tiġi ttestjata fil-modalità ta’ tħaddim preskritta inizjalment tagħha. |
5.3. Twettiq tat-test
|
5.3.1. |
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4, minbarra 6.4.1.2, tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament japplikaw fir-rigward tal-istartjar tal-magna, it-twettiq tat-test u l-kampjunar tal-emissjonijiet. Il-kampjunar jibda qabel jew meta tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-magna u jintemm fi tmiem l-aħħar perjodu ta’ tħaddim bil-magna fuq idle tal-aħħar ċiklu elementari tal-Ewwel Parti (ċiklu tas-sewqan urban), wara 780 sekonda.
L-ewwel ċiklu ta’ sewqan jibda b’perjodu ta’ 11-il sekonda tħaddim bil-magna mhux ingranata hekk kif il-magna tkun startjat. |
|
5.3.2. |
Għall-analiżi tal-emissjonijiet kampjunarji japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.5, minbarra 6.5.2 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Meta jkun qed jagħmel l-analiżi tal-kampjuni tal-egżost, is-servizz tekniku għandu joqgħod attent biex jevita li jkun hemm kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma fil-boroż kampjunarji tal-gass tal-egżost. |
|
5.3.3. |
Għall-kalkoli tal-emissjonijiet tal-massa japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
5.4. Rekwiżiti addizzjonali għall-Vetturi Elettriċi Ibridi
|
5.4.1. |
Għall-vetturi OVC, il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal kif speċifikati għall-kundizzjoni B tat-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC (il-paragrafi 3.1.3 u 3.2.3 tal-Anness 14 tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament). |
|
5.4.2. |
Għall-vetturi NOVC, il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal fit-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC kif stabbilit fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
6. Rekwiżiti oħrajn
6.1. Strateġija irrazzjonali ta’ kontroll tal-emissjonijiet
|
6.1.1. |
Kwalunkwe strateġija irrazzjonali ta’ kontroll tal-emissjonijiet li twassal għal tnaqqis fl-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim b’sewqan f’temperaturi baxxi, sakemm ma tkunx koperta bit-testijiet standardizzati tal-emissjonijiet, tista’ titqies bħala apparat ta’ manipulazzjoni. |
ANNESS 9
Riżervat
ANNESS 10
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza
1.
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza għall-ittestjar tal-vetturi fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet
1.1
L-ispeċifikazzjonijiet għall-fjuwils ta’ referenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness B3 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
2.
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwil ta’ referenza li għandu jintuża għall-ittestjar tal-vetturi mgħammra b’magni ta’ tqabbid bi spark f’temperaturi ambjentali baxxi – Test tat-Tip 6
Tip: Petrol (E10)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu ta’ ttestjar |
||
|
Minimu |
Massimu |
||||
|
Indiċi tal-ottan riċerka, RON (2) |
|
95,0 |
98,0 |
EN ISO 5164 |
|
|
Indiċi tal-ottan mutur, MON (2) |
|
85,0 |
89,0 |
EN ISO 5163 |
|
|
Densità f’temperatura ta’ 15 °C |
kg/m3 |
743,0 |
756,0 |
EN ISO 12185 |
|
|
Pressjoni tal-fwar (DVPE) |
kPa |
56,0 |
95,0 |
EN 13016-1 |
|
|
Kontenut ta’ ilma |
|
massimu 0,05 Dehra f’temperatura ta’ –7 °C: Ċara u Tleqq |
EN 12937 |
||
|
Distillazzjoni: |
|
|
|
|
|
|
– evaporazzjoni f’temperatura ta’ 70 °C |
% v/v |
34,0 |
46,0 |
EN ISO 3405 |
|
|
– evaporazzjoni f’temperatura ta’ 100 °C |
% v/v |
54,0 |
62,0 |
EN ISO 3405 |
|
|
– evaporazzjoni f’temperatura ta’ 150 °C |
% v/v |
86,0 |
94,0 |
EN ISO 3405 |
|
|
– punt tat-togħlija finali |
°C |
170 |
195 |
EN ISO 3405 |
|
|
Residwu |
% v/v |
— |
2,0 |
EN ISO 3405 |
|
|
Analiżi tal-idrokarburi: |
|
|
|
|
|
|
– olefini |
% v/v |
6,0 |
13,0 |
EN 22854 |
|
|
– aromatiċi |
% v/v |
25,0 |
32,0 |
EN 22854 |
|
|
– benżen |
% v/v |
- |
1,00 |
EN 22854 EN 238 |
|
|
– saturati |
% v/v |
rapport |
EN 22854 |
||
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
rapport |
|
||
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġenu |
|
rapport |
|
||
|
Perjodu ta’ induzzjoni (3) |
minuti |
480 |
— |
EN ISO 7536 |
|
|
Kontenut ta’ ossiġenu (4) |
% m/m |
3,3 |
3,7 |
EN 22854 |
|
|
Gomma maħsula bis-solvent (Kontenut eżistenti ta’ gomma) |
mg/100ml |
— |
4 |
EN ISO 6246 |
|
|
Kontenut ta’ kubrit (5) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
|
|
Korrużjoni tar-ram (3 sigħat, 50 °C) |
|
— |
Klassi 1 |
EN ISO 2160 |
|
|
Kontenut ta’ ċomb |
mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
|
|
Kontenut ta’ fosfru (6) |
mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
|
|
Etanol (4) |
% v/v |
9,0 |
10,0 |
EN 22854 |
|
Tip: Etanol (E75)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (7) |
Metodu ta’ ttestjar (8) |
|
|
Minimu |
Massimu |
|||
|
Indiċi tal-ottan riċerka, RON |
|
95 |
— |
EN ISO 5164 |
|
Indiċi tal-ottan mutur, MON |
|
85 |
— |
EN ISO 5163 |
|
Densità f’temperatura ta’ 15 °C |
kg/m3 |
Rapport |
EN ISO 12185 |
|
|
Pressjoni tal-fwar |
kPa |
50 |
60 |
EN ISO 1 30 16-1 (DVPE) |
|
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
|
|
Stabbiltà tal-ossidazzjoni |
minuti |
360 |
— |
EN ISO 7536 |
|
Kontenut eżistenti ta’ gomma (maħsula bis-solvent) |
mg/100ml |
— |
4 |
EN ISO 6246 |
|
Id-dehra għandha tiġi determinata f’temperatura ambjentali jew fi 15 °C skont liema tkun l-ogħla |
|
Ċara u tleqq, viżibbilment ħielsa minn kontaminanti sospiżi jew preċipitati |
Spezzjonijiet viżwali |
|
|
Etanol u alkoħols superjuri (13) |
% (V/V) |
70 |
80 |
EN 1601 EN 13132 EN 1451 7 |
|
Alkoħols superjuri (C3 - C8) |
% (V/V) |
— |
2 |
|
|
Metanol |
|
— |
0,5 |
|
|
Petrol (11) |
% (V/V) |
Bilanċ |
EN 228 |
|
|
Fosforu |
mg/l |
0,3 (12) |
EN 15487 ASTM D 3231 |
|
|
Kontenut ta’ ilma |
% (V/V) |
— |
0,3 |
ASTM E 1064 EN 15489 |
|
Kontenut ta’ klorur inorganiku |
mg/1 |
— |
1 |
ISO 6227 - EN 15492 |
|
pHe |
|
6,5 |
9 |
ASTM D 6423 EN 15490 |
|
Korrużjoni tal-istrixxa tar-ram (3 sigħat, 50 °C) |
Klassifikazzjoni |
Klassi I |
|
EN ISO 2160 |
|
Aċidità (bħala aċidu aċetiku CH3COOH) |
% (m/m) |
|
0,005 |
ASTM 0161 3 EN 15491 |
|
mg/1 |
|
40 |
||
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
rapport |
|
|
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġenu |
|
rapport |
|
|
(1) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Prodotti tal-petroleum — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data preċiża fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar” u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq minn żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u ta’ valur minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira għall-valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun ta’ 2R u għall-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. F’każ li jkun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.
(2) Għandu jitnaqqas fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,2 għall-MON u għall-RON għall-kalkolu tar-riżultat finali f’konformità mal-EN 228:2008.
(3) Il-fjuwil jista’ jkun fih inibituri tal-ossidazzjoni u d-deattivaturi tal-metall li normalment jintużaw sabiex ikunu stabbilizzati l-flussi tal-gażolina tar-raffineriji, iżda ma għandhomx jiżdiedu addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi.
(4) L-etanol huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiżdied intenzjonalment mal-fjuwil ta’ referenza. L-Etanol użat għandu jkun konformi mal-EN 15376.
(5) Għandu jiġi rapportat il-kontenut proprju tal-kubrit fil-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6.
(6) Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom fosforu, ħadid, manganiż jew ċomb ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
(7) Il-valuri msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Prodotti tal-petroleum — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data preċiża fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar”. Fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima hija ta’ 2R ’il fuq miż-żero. Fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, ġiet applikata d-differenza minima ta’ 4R (R = riproduċibilità). Minkejja din il-proċedura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifatturi tal-fjuwils għandhom jimmiraw għal valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u għall-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.
(8) F’każijiet ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim u għall-interpretazzjoni tar-riżultati bbażati fuq il-preċiżjoni tal-metodu ta’ ttestjar deskritti fl-EN ISO 4259.
(9) F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil nazzjonali dwar il-kontenut ta’ kubrit, għandhom jintużaw jew EN ISO 20846 jew EN ISO 20884 simili għar-referenza fl-anness nazzjonali tal-EN 228.
(10) Għandu jiġi rapportat il-kontenut proprju tal-kubrit fil-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6.
(11) Il-kontenut tal-petrol bla ċomb jista’ jiġi determinat bħala 100 nieqes is-somma tal-kontenut f’perċentwali ta’ ilma u ta’ alkoħols.
(12) Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom fosforu, ħadid, manganiż jew ċomb ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
(13) L-etanol, sabiex tiġi ssodisfata l-ispeċifikazzjoni tal-EN 15376, huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiżdied intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
ANNESS 10 a
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils gassużi ta’ referenza
1.
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils gassużi ta’ referenza
1.1.
L-ispeċifikazzjonijiet għall-fjuwils gassużi ta’ referenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness B3 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
ANNESS 11
Sistema Dijanjostika Abbord (OBD) — Rekwiżiti tal-prestazzjoni waqt l-użu
1.
Minbarra r-rekwiżiti tal-Anness C5 tar-Regolament tan-NU Nru 154 għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni waqt l-użu (IUPR) stabbiliti fil-paragrafi 1.1 sa 1.3.
1.1.
Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u, fuq talba, lil awtorità reġjonali, li dawn il-kundizzjonijiet tal-istatistika huma ssodisfati għall-monitors kollha li jeħtieġ li jiġu rrapportati mis-sistema OBD f’konformità mal-paragrafu 7.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness C5 tar-Regolament tan-NU Nru 154 sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-suq tal-ewwel tip ta’ vettura b’IUPR f’familja ta’ OBD u kull 18-il xahar minn hemm ’il quddiem.
1.2.
Għall-kampjun tat-test tal-vetturi kollu, il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtoritajiet rilevanti d-data kollha tal-prestazzjoni waqt l-użu li għandha tiġi rrapurtata mis-sistema OBD skont il-paragrafu 7.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness C5 tar-Regolament tan-NU Nru 154 flimkien mal-identifikazzjoni tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata u l-metodoloġija użata għall-għażla tal-vetturi ttestjati mill-flotta. Fuq talba, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel din id-data u r-riżultati tal-evalwazzjoni statistika disponibbli għall-awtorità reġjonali u għal awtoritajiet tal-approvazzjoni oħra.
1.3.
L-awtoritajiet pubbliċi u d-delegati tagħhom jistgħu jagħmlu aktar testijiet fuq vetturi jew jiġbru data xierqa reġistrata minn vetturi sabiex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1312/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)